22.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2010

tad-29 ta’ Jannar 2010

li temenda l-Anness XXII (Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2009 tad-9 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII mal-Ftehim:

“—

32009 R 0824: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2009 tad-9 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 239, 10.9.2009, p. 48).

—

32009 R 0839: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 839/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 244, 16.9.2009, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 824/2009 u (KE) Nru 839/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 62, 11.3.2010, p. 64.

(2)   ĠU L 239, 10.9.2009, p. 48.

(3)   ĠU L 244, 16.9.2009, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.