|
19.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 138/2009
tat-18 ta’ Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 28(b) flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għal għajnuna obbligatorja għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet Taljani. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 (2) stipula r-regoli dettaljati dwar l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijiet Taljani. |
|
(3) |
L-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 (3) rrevoka r-Regolament (KE) Nru 2659/94 li madankollu għadu japplika fir-rigward ta’ kuntratti konklużi skont dak ir-Regolament qabel l-1 ta’ Marzu 2009. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 (4) [“Il-Kontroll tas-Saħħa”] jabolixxi l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ ġobnijiet Taljani stabbilita fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Din għandha titneħħa b’effett mill-1 ta’ April 2009. |
|
(5) |
Għal perjodu ta’ xahar (mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Marzu 2009) ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika għal għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti ġobnijet Taljani. Dan ir-regolament ma fihx ir-regoli dettaljati kollha meħtieġa għal dan l-għan. Regolament ġdid għall-għotja ta’ għajnuna għal ħżin privat ta’ dawn il-ġobnijiet Taljani għandu għalhekk jiġi adottat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan ir-regolament ġdid għandu japplika biss għal xahar wieħed. |
|
(6) |
Sabiex l-effikaċja tal-iskema tkun priservata u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq operaturi u amministrazzjonijiet nazzjonali l-estensjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2659/94 qed titqies izjed xierqa għall-kuntratti konkluzi skont dak ir-Regolament qabel l-1 ta’ April 2009. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandha tinbidel b'dan li ġej:
Madanakollu, jibqa’ japplika għall-kuntratti konklużi skont dak ir-Regolament revokat qabel l-1 ta’ April 2009.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 284, 1.11.1994, p. 26.