Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni inkorretta tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, p. 29) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-responsabbiltà tad-distributur ta’ prodott difettuż hija bħal dik tal-produttur.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi adotta u żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet li jipprovdu li fornituri intermedjarji li jipparteċipaw fil-katina ta’ distribuzzjoni huma responsabbli fl-istess kundizzjonijiet bħall-produttur, bi ksur ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, ir-Renju tad-Danimarka naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.