<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-301/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0301</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:427">EU:C:2020:427</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200604">4.6.2020</DATE> – Kawża C‑301/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Leonhard</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/65/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ kreditu b’distanza</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ rtirar</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(4)</KEYWORD><KEYWORD>Restituzzjoni tal-provvisti rċevuti</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas ta’ kumpens għall-użu</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-fornitur</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑301/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Bonn (il-Qorti Reġjonali ta’ Bonn, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180504">4 ta’ Mejju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Thomas Leonhard</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">DSL-Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Leonhard, minn C. Köhler, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal DSL-Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG, minn A. Menkel, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn T. Henze, M. Hellmann u E. Lankenau, sussegwentement minn dawn it-tnejn tal-aħħar kif ukoll minn J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Erlbacher u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Thomas Leonhard u DSL-Bank – stabbiliment ta’ DB Privat- und Firmenkundenbank AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>DSL-Bank<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) fir-rigward tal-eżerċizzju, minn T. Leonhard, tad-dritt ta’ rtirar fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn dawn il-partijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3 u 13 sa 14 tad-Direttiva 2002/65 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/> (1)</NO.P><TXT>Huwa mportanti, fil-kuntest li jintlaħħqu l-miri tas-suq singolu, li jiġu adottati miżuri maħsuba biex jikkonsolidaw progressivament dan is-suq u dawk il-miżuri għandhom jikkontribwxxu biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, skond l-Artikoli 95 u 153 [KE].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>[…]Sabiex tiġi s-salvagwardata l-libertà ta’ l-għażla, li hija dritt essenzjali tal-konsumatur, grad għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur huwa meħtieġ sabiex tiġi mtejjba l-kunfidenza tal-konsumatur f’bejgħ b’distanza.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur għandu jiġi garantit b’din id-Direttiva, bl-iskop li jiġi assigurat il-moviment ħieles ta’ servizzi finanzjarji. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu jistgħu jadottaw disposizzjonijiet barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva fl-oqsma li tarmonizza, sakemm mhux speċifikament indikat mod ieħor fiha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tkopri s-servizzi finanzjarji kollha li x’aktarx jiġu provduti b’distanza. Madankollu, ċerti servizzi finanzjarji huma rregolati b’disposizzjonijiet speċifiċi ta’ leġislazzjoni Komunitarja li jibqgħu japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji li jirregolaw it-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ dawn is-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-għan u l-qasam ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li jiġu approssimati l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Id-Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>“<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kuntratt b’distanza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jfisser kull kuntratt li jikkonċerna servizzi finanzjarji konklużi bejn il-fornitur u konsumatur taħt skema organizzata ta’ distanza ta’ bejgħ jew provvista ta’ servizzi mill-fornitur, li, għall-iskop ta’ dak il-kuntratt, jagħmel użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar ta’ komunikazzjoni ta’ distanza sa u inkluż iż-żmien li fih huwa konkluż il-kuntratt.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>servizz finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> jfisser kull servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika, pubblika jew privata, li waqt li taġixxi fil-kapaċità kummerċjali jew professjonali tagħha, hija l-provveditriċi kontrattwali ta’ servizzi soġġetta għal kuntratti b’distanza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifisser kull persuna fiżika li, f’kuntratti b’distanza koperti b’din id-Direttiva, taġixxi għal skopijiet li huma barra n-negozju, l-kummerċ jew il-professjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt b’distanza<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fi żmein tajjeb qabel ma l-konsumatur jintrabat b’xi kuntratt ta’ distanza jew offerta, għandu jiġi provdut bl-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>il-kuntratt b’distanza</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar skond l-Artikolu 6 u, meta jeżisti d-dritt ta’ rtirat, id-dewmien tiegħu u l-kondizzjonijiet biex jiġi eżerċitat, inkluża informazzjoni dwar l-ammont li l-konsumatur jista’ jkun meħtieġ li jħallas abbażi ta’ l-Artikolu 7(1), kif ukoll il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ dak id-dritt;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/65, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Id-dritt ta’ rtirar<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumatur ikollu perjodu ta’ 14-il jum skond il-kalendarju biex jirtira mill-kuntratt mingħajr penalità u mingħajr ma jagħti raġuni. […]</P><P>Il-perjodu għall-irtirar għandu jibda:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jew mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt b’distanza […],</P></ITEM><ITEM><P>[jew] mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kondizzjonijiet kontrattwali u l-informazzjoni skond l-Artikolu 5(1) jew (2), jekk dan hu iktar tard mid-data msemmija fl-ewwel inċiż.</P></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt ta’ rtirar m’għandux japplika għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>kuntratti li t-twettieq tagħhom ġie kompletat bis-sħiħ miż-żewġ partijiet fuq it-talba espressa tal-konsumatur qabel ma l-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dritt ta’ rtirar m’għandux japplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe kreditu maħsub primarjament għall-iskop ta’ akwiżizzjoni jew żamma ta’ drittijiet ta’ proprjetà fl-art jew f’bini eżistenti jew ipproġettat, jew għall-iskop ta’ rinovazzjoni jew titjib ta’ bini, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull kreditu assigurat jew b’ipoteka fuq proprjetà immobbli jew bi dritt relatat għal proprjetà immobbli, […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ irtirar għandu, qabel l-iskadenza tad-data perentorja rilevanti, jinnotifika l-istruzzjonijiet prattiċi li ġejjin mogħtija lilu skond l-Artikolu 3(1)(3)(d) b’mezzi li jistgħu jiġu ppruvati skond il-liġi nazzjonali. Iż-żmien perentorju għandu jitqies li ġie osservat jekk in-notifika, jekk hi bil-miktub jew fuq medja oħra li sservi [li hija] disponibbli u aċċessibbli għar-reċipjent, tintbagħat qabel ma jiskadi ż-żmien perentorju.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-Ħlas tas-servizz ipprovdut qabel l-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rtirar taħt l-Artikolu 6(1) jista’ biss ikun meħtieġ iħallas, mingħajr dewmien mhux dovut, għas-servizz attwalment provdut mill-fornitur skond il-kuntratt. It-twettieq tal-kuntratt jista biss jibda wara li l-konsumatur iku ta l-approvazzjoni tiegħu. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fornitur ma jistax jeħtieġ lill-konsumatur iħallas kwalunkwe ammont abbażi tal-paragrafu 1 sakemm am jistax jipprova li l-konsumatur kien infurmat kif dovut bl-ammont pagabbli, in konformità ma’ l-Artikolu 3(1)(3)(a). Madanakollu, f’ebda każ ma jista’ jeħtieġ dan il-ħlas jekk ikun beda t-twettieq tal-kuntratt qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ rtirar previst fl-Artikolu 6(1) mingħajr it-talba minn qabel tal-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fornitur għandu, mingħajr dewmein mhux dovut u sa mhux iktar minn 30 jum skond il-kalendarju, jirritorna lill-konsumatur kull somma li jkun irċieva mingħandu skond il-kuntratt ta’ distanza, ħlief għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1. Dan il-perjodu għandu jibda mill-jum li fih il-fornitur jirċievi n-notifika ta’ l-irtirar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsumatur għandu jirritorna lill-fornitur kwalunkwe somma u/jew proprjetà li jkun irċieva mill-forntiur mingħajr dewmien mhux dovut u sa mhux iktar tard minn 30 jum skond il-kalendarju. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 312b tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kuntratti b’distanza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi, inklużi servizzi finanzjarji, konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur esklużivament bl-użu ta’ tekniki ta’ komunikazzjoni b’distanza, ħlief meta l-konklużjoni tal-kuntratt ma sseħħx fil-kuntest ta’ skema organizzata ta’ bejgħ jew provvista ta’ servizzi b’distanza. <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Servizzi finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-ewwel sentenza, tfisser servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 312d tal-BGB jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="312D.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>(1) Fil-każ ta’ kuntratt b’distanza l-konsumatur għandu dritt ta’ irtirar skont il-paragrafu 355.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="312D.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 355(2), it-terminu għall-irtirar jibda’ jiddekorri biss hekk kif il-bejjiegħ jew il-fornitur iwettaq l-obbligi ta’ informazzjoni imposti fuqu mill-Artikolu 312c(2) […] u, fil-każ li l-kuntratt jirrigwarda provvista ta’ servizzi, mhux qabel il-ġurnata tal-konklużjoni tal-kuntratt.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="312D.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta l-kuntratt ikun jirrigwarda l-provvista ta’ servizzi, id-dritt ta’ rtirar jintemm anki fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ servizz finanzjarju, id-dritt ta’ rtirar jintemm jekk il-kuntratt ikun ġie eżegwit fl-intier tiegħu miż-żewġ partijiet fuq talba espressa tal-konsumatur qabel ma dan jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="312D.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsumatur lanqas ma jibbenefika minn dan id-dritt ta’ rtirar fil-kuntest ta’ kuntratti b’distanza li fir-rigward tagħhom huwa diġà għandu, abbażi tal-Artikoli 495 u 499 sa 507, dritt ta’ rtirar jew ta’ restituzzjoni skont l-Artikolu 355 jew l-Artikolu 356. F’dan il-każ il-paragrafu 2 ikun applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="312D.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tal-kuntratti b’distanza dwar servizzi finanzjarji, b’deroga mill-Artikolu 357(1), il-konsumatur huwa obbligat li jħallas kumpens għas-servizz ipprovdut, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ix-xoljiment minħabba ineżekuzzjoni, biss fil-każ li huwa jkun ġie informat b’dawn l-effetti legali qabel il-kunsens kuntrattwali tiegħu u jekk huwa jkun espressament ta l-kunsens tiegħu sabiex il-bejjiegħ jew fornitur jibda’ l-provvista tas-servizz qabel ma jiskadi t-terminu ta’ rtirar.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 346 tal-BGB huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="346.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201D" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta parti kontraenti tkun irriżervat dritt ta’ xoljiment bi stipulazzjoni kuntrattwali jew tibbenefika minn dan bis-saħħa tal-liġi, il-provvisti rċevuti għandhom jiġu rrestitwiti fil-każ ta’ xoljiment, flimkien mal-benefiċċji miksuba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="346.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minflok ir-restituzzjoni, id-debitur għandu jħallas kumpens tal-valur jekk</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ir-restituzzjoni hija eskluża minħabba n-natura tal-provvista rċevuta […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Jekk il-kuntratt jipprevedi korrispettiv, huwa abbażi ta’ dan tal-aħħar li dan il-kumpens għandu jiġi kkalkolat; jekk il-kumpens huwa dovut abbażi tal-vantaġġ li jikkonsisti fl-użu tal-kapital misluf, tista’ tiġi prodotta prova li l-valur tal-vantaġġ fir-realtà kien inqas.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 355 tal-BGB jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Id-dritt ta’ rtirar jintemm sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, dan it-terminu jibda jiddekorri biss mar-riċeviment tagħhom min-naħa tad-destinatarju. B’deroga għall-ewwel sentenza, id-dritt ta’ rtirar ma jintemmx fil-każ fejn il-konsumatur ma jkunx ġie debitament informat dwar id-dritt ta’ rtirar tiegħu; fir-rigward tal-kuntratti b’distanza relatati ma’ servizzi finanzjarji, dan id-dritt lanqas ma jintemm fil-każ fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur ma jkunx wettaq debitament l-obbligi tiegħu ta’ informazzjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 312c(2)<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 495 tal-BGB jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self konkluż minn konsumatur, min jissellef għandu dritt ta’ rtirar konformement mal-Artikolu 355.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Verordnung über Informations- und Nachweispflichten nach bürgerlichem Recht (ir-Regolament dwar l-Obbligi fil-Qasam ta’ Informazzjoni u ta’ Provi Konformament mad-Dritt Ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi l-obbligi ta’ informazzjoni li bejjiegħ jew fornitu għandu josserva, meta mal-konsumatur huwa jikkonkludi, b’mod partikolari, kuntratti b’distanza, u jagħti forma lid-doveri ta’ informazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu fir-rigward ta’ min jissellef.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Novembru 2005, T. Leonhard, bħala konsumatur, ikkonkluda ma DSL-Bank, stabbiliment ta’ kreditu, żewġ kuntratti ta’ kreditu intiżi għall-finanzjament tax-xiri ta’ żewġ appartamenti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>kuntratti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-konklużjoni tal-kuntratti inkwistjoni seħħet bil-mod kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20051110">10 ta’ Novembru 2005</DATE>, DSL-Bank tat lil T. Leonhard żewġ dokumenti stabbiliti minn qabel, imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kuntratt ta’ self<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li kienu jinkludu l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar. Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, din l-informazzjoni ma kinitx tirriproduċi t-test tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fis-seħħ u, għal din ir-raġuni, ma setgħetx tibbenefika mill-preżuzzjoni inkonfutabbli ta’ legalità li jibbenefika minnha l-mudell ta’ informazzjoni li jinstab anness mar-Regolament dwar l-Obbligi fil-Qasam ta’ Informazzjoni u ta’ Provi Konformament mad-Dritt Ċivili, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>T. Leonhard iffirma l-imsemmija dokumenti fil-<DATE ISO="20051111">11 ta’ Novembru 2005</DATE> u bagħthom lil DSL-Bank. Sussegwentement, T. Leonhard ipprovda l-garanziji miftiehma u, b’mod partikolari, stabbilixxa ipoteka fuq il-proprjetà immobbli inkwistjoni. DSL-Bank għaddietlu, fuq talba tiegħu, il-kapital misluf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara li ta’ kull xahar kien ħallas l-interessi tas-self mogħti, T. Leonhard iddikjara lil DSL-Bank, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20151114">14 ta’ Novembru 2015</DATE>, li kien qiegħed jirtira mill-kuntratti inkwistjoni. Insostenn ta’ din id-dikjarazzjoni, huwa sostna li l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar li kienet ġiet ipprovduta lilu fil-kuntest tal-konklużjoni ta’ dawn il-kuntratti ma kinitx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fir-rigward tal-pagamenti futuri tal-interessi li huwa kien ser iwettaq, T. Leonhard indika li dawn<?PAGE NO="7"?> il-pagamenti ma setgħux jiġu assimilati għal rikonoxximent tal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-kuntratti inkwistjoni u li kien qiegħed jirriżerva d-dritt li jitlob ir-rimbors ta’ dawn il-pagamenti mingħand DSL-Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li DSL-Bank irrifjutat li tirrikonoxxi li T. Leonhard kien irtira b’mod validu mill-kuntratti inkwistjoni, dan tal-aħħar adixxa lill-Landgericht Bonn (il-Qorti Reġjonali ta’ Bonn, il-Ġermanja) b’talba intiża kemm sabiex tiġi kkonstatata l-validità tal-irtirar tiegħu kif ukoll sabiex DSL-Bank tiġi kkundannata tħallas kumpens għall-użu fuq l-interessi li T. Leonhard kien ħallas lil DSL-Bank qabel l-imsemmi rtirar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-kuntratti inkwistjoni għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kuntratti b’distanza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 312b tal-BGB, id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ rtirar fil-kuntratti b’distanza huma, bħala prinċipju u skont ġurisprudenza nazzjonali, applikabbli anki għall-kuntratti ta’ kreditu għal proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sa fejn l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar li tinstab fid-dokumenti msemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza ma kinitx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jiġi rrikonoxxut li T. Leonhard irtira ruħu b’mod validu mill-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ dan l-irtirar, dik il-qorti tosserva li, konformament mal-Artikolu 346(1) u mal-ewwel sentenza tal-punt 1 tal-Artikolu 346(2) tal-BGB, min jissellef huwa obbligat li jirrestitwixxi lil min isellef kemm il-kapital misluf kif ukoll il-benefiċċji prodotti minn dan il-kapital, li l-ammont tagħhom huwa, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 346(2) tal-BGB, bħala prinċipju ndaqs għall-interessi previsti fil-kuntratt konkluż bejn il-partijiet. Min-naħa tiegħu, min isellef huwa obbligat li jirrestitwixxi lil min jissellef mhux biss is-somom irċevuti iżda wkoll il-benefiċċji minn dawn is-somom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hija tkompli tesponi li, skont l-Artikolu 312d(6) tal-BGB, fir-rigward tal-kuntratti b’distanza relatati ma servizz finanzjarju, il-konsumatur huwa obbligat li jħallas kumpens għas-servizzi mogħtija biss jekk kien informat b’dawn il-konsegwenzi qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u bil-kundizzjoni li huwa kien espliċitament ta l-kunsens tiegħu sabiex il-bejjiegħ jew il-fornitur jibda’ jeżegwixxi l-provvista tas-servizz qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ rtirar. Fl-istess ħin hija tqis li huwa possibbli li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tgħid li l-konsumatur dejjem għandu d-dritt għal kumpens għall-użu konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 346(2) tal-BGB, tiġi interpretata b’dan il-mod. F’dan il-każ, il-konsumatur li jissellef ma jiksibx biss ir-restituzzjoni tal-kapital irrimborsat u tal-interessi mħallsa lil min isellef, iżda jkollu wkoll id-dritt għal kumpens għall-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/65 jipprekludi li l-persuna li tissellef titlob tali kumpens għall-użu mingħand il-persuna li ssellef peress li din id-direttiva tarmonizza kompletament il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Bonn (il-Qorti Reġjonali ta’ Bonn) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li, wara li l-konsumatur ikun irtira mill-kuntratt ta’ self mill-bogħod [b’distanza], il-fornitur għandu mhux biss jagħti lura lill-konsumatur l-ammont li huwa kien irċieva mingħand dan tal-aħħar fl-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt, iżda wkoll kumpens għall-użu ta’ dan l-ammont?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>, din il-kawża ġiet sospiża sal-għoti tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja nnotifika l-imsemmija sentenza lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20190925">25 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-qorti tar-rinviju, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, informatha bil-fatt li kienet qiegħda żżomm it-talba tagħha għal domanda preliminari sa fejn, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx irrispondiet it-tielet domanda preliminari, li hija identika għad-domanda unika magħmula f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konsumatur jeżerċità d-dritt ta’ rtirar tiegħu fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż b’distanza ma’ fornitur, dan il-konsumatur għandu d-dritt li jikseb mingħand l-imsemmi fornitur, bla ħsara għas-somom li huwa stess huwa obbligat li jħallas lil dan tal-aħħar taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) u (3) ta’ din id-direttiva, ir-rimbors tal-kapital u tal-interessi mħallsa b’eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, iżda mhux il-kumpens għall-użu ta’ dan il-kapital u ta’ dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, konformament mal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, il-konsumatur li jissellef li jkun irtira minn kuntratt mal-fornitur għandu d-dritt li jikseb mhux biss ir-restituzzjoni tal-kapital irrimborsat u tal-interessi mħallsa lill-persuna li ssellef, iżda wkoll kumpens għall-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65, meta l-konsumatur jiddeċiedi li jeżerċità d-dritt tiegħu ta’ rtirar fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż b’distanza, il-fornitur huwa obbligat li jirrimborsa lill dan il-konsumatur is-somom kollha li huwa rċieva mingħandu b’mod konformi ma’ dan il-kuntratt, bl-eċċezzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 7(1), jiġifieri dak irċevut fil-kuntest tas-servizz finanzjarju effettivament ipprovdut, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 hija ċara u timponi obbligu, fuq il-fornitur, li jirrimborsa lill-konsumatur is-somom kollha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>li jkun irċieva mingħandu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, konformement mal-kuntratt b’distanza, u biss dawn is-somom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Meta l-konsumatur iħallas lill-fornitur, b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ self, il-kapital misluf miżjud bl-interessi, ir-rimbors imsemmi fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 għandu jkun jinkludi kemm is-somom imħallsa minn dan il-konsumatur bħala kapital kif ukoll l-interessi tas-self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>La l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 u lanqas xi dispożizzjoni oħra tagħha ma tipprevedi l-obbligu, fil-każ li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt konkluż mal-fornitur tiegħu, li dan tal-aħħar iħallas lill-imsemmi konsumatur, minbarra l-kapital u l-interessi mħallsa minn dan tal-aħħar, ukoll kumpens għall-użu tas-somom li dan il-fornitur irċieva b’eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/65, moqri fid-dawl tal-premessa 13 tagħha, din id-direttiva twettaq, bħala prinċipju, armonizzazzjoni sħiħa tal-aspetti li hija tiregola. Fil-fatt, kif previst f’din il-premessa, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu<?PAGE NO="9"?> jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stabbiliti fl-imsemmija direttiva fl-oqsma li hija tarmonizza, sakemm mhux speċifikament indikat mod ieħor fiha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Romano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:701">EU:C:2019:701</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konsumatur jeżerċità d-dritt ta’ rtirar tiegħu fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż b’distanza ma’ fornitur, dan il-konsumatur għandu d-dritt li jikseb mingħand l-imsemmi fornitur, bla ħsara għas-somom li huwa stess huwa obbligat li jħallas lil dan tal-aħħar taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) u (3) ta’ din id-direttiva, ir-rimbors tal-kapital u tal-interessi mħallsa b’eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, iżda mhux il-kumpens għall-użu ta’ dan il-kapital u ta’ dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konsumatur jeżerċità d-dritt ta’ rtirar tiegħu fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż b’distanza ma’ fornitur, dan il-konsumatur għandu d-dritt li jikseb mingħand l-imsemmi fornitur, bla ħsara għas-somom li huwa stess huwa obbligat li jħallas lil dan tal-aħħar taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) u (3) ta’ din id-direttiva, ir-rimbors tal-kapital u tal-interessi mħallsa b’eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, iżda mhux il-kumpens għall-użu ta’ dan il-kapital u ta’ dawn l-interessi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>