|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2565 |
17.11.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2565
tat-8 ta’ Settembru 2026
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/452, meta l-Kummissjoni tqis li investiment dirett barrani x’aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ordni pubbliku, il-Kummissjoni tista’ tagħti opinjoni lill-Istat Membru fejn ikun ippjanat l-investiment dirett barrani jew fejn dan ikun diġà twettaq. Il-proġetti jew il-programmi ta’ interess għall-Unjoni għandhom jinkludu dawk il-proġetti u l-programmi li jinvolvu ammont sostanzjali jew sehem sinifikanti ta’ finanzjament tal-Unjoni, jew li huma koperti mid-dritt tal-Unjoni dwar infrastruttura kritika, teknoloġiji kritiċi jew inputs kritiċi li huma essenzjali għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku. |
|
(2) |
Il-lista ta’ proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/452 tinsab fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni identifikat diversi Regolamenti oħra li jistabbilixxu proġetti u programmi li jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista, peress li huma direttament rilevanti għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa, stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha l-għan li tappoġġa l-industrija Ewropea u tagħti spinta lill-investiment f’teknoloġiji kritiċi fl-Ewropa. |
|
(5) |
Il-programm tal-UE għal Konnettività Sigura (IRIS – 2), stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa inizjattiva li għandha l-għan li tiżviluppa sistema ta’ komunikazzjoni bis-satellita reżiljenti u sigura għall-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (ASAP) huwa inizjattiva tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti spinta lill-produzzjoni tal-munizzjon u tal-missili sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fil-provvista, b’mod partikolari b’rispons għall-gwerra fl-Ukrajna. Il-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont dan ir-regolament mhumiex affettwati mill-iskadenza tar-Regolament fit-30 ta’ Ġunju 2025 kif stabbilit fl-Artikolu 24. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (EDIRPA) huwa mfassal biex isaħħaħ l-industrija Ewropea tad-difiża billi jippromwovi l-akkwist konġunt ta’ tagħmir militari fost l-Istati Membri. |
|
(8) |
L-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 (6), se jappoġġa lill-Istati Membri li jixtiequ jinvestu fil-produzzjoni industrijali tad-difiża permezz tal-akkwist komuni, b’enfasi fuq il-kapaċitajiet prijoritarji. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-investimenti strateġiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (il-Fond InvestEU), kif definit fit-Taqsima 2.10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 (8) li jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment rilevanti, minbarra t-Taqsima 2.10, il-paragrafu b li jirreferi għat-Taqsima 6.4.1.1 (investiment soċjali u ħiliet), l-investimenti strateġiċi taħt InvestEU, li jiffinanzjaw setturi kritiċi bħall-innovazzjoni, l-infrastruttura, l-SMEs, u t-teknoloġiji b’użu doppju, jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness billi huma koperti fil-Komunikazzjoni Konġunta reċenti dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Ekonomika tal-UE u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku u biex jiġu żgurati ktajjen tal-valur strateġiċi. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jelenka l-materja prima kritika li hija indispensabbli għall-ekonomija tal-Unjoni u għal firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji meħtieġa għas-setturi strateġiċi, inklużi l-ajruspazju u d-difiża. Il-proġetti strateġiċi fl-Unjoni approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1252 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista, peress li spiss jinvolvu materja prima kritika essenzjali għas-setturi strateġiċi, bħall-enerġija, id-difiża u t-trasport, u għalhekk jistgħu joħolqu riskji potenzjali għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà jekk entitajiet barranin ifixklu jew jikkontrollaw il-provvista tagħhom. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti – “NZIA”), li jistabbilixxi qafas biex tissaħħaħ l-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti. F’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar “Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE”, li titlob li l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni jintużaw aħjar u tidentifika l-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tat-tfixkil fl-infrastruttura kritika tal-UE bħala żona ta’ riskju għoli, il-proġetti strateġiċi taħt l-NZIA jikkontribwixxu direttament biex jagħmlu s-sistema tal-enerġija tal-Unjoni aktar reżiljenti, jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista u jappoġġaw il-manifattura sigura tat-teknoloġija nadifa. Dawn il-proġetti strateġiċi taħt l-NZIA jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness sabiex jallinjaw mal-enfasi tal-Komunikazzjoni fuq il-protezzjoni tal-assi ewlenin essenzjali għas-sigurtà ekonomika. |
|
(12) |
Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (“IPCEIs”) imsemmija fl-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE huma mfassla biex ilaqqgħu flimkien is-setturi pubbliċi u privati sabiex iwettqu proġetti fuq skala kbira li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti għall-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha. Dawn jappoġġaw investimenti fuq skala kbira u transfruntiera ta’ importanza strateġika għall-Unjoni. Huwa ġġustifikat li l-Anness jinkludi l-IPCEIs, peress li dawn jikkontribwixxu direttament għas-sigurtà ekonomika tal-UE billi jsaħħu r-reżiljenza industrijali, irawmu l-innovazzjoni u jnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, f’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar “Insaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE”. |
|
(13) |
Il-Fond għall-Innovazzjoni stabbilit bl-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jiffinanzja proġetti li jiffukaw fuq teknoloġiji u proċessi innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju f’industriji intensivi fl-enerġija, fuq il-ġenerazzjoni innovattiva tal-enerġija rinnovabbli u fuq il-ħżin tal-enerġija, u fil-futur se jappoġġa saħansitra aktar proġetti innovattivi fil-katina tal-valur tal-materja prima kritika. Ir-riskji f’dawn is-setturi relatati maċ-ċibersigurtà u d-dipendenzi tal-katina ta’ provvista għandhom ukoll implikazzjonijiet għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku tal-UE. |
|
(14) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jgħin biex l-Istati Membri jiksbu tagħmir ta’ kontroll doganali mill-aktar avvanzat f’qasam fejn ikunu ġew identifikati riskji marbuta maċ-ċibersigurtà u mal-aċċess għal data sensittiva, aggravati fiż-żewġ każijiet minn dipendenzi fuq oligopolju tal-fornituri. |
|
(15) |
Barra minn hekk, il-programmi tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita (Galileo & EGNOS), Copernicus, u l-Azzjoni preparatorja għat-tħejjija tal-programm il-ġdid tal-UE GOVSATCOM jenħtieġ li jitneħħew mil-lista, minħabba li r-Regolamenti li jistabbilixxuhom tħassru bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
(16) |
Ir-referenzi għal ċerti programmi oħra fil-lista jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/452 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/452 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023–2027 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/588/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1525/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) (ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 18, http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1078/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigurta u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj).
(11) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj).
(12) Ir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1077/oj).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj).
ANNESS
ANNESS
Lista ta’ proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3):
|
1. |
Programm Spazjali tal-UE Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj). |
|
2. |
Orizzont 2020, jinkludi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 tat-TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1291/oj), inklużi azzjonijiet relatati ma’ Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi u ċ-ċibersigurtà. |
|
3. |
Orizzont Ewropa, inklużi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbilita skont l-Artikolu 187 tat-TFUE Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj). |
|
4. |
Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2026–2027 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2025/1304 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi l-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2026–2027 li jikkomplementa lil Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2021/765 (ĠU L, 2025/1304, 3.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1304/oj). |
|
5. |
Networks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T) Ir-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ĠU L 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj). |
|
6. |
Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E) Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj). |
|
7. |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj). |
|
8. |
Programm Ewropa Diġitali Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj). |
|
9. |
Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1092/oj). |
|
10. |
Fond Ewropew għad-Difiża Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj). |
|
11. |
Kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/340/oj).). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1797/oj). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1909/oj). |
|
12. |
Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/198/oj). |
|
13. |
Programm l-UE għas-Saħħa Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/522/oj). |
|
14. |
Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (ir-Regolament STEP) Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj). |
|
15. |
Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (IRIS2) Ir-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023–2027 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/588/oj). |
|
16. |
Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1525/oj). |
|
17. |
Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża Ewropea permezz tal-Akkwisti Komuni (EDIRPA) Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) (ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj). |
|
18. |
Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj). |
|
19. |
InvestEU, bl-esklużjoni tal-investimenti fl-“Investiment Soċjali u l-Ħiliet” Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 ( ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/523/oj), fir-rigward tal-investimenti strateġiċi fil-qasam tad-difiża stabbiliti fil-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1078 tal-14 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU ( ĠU L 234, 2.7.2021, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1078/oj), bl-esklużjoni tat-Taqsima 2.10, il-paragrafu (b), b’referenza għat-Taqsima 6.4.1.1 (investiment soċjali u ħiliet). |
|
20. |
Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika (Att dwar is-CRM) Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj). |
|
21. |
Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (NZIA) Ir-Regolament (UE) 2024/1735 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1735, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1735/oj). |
|
22. |
Fond għall-Innovazzjoni L-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj). |
|
23. |
Strument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali (parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri) Ir-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1077/oj). |
|
24. |
Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEIs) Proġetti li l-Kummissjoni qieset, f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, li jikkostitwixxu proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/2565/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)