|
13.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1933
tat-12 ta’ Ottubru 2022
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tal-estensjoni tad-deroga relatata mal-kondizzjonijiet tal-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument C(2022) 7148)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2008/90/KE jirrikjedi lill-Kummissjoni li tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiż terz u joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir, l-imballaġġ, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-immarkar u l-issiġillar, humiex ekwivalenti f’dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fl-Unjoni u jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/90/KE jipprovdi għal deroga li tippermetti lill-Istati Membri, sakemm tittieħed din id-deċiżjoni, li japplikaw għall-importazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott kondizzjonijiet għall-inqas ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u għall-pjanti tal-frott prodotti fl-Unjoni. |
|
(2) |
It-tali deroga ngħatat sal-31 ta’ Diċembru 2022. Għalhekk l-Istati Membri jistgħu japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE (2), 2014/97/UE (3) u 2014/98/UE (4). |
|
(3) |
Qed titħejja Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, prodotti f’ċerti pajjiżi terzi. Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott prodotti f’dawk il-pajjiżi humiex ekwivalenti għall-materjal tal-propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott prodotti fl-Unjoni u jekk jikkonformawx mad-Direttiva 2008/90/KE. Il-Kummissjoni teħtieġ ukoll li teżamina jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’dawk il-pajjiżi terzi joffrux l-istess garanziji fir-rigward tal-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir, l-imballaġġ, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-immarkar u l-issiġillar, bħall-materjal rispettiv prodott fl-Unjoni f’konformità ma’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Minħabba ż-żmien meħtieġ għat-twettiq ta’ tali valutazzjonijiet u meta jitqies l-għadd kbir ta’ applikazzjonijiet riċevuti minn pajjiżi terzi, huwa meqjus li l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni msemmija qabel, sal-31 ta’ Diċembru 2022 mhijiex fattibbli. Sakemm tiġi adottata dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u sabiex jiġi evitat it-tfixkil tax-xejriet kummerċjali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jibbenefikaw mid-deroga tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/90/KE. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/90/KE jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/90/KE tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/90/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2022” hija sostitwita bil-“31 ta’ Diċembru 2025”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/96/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar ir-rekwiżiti għat-tikkettar, is-siġillar u l-imballaġġar ta’ materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 12).
(3) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/97/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ fornituri u ta’ varjetajiet u l-lista komuni ta’ varjetajiet (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 16).
(4) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22).