14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Mejju 2013

li tinnomina l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2017 fid-Danimarka u f’Ċipru u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 f’Malta

(2013/286/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-bord tal-għażla ta’ Settembru 2012 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura fid-Danimarka u f’Ċipru,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-bord tal-għażla ta’ Novembru 2012 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta,

Billi:

Filwaqt li jqis li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE ntlaħqu kollha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Aarhus u Paphos huma nnominati bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2017” rispettivament fid-Danimarka u f’Ċipru.

Il-Belt Valletta hija nnominata bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018” f’Malta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. QUINN


(1)   ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.