|
21.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Jannar 2010
dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fl-Awstrija
(2010/282/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(6) flimkien mal-Artikolu 126(13) u l-Artikolu 136 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mill-Awstrija,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi tal-gvern. |
|
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. |
|
(3) |
Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) taħt l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif iċċarata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), tipprovdi għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv. Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 104 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi dispożizzjonijiet ulterjuri relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (2) jistabbilixxi definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll. |
|
(4) |
Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effettività u l-bażi ekonomika tiegħu kif ukoll li tħares is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Ir-riforma kellha l-għan li tiżgura li, b’mod partikolari, l-isfond ekonomiku u baġitarju ttieħed kompletament f’konsiderazzjoni fl-istadji kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-linji ta’ politika tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji sodi filwaqt li titqies il-qagħda ekonomika. |
|
(5) |
L-Artikolu 104(5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, - li sar l-Artikolu 126(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, - kien jeħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni kienet tqis li kien jeżisti jew li jista’ jinqala’ żbilanċ eċċessiv fi Stat Membru. Il-Kummissjoni, wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 104(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 126(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 104(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 126(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ikkonkludiet li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fl-Awstrija. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat tali opinjoni lill-Kunsill fir-rigward tal-Awstrija fil-11 ta’ Novembru 2009 (3). |
|
(6) |
L-Artikolu 126(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni ġenerali, jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv. Fil-każ tal-Awstrija, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet imniżżlin fid-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Awstrijaċi f’Ottubru 2009, l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fl-Awstrija huwa ppjanat li jilħaq it-3,9 % tal-PDG fl-2009, biex b’hekk jibqa’ ‘l fuq u mhux qrib tal-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG. Ibbażat fuq il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, l-eċċess ippjanat fuq il-valur ta’ referenza jikkwalifika bħala eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’mod partikolari, dan jirriżulta minn tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku skont it-tifsira tat-Trattat u tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Skont il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, il-PDG reali fl-Awstrija huwa pproġettat li jonqos drastikament fl-2009 bi – 3,7 %. Ir-reċessjoni tirrifletti t-tnaqqis f’daqqa fl-investiment privat u fil-kummerċ barrani fis-settur tal-manifattura li hu orjentat lejn l-esportazzjoni bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u t-tnaqqis globali fir-ritmu ekonomiku, b’mod partikolari l-prospetti ħafna inqas ta’ tkabbir tal-imsieħba kummerċjali ewlenin (iż-żona tal-Euro, l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant). Barra minn hekk, l-eċċess ippjanat fuq il-valur ta’ referenza ma jistax jitqies temporanju. Skont il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, li jqisu l-miżuri fiskali adottati fis-sena attwali, l-iżbilanċ jitwessa’ għal 5,5 % fl-2010 u 5,3 % tal-PDG fl-2011 fuq suppożizzjoni tal-ebda tibdil fil-politika. Il-kriterju tal-iżbilanċ fit-Trattat mhuwiex sodisfatt. |
|
(8) |
Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Awstrijaċi f’Ottubru 2009, id-dejn gross ġenerali tal-gvern ilu ‘l fuq mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG mill-2008 u hu ppjanat li jkun 68,2 % tal-PDG fl-2009. Skont il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, il-proporzjon tad-dejn mistenni li jkompli jiżdied għal 73,9 % fl-2010 u 77 % tal-PDG fl-2011. Il-proporzjon ta’ dejn ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed li qed jonqos b’mod suffiċjenti u li qed joqrob lejn il-valur ta’ referenza b’pass sodisfaċenti fi ħdan it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-kriterju tad-dejn fit-Trattat mhuwiex sodisfatt. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-“fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jekk il-kondizzjoni doppja - li l-iżbilanċ jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu ‘l fuq mill-valur ta’ referenza jkun temporanju - tiġi sodisfatta għal kollox. Fil-każ tal-Awstrija, din il-kondizzjoni doppja ma ntlaħqitx. Għalhekk, il-fatturi rilevanti mhumiex qed jitqiesu fil-passi li jwasslu għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti żbilanċ eċċessiv fl-Awstrija.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO
(2) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(3) Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE għall-Awstrija jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/netstartsearch/pdfsearch/pdf.cfm?mode = _m2