Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2007 – Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka

(Kawża C‑327/05)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/374/KEE – Responsabbiltà għall-prodotti difettużi – Responsabbiltà tal-fornitur ta’ prodott difettuż”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu preskritt mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara punt 14)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni inkorretta tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, p. 29) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-responsabbiltà tad-distributur ta’ prodott difettuż hija bħal dik tal-produttur.

Dispożittiv

1)     Billi adotta u żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet li jipprovdu li fornituri intermedjarji li jipparteċipaw fil-katina ta’ distribuzzjoni huma responsabbli fl-istess kundizzjonijiet bħall-produttur, bi ksur ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, ir-Renju tad-Danimarka naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)     Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.