|
6.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/315 |
P9_TA(2022)0020
Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku: l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (12617/2021 – C9-0420/2021 – 2021/0184(NLE))
(Approvazzjoni)
(2022/C 342/28)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12617/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Riżorsi tas-Sajd f'Ibħra Miftuħa fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku (12617/2021 ADD 1), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0420/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0008/2022), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern tar-Repubblika tal-Korea, bħala d-depożitarju għall-Konvenzjoni. |