|
12.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Frar 2014
li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(2014/76/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2013,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Imħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn il-quddiem il-“kumitat”). |
|
(2) |
Il-kumitat għandu jikkonsisti minn seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta’ qrati supremi nazzjonali u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew. |
|
(3) |
Għandu tiġi kkunsidrata kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, kemm f’termini ta’ bażi ġeografika kif ukoll f’termini tar-rappreżentanza tas-sistemi legali tal-Istati Membri. |
|
(4) |
Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru l-membri tal-kumitat u l-President tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għal perijodu ta’ erba’ snin mill-1 ta’ Marzu 2014, dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:
|
|
Is-Sur Jean-Marc SAUVÉ, President |
|
|
Is-Sur Luigi BERLINGUER |
|
|
Is-Sinjura Pauliine KOSKELO |
|
|
Lord MANCE |
|
|
Is-Sur Péter PACZOLAY |
|
|
Is-Sur Christiaan TIMMERMANS |
|
|
Is-Sur Andreas VOSSKUHLE |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2014.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS