<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-190/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0190</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:357">EU:C:2018:357</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20150531">31.5.2015</DATE> – (Kawża C‑190/17)</HT></P><P><HT TYPE="SC">Zheng</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1889/2005</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiż terz li jġorr somma kbira mhux iddikjarata ta’ flus kontanti fil-bagalji tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ dikjarazzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ din is-somma mit-territorju Spanjol</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑190/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Madrid, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170412">12 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lu Zheng</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerio de Economía y Competitividad,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur), A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Boskovits kif ukoll minn E. Zisi u A. Dimitrakopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Arenas u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20051026">26 ta’ Ottubru 2005</DATE>, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 309, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lu Zheng u l-Ministerio de Economía y Competitividad (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Kompetittività, Spanja) dwar multa li ġiet imposta fuqu għal nuqqas tal-obbligu li jiddikjara, waqt il-ħruġ mit-territorju Spanjol, ċerti somom ta’ flus kontanti li kien qed iġorr.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 3 tar-Regolament Nru 1889/2005 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>L-introduzzjoni fis-sistema finanzjarja tar-rikavat ta’ attivitajiet illegali u l-investiment ta’ dan ir-rikavat wara l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ħasil<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> (money laundering) tiegħu huma dannużi għall-iżvilupp ekonomiku san u sostenibbli. Għaldaqstant, id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta’ l-<DATE ISO="19910610">10 ta’ Ġunju 1991</DATE> dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 153) introduċiet mekkaniżmu Komunitarju li jimpedixxi l-ħasil tal-flus billi jissorvelja t-transazzjonijiet li jsiru permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji u ċerti tipi ta’ professjonijiet. Billi hemm ir-riskju li l-applikazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu jwassal għal żieda fil-movimenti ta’ flus kontanti għal finijiet illeċiti, id-Direttiva 91/308/KKE għandha tiġi supplimentata b’sistema ta’ kontroll fuq il-flus kontanti li jidħlu fil-Komunità jew joħorġu mill-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fil-preżent tali sistemi ta’ kontroll huma applikati biss minn ftit Stati Membri, li jaġixxu skond il-liġi nazzjonali. Id-differenzi fil-liġijiet huma dannużi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-elementi bażiċi għandhom għalhekk jiġu armonizzati fuq il-livell Komunitarju sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ kontroll fuq movimenti ta’ flus kontanti li jaqsmu l-fruntieri tal-Komunità. Tali armonizzazzjoni ma għandhiex, madankollu, tolqot il-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet eżistenti tat-Trattat, kontrolli nazzjonali fuq movimenti ta’ flus kontanti fi ħdan il-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/308/KEE dwar transazzjonijiet li jsiru permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu u ċerti professjonijiet billi jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kontroll, mill-awtoritajiet kompetenti, ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ movimenti ta’ flus kontanti fil-Komunità fejn tali miżuri huma meħuda skond l-Artikolu 65 tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kwalunkwe persuna fiżika dieħla fil-Komunità jew ħierġa mill-Komunità u li ġġorr flus kontanti ta’ valur ta’ <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> euro jew iżjed għandha tiddikjara dik is-somma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li minnu tidħol fil-Komunità jew toħroġ mill-Komunità skond dan ir-Regolament. L-obbligu ta’ dikjarazzjoni ma jkunx ġie sodisfatt jekk l-informazzjoni provduta ma tkunx korretta jew ma tkunx kompleta.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ l-istess Regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kull Stat Membru għandu jintroduċi l-pieni li għandhom japplikaw fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligu ta’ dikjarazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 2(1)(v) u tal-Artikolu 34 tal-Ley 10/2010 de prevención del blanqueo de capitales y de la financiación del terrorismo (il-Liġi Nru 10/2010 dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu), tat-<DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE> (BOE Nru 103, tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>), jirriżulta li l-persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju nazzjonali jew joħorġu b’mezzi ta’ pagament ta’ ammont ugwali jew superjuri għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> huma obbligati li jippreżentaw dikjarazzjoni minn qabel li jkun fiha informazzjoni eżatta dwar il-portatur, il-proprjetarju, id-destinatarju, l-ammont, in-natura, il-provenjenza, l-użu previst, l-itinerarju u l-mod ta’ trasport tal-mezzi ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 35(2) ta’ din il-liġi jipprevedi li l-assenza ta’ dikjarazzjoni, meta din tkun obbligatorja, jew in-nuqqas ta’ veraċità tal-informazzjoni ddikjarata, jekk tista’ titqies li tkun partikolarment importanti, tagħti lok għall-qbid, mill-uffiċjali tad-dwana jew mill-pulizija li jaġixxu f’din il-funzjoni, tat-totalità tal-mezzi ta’ ħlas misjuba, ħlief għal tnaqqis ta’ minimu ta’ sussistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 52(3)(a) tal-Liġi Nru 10/2010, il-ksur tal-imsemmi obbligu ta’ dikjarazzjoni jikkostitwixxi ksur gravi, suġġett, skont l-Artikolu 57(3) ta’ din il-liġi, għal multa li l-ammont minimu tagħha jitla’ għal EUR 600 u li l-ammont massimu tiegħu jista’ jilħaq id-doppju tas-somma mhux iddikjarata ta’ flus kontanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 59(3) tal-liġi msemmija:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Sabiex tiġi ddeterminata s-sanzjoni applikabbli fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 34, iċ-ċirkustanzi li ġejjin huma meqjusa bħala aggravanti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont li huwa s-suġġett ta’ moviment huwa għoli; ammont ugwali għad-doppju tal-livell stabbilit għad-dikjarazzjoni huwa fi kwalunkwe każ meqjus bħala tali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-assenza ta’ ġustifikazzjoni tal-oriġini legali tal-mezzi ta’ pagament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-inkoerenza bejn l-attività eżerċitata mill-persuna kkonċernata u l-ammont ta’ moviment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-fatt li l-mezzi ta’ pagament jitqiegħdu jew jinsabu b’ċertu mod li juri intenzjoni ċara li jinħbew;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>is-sanzjonijiet amministrattivi definittivi imposti fuq il-persuna kkonċernata minħabba nuqqas li josserva l-obbligu ta’ dikjarazzjoni matul il-ħames snin ta’ qabel.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140810">10 ta’ Awwissu 2014</DATE>, L. Zheng, ċittadin Ċiniż irreġistra l-bagalji tiegħu fl-ajruport tal-Gran Canaria (Spanja) għal titjira b’destinazzjoni Hong Kong (iċ-Ċina), b’waqfiet f’Madrid (Spanja) u f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Waqt kontroll imwettaq matul il-waqfa fl-ajruport ta’ Madrid‑Barajas, ġie kkonstatat li l-bagalji ta’ L. Zheng kien fihom l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">92900</FT> fi flus kontanti, li dan kien naqas milli jiddikjara bi ksur tal-obbligu previst fl-Artikolu 34 tal-Liġi Nru 10/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Dan l-ammont ġie elevat, ħlief għas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, li tikkorrispondi għal-minimu ta’ sussistenza msemmi fl-Artikolu 35(2) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE>, is-Secretario General del Tesoro y Política Financiera (is-Segretarju Ġenerali tat-Teżor u tal-Politika Finanzjarja, Spanja), li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Kompetittività, impona multa amministrattiva ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">91900</FT> fuq L. Zheng, wara li rrileva, bħala ċirkustanzi aggravanti, l-ammont għoli tas-somma mhux iddikjarata, l-assenza ta’ ġustifikazzjoni tal-oriġini legali tal-flus kontanti, l-inkoerenza tad-dikjarazzjonijiet tal-persuna kkonċernata dwar l-attività professjonali u l-fatt li l-flus kontanti kienu jinsabu f’post li kien jindika l-intenzjoni deliberata li jiġu moħbija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L. Zheng ippreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra d-deċiżjoni li imponiet il-multa fuqu u talab l-annullament tagħha, jew l-impożizzjoni ta’ sanzjoni minima, jew l-impożizzjoni ta’ sanzjoni proporzjonata mal-ksur imwettaq. Huwa jinvoka, f’dan ir-rigward, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tqis li, anki jekk il-flus kontanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali baqgħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, L. Zheng kien suġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1889/2005, peress li l-persuna kkonċernata ma setgħetx, qabel il-wasla tagħha fit-territorju Ċiniż, ikollha aċċess għall-flus li kien jinsab fil-bagalji tagħha rreġistrati fil-Gran Canaria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tat lill-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tistaqsi fuq il-portata ta’ din id-dispożizzjoni u fuq il-kompatibbiltà tagħha ma’ ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jissanzjonaw l-obbligu li jiġi ddikjarat il-moviment ta’ flus kontanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Madrid, Spanja) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bħala sanzjoni għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-istess regolament tippermetti l-impożizzjoni ta’ ammont li jista’ jkun sad-doppju tal-valur tal-mezzi ta’ ħlas użati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, bħala ċirkustanzi aggravanti għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni tipprevedi n-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-oriġini legali tal-mezzi ta’ ħlas u n-nuqqas ta’ koerenza mal-attività mwettqa mill-persuna kkonċernata [u l-ammont tal-moviment]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għaż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni ekonomika li, indipendentement mill-ammont tal-moviment, tista’ tammonta għal 25 % tal-flus kontanti mhux iddikjarati, tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol jikkontesta l-ammissibbiltà tal-ewwel domanda magħmula, għar-raġuni li l-multa inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inferjuri għall-ammont mhux iddikjarat ta’ flus kontanti u, għaldaqstant il-bogħod mid-doppju ta’ dan l-ammont. Għaldaqstant, ma hijiex ser tkun neċessarja risposta għal din id-domanda għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet it-tilwima, u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tagħti deċiżjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni jew l-evalwazzjoni tal-validità ta’ regola tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Spanjol ma jikkontestax il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti l-impożizzjoni ta’ multa li tilħaq id-doppju tal-ammont mhux iddikjarat ta’ flus kontanti. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 9 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 57(3) tal-Liġi Nru 10/2010 jipprevedi li kull nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa suġġett għal multa li l-ammont minimu tagħha jitla’ għal EUR 600 u li l-ammont massimu tagħha jista’ jilħaq id-doppju tas-somma mhux iddikjarata ta’ flus kontanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Jekk huwa veru li l-multa inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tilħaqx l-ammont massimu permess minn din il-leġiżlazzjoni, jibqa’ l-fatt li l-ammont ta’ din il-multa ġie stabbilit skont il-leġiżlazzjoni msemmija, billi ttieħed inkunsiderazzjoni l-ammont massimu previst fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirx b’mod manifest li l-ewwel domanda magħmula hija ipotetika jew li ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, din id-domanda għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005, u b’mod iktar preċiż il-punt jekk din id-dispożizzjoni tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat jkunu suġġetti għal multa kkalkolata fid-dawl ta’ ċerti ċirkustanzi aggravanti u li tkun tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE, hija ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha taqta’ l-kawża quddiemha. Għal dan il-għan, jekk ikun il-każ, għandha tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tirriformula d-domandi mressqa quddiemha. Barra minn hekk, jista’ jkun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti nazzjonali ma tkunx għamlet riferiment għalihom fil-formulazzjoni tad-domanda tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>M. u S.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:771">EU:C:2016:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li l-moviment tal-flus kontanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies li huwa ħiereġ mill-Unjoni, peress li L. Zheng ma setax, qabel il-wasla tiegħu fiċ-Ċina, ikollu aċċess għall-flus li kienu jinsabu fil-bagalja rreġistrata fl-ajruport tal-Gran Canaria.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan il-kuntest li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 japplika biss għall-persuni fiżiċi deħlin u ħerġin mill-Unjoni b’tal-inqas EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> fi flus kontanti. Barra minn hekk, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li d-dikjarazzjoni prevista minn dan ir-regolament għandha titwettaq mill-persuna fiżika kkonċernata mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu hija tidħol jew toħroġ mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalkemm l-imsemmi regolament ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>persuna fiżika li tidħol jew li toħroġ<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> mill-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li dan il-kunċett ma huwiex ambigwu u għandu jinftiehem fis-sens ordinarju tiegħu, jiġifieri bħala li jirreferi għaċ-ċaqliq ta’ persuna fiżika minn post li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Unjoni lejn post li jagħmel parti minn dan it-territorju jew minn dan l-aħħar post lejn post li jagħmilx parti minn dan it-territorju (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>El Dakkak u Intercontinental</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:341">EU:C:2017:341</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni fiżiċi kollha li, bħal L. Zheng, joħorġu fiżikament mill-Unjoni b’tal-inqas EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> fi flus kontanti huma marbuta li jiddikjaraw is-somma li jġorru lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu din il-persuna tkun qed toħroġ fiżikament mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li L. Zheng kellu joħroġ mit-territorju tal-Unjoni mill-ajruport ta’ Amsterdam, huwa kien marbut, skont l-imsemmi regolament, li jiddikjara l-flus kontanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali mhux mal-awtoritajiet Spanjoli iżda mal-awtoritajiet kompetenti tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li r-Regolament Nru 1889/2005 ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi obbligi oħra ta’ dikjarazzjoni lil hinn minn dawk li huwa jipprevedi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessa 3 u mill-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan ma jaffettwax il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jeżerċitaw, konformement mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE, u b’mod partikolari tal-Artikolu 65 tiegħu, kontrolli nazzjonali fuq il-movimenti tal-flus kontanti fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel u t-tieni domanda magħmula għandhom jinftiehmu li, permezz tagħhom, il-qorti tar-rinviju tfittex li tkun taf jekk l-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat ikunu suġġetti għal multa kkalkolata fid-dawl ta’ ċerti ċirkustanzi aggravanti u li tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-moviment liberu tal-kapital</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(1)(b) TFUE jipprovdi li l-Artikolu 63(1) TFUE li, skont ġurisprudenza stabbilita, jipprojbixxi b’mod ġenerali r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital bejn Stati Membri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>SEGRO u Horváth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/16 u C‑113/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:157">EU:C:2018:157</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), ma jaffettwax id-dritt li għandhom l-Istati Membri, b’mod partikolari, li jipprevedu proċeduri ta’ dikjarazzjoni ta’ movimenti ta’ kapital għall-finijiet tal-informazzjoni amministrattiva jew statistika, jew li jieħdu miżuri ġġustifikati għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, miżuri nazzjonali li jostakolaw il-moviment liberu tal-kapital jistgħu jkunu ġġustifikati għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 65 TFUE sakemm josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jeżiġi li dawn ikunu xierqa sabiex jiggarantixxu li l-għan imfittex legalment jintlaħaq u li dawn ma jeċċedux dak li huwa meħtieġ sabiex dan il-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>SEGRO u Horváth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/16 u C‑113/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:157">EU:C:2018:157</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, li hija marbuta mal-għan tal-protezzjoni tal-ordni pubbliku, tikkostitwixxi għan leġittimu li jista’ jiġġustifika ostakolu għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Jyske Bank Gibraltar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:270">EU:C:2013:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-moviment liberu tal-kapital, kif stabbilit mit-Trattati ma jipprekludix li l-esportazzjoni tal-karti tal-flus tkun suġġetta għal dikjarazzjoni minn qabel (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950223">23 ta’ Frar 1995</DATE>, <NAME.CASE>Bordessa <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/93 u C‑416/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:54">EU:C:1995:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑163/94, C‑165/94 u C‑250/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:451">EU:C:1995:451</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi mhux biss f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu ksur, iżda wkoll id-determinazzjoni tar-regoli relattivi għall-intensità tal-multi, u l-evalwazzjoni tal-elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iffissar tal-multi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Urbán</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:64">EU:C:2012:64</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-miżuri amministrattivi jew repressivi permessi ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-ħruxija tas-sanzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-gravità tal-ksur li fir-rigward tiegħu jiġu imposti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, anki jekk, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005, l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni rigward l-għażla tas-sanzjonijiet li huma jadottaw sabiex jiżguraw l-osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-istess regolament, multa li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal 60 % tas-somma mhux iddikjarata ta’ flus kontanti, meta din is-somma tkun ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, inkorsa fil-każ ta’ ksur ta’ dan l-obbligu, ma tidhirx li hija proporzjonata, fid-dawl tan-natura tal-ksur ikkonċernat. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li tali multa tmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-osservanza ta’ dan l-obbligu u sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija permezz tal-imsemmi regolament, peress li s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 9 ma hijiex intiża li tissanzjona eventwali attivitajiet frawdolenti jew illegali, iżda biss ksur ta’ dan l-istess obbligu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 57(3) tal-Liġi Nru 10/2010 hija intiża, bħall-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1889/2005 mhux biex tissanzjona eventwali attivitajiet frawdolenti jew illegali, iżda l-ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk tali multa tiġi kkalkolata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi aggravanti, taħt riżerva li huma josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-fatt li l-ammont massimu tagħha jista’ jilħaq id-doppju tas-somma mhux iddikjarata ta’ flus kontanti u li, fi kwalunkwe każ, bħal f’dan il-każ, il-multa tista’ tiġi ffissata f’ammont li jikkorrispondi għal kważi 100 % ta’ din is-somma jmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandha tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domanda li l-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat ikun suġġetti għal multa li tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk id-dritt tal-Unjoni rilevanti fil-kawża prinċipali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni ta’ multa li, irrispettivament mill-ammont li jkun is-suġġett tal-moviment ta’ flus, tista’ tilħaq 25 % tas-somma mhux iddikjarata fi flus kontanti, tissodisfa r-rekwiżit ta’ proporzjonalità</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jekk id-domandi dwar id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, kif tfakkar fil-punti 20 u 21 ta’ din is-sentenza, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li n-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali tirrikjedi li dik il-qorti tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula minnha jew li, minn tal-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom ikunu bbażati dawn id-domandi. Id-deċiżjoni tar-rinviju għandha barra minn dan tindika r-raġunijiet preċiżi li wasslu lill-qorti nazzjonali jkollha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tqis neċessarju li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Online Games <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑685/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:452">EU:C:2017:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-sanzjoni ekonomika li għaliha tirreferi l-qorti tar-rinviju fit-tielet domanda preliminari ma tikkorrispondix ma’ dik li ġiet imposta fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali u ma jidhirx barra minn hekk li teżisti, kif inhi, fl-ordinament ġuridiku Spanjol. Fi kwalunkwe każ, ma hemm xejn fil-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jipprova l-eżistenza ta’ tali sanzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li din id-domanda tiġi ddikjarata inammissibbli, peress li l-funzjoni fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE, hija dik li tikkontribwixxi għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u mhux li tifformula opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ somom kbar ta’ flus kontanti deħlin fi jew ħerġin mit-territorju ta’ dan l-Istat ikun suġġetti għal multa li tista’ tasal sad-doppju tal-ammont mhux iddikjarat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>