|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 139/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/26/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII għall-Ftehim:
|
“— |
32011 D 0026: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/26/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 13, 18.1.2011, p. 64).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2011/26/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.
(2) ĠU L 13, 18.1.2011, p. 64.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali