Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1)

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, ir-Repubblika tal-Portugall naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 71 ta’ din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.