22002D0092



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0067 - 0068


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 92/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2002 tal-31 ta' Mejju 2002 [1].

(2) L-adattamenti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta' studji Komunitarji dwar l-istruttura ta' azjendi (holdings) agrikoli bejn l-1988 u l-1997 [2], kif l-aħħar emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta' studji Komunitarji dwar l-istruttura ta' azjendi (holdings) agrikoli [3], inkorporati fil-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġnnt taż-ŻEE Nru 13/1999 tad- 29 ta' Jannar 1999 [4] għandhom ikunu emendati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. It-test ta' l-adattament (d) għandu jkun issostitut b'li ġej:

"L-Artikoli 10, 12 u 13, u l-Anness II mhumiex relevanti għall-Islanda u l-Liechtenstein. L-Artikolu 13 mhux relevanti għan-Norveġja."

2. It-test ta' l-adattament (h) għandu jkun issostitut b'li ġej:

"Il-Liechtenstein u l-Islanda m'għandhomx jintrabtu bit-tipografija li jireferu għaliha l-Aartikoli 6, 7, 8, 9 u l-Anness I. Madankollu, il-Liechtenstein u l-Islanda għandhom jittrasmettu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa li tippermetti l-klassifikazzjoni mill-ġdid skond din it-tipoloġija."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 238, tal-5.9.2002, p. 36.

[2] ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1.

[3] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 3.

[4] ĠU L 112, tal-11.5.2000, p. 67, kif ikkoreġuta bi ĠU L 21, tal-11.5.2000, p. 1.

[5] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------