Official Journal L 311 , 12/12/2000 P. 0047 - 0048
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokument imressaq għall-eżami bir-reqqa bil-ħsieb possibbli li s-sustanza UBH 820; UR 50601 (beflubutamid) tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (notifikata taħt id-dokument numru C(2000) 3648) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2000/784/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [1], kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/68/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 91/414/KEE (min issa ’l quddiem imsejħa "id-Direttiva") tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi li jistgħu jiġu awtorizzati biex jiġu inkorporati fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. (2) Inkartament dwar is-sustanza attiva UBH 820; UR 50601 (beflubutamid) tressaq min UBE Euro GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-27 ta’ Ġunju 2000 bl-iskop li dan jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva. (3) L-awtoritajiet Ġermaniżi indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, l-inkartament jidher li jissodisfa l-ħtiġiet tad-data u l-informazzjoni ta’ l-Anness II tad-Direttiva. Barra minn hekk, huma tal-fehma li l-inkartament jiġbor fih id-data u l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III tad-Direttiva rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih dik is-sustanza attiva. Sussegwentament, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), l-inkartament intbagħat mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. (4) L-inkartament intbagħat lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-18 ta’ Ottubru 2000. (5) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ il-konferma formali fuq livell Komunitarju li kull inkartament jiġi kkunsidrat li jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġiet tad-data u l-informazzjoni skond kif previst fl-Anness II u, almenu għal prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li jkollu s-sustanza attiva skond kif jitlob l-Anness III tad-Direttiva. (6) Din il-konferma hi meħtieġa biex tippermetti li jsir l-eżami dettaljat ta’ l-inkartament kif ukoll biex tippermetti lill-Istati Membri l-possibiltà li joħorġu awtorizzazzjoni proviżorja għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva. (7) Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax id-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant iressaq data jew informazzjoni lill-Istat Membru relatur biex jiġu ċċarati ċerti punti fl-inkartament. It-talba għal aktar data u informazzjoni biex jiġi ċċarat l-inkartament m’għandhiex teffettwa ż-żmien stipulat biex jitressaq ir-rapport imsemmi fil-parti 9. (8) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu li l-Ġermanja tkompli għaddejja bl-eżami dettaljat ta’ l-inkartament fuq l-UBH 820; UR 50601 (beflubutamid). (9) Il-Ġermanja għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet waqt li jkun hemm magħhom rakkomandazzjonijiet dwar jekk dawn għandhomx jidħlu jew le flimkien ma’ xi kondizzjonijiet relatati magħhom, malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (10) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-inkartament imressaq mill-UBE Europe GmbH lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi inkluż il-UBH 820; UR 50601 (beflubutamid) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, li kien intbagħat lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-18 ta’ Ottubru 2000, jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġiet rigward id-data u l-informazzjoni kif previst fl-Anness II tad-Direttiva. L-inkartament jissodisfa l-ħtiġiet dwar id-data u l-informazzjoni skond l-Anness III tad-Direttiva rigward wieħed mill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-UBH 820; UR 50601 (beflubutamid), meta wieħed jikkonsidra l-użi proposti. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41. --------------------------------------------------