|
(c)
|
L-Anness C4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS C4
IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA KOMPRENSIVA
I. Impenn tal-garanti
|
1.
|
Is-sottoskritt(1)
…
…
residenti fi(2)
…
…
b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’
…
sa ammont massimu ta’ …
favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino
(
5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija
(6)
…
tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra
(7)
li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.
L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:
…
|
(a)
|
li jkun 100/50/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għat-total tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,
|
kif ukoll
…
|
(b)
|
li jkun 100/30 %
(
8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għat-total tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,
|
|
|
1a.
|
L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt(9):
|
(a)
|
ħażna temporanja - … ,
|
|
(b)
|
proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu - … ,
|
|
(c)
|
proċedura ta’ ħażna doganali - … ,
|
|
(d)
|
proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - … ,
|
|
(e)
|
proċedura ta’ proċessar attiv - … ,
|
|
(f)
|
proċedura ta’ użu aħħari - … ,
|
|
(g)
|
f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …
|
|
|
1b.
|
L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt (9):
|
(a)
|
rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit, - … ,
|
|
(b)
|
rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - … ,
|
|
(c)
|
rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,
|
|
(d)
|
rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,
|
|
(e)
|
proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni- … ,
|
|
(f)
|
proċedura ta’ użu aħħari - … (10) ,
|
|
(g)
|
f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …
|
|
|
2.
|
Is-sottoskritt jintrabat li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba sal-ammont massimu msemmi iktar ’il fuq wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.
Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddiferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.
Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.
|
|
3.
|
Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jirriżulta tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.
|
|
4.
|
Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11
)
f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:
|
Pajjiż
|
Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.
Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.
Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.
Magħmul fi …
nhar …
…
(Firma)
(
12)
|
II. Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija
…
…
L-impenn tal-garanti approvat nhar …
…
(Timbru u Firma)
________________
Noti:
|
(1)
|
Kunjom u isem, jew isem id-ditta.
|
|
(3)
|
Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.
|
|
(4)
|
Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.
|
|
(5)
|
Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.
|
|
(6)
|
Kunjom u isem, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.
|
|
(7)
|
Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni/tal-Unjoni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.
|
|
(8)
|
Ħassar dak li ma japplikax.
|
|
(9)
|
Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.
|
|
(10)
|
Għall-ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura- tal-użu aħħari.
|
|
(11)
|
Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.
|
|
(12)
|
Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb fi kliem).
|
”; |