<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-92/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0092</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:258">EU:C:2021:258</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas‑<DATE ISO="20210326">26.3.2021</DATE> – Kawża C‑92/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fedasil</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210326">26 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27</KEYWORD><KEYWORD>Rimedji ġudizzjarji kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Natura sospensiva tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 29</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet u termini ta’ trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Standards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/33/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18</KEYWORD><KEYWORD>Miżura nazzjonali li tattribwixxi lil applikant li kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑92/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20210208">8 ta’ Frar 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20210215">15 ta’ Frar 2021</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VW</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agence fédérale pour l’accueil des demandeurs d’asile (Fedasil),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász (Relatur), C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 53(2) u mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 49, p. 50</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn VW u l-Agence fédérale pour l’accueil des demandeurs d’asile (l-Aġenzija Federali għall-Akkoljenza tal-Applikanti għall-Ażil, il-Belġju, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Fedasil<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-legalità ta’ miżura li tattribwixxi lil VW post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Dublin III</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Dublin III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-Istat Membru Responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>).<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2011/95/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tar-regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Notifika tad-deċiżjoni tat-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Meta l-Istat Membru mitlub jaċċetta li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(c) jew (d), l-Istat Membru rikjedenti għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni li hija tiġi trasferita lejn l-Istat Membru responsabbli u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li ma jeżaminax l-applikazjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali. Jekk konsulent legali jew kunsillier ieħor ikun qed jirrapreżenta lill-persuna kkonċernata, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinnotifikaw id-deċiżjoni li tali konsulent legali jew kunsillier minflok lill-persuna kkonċernata u, fejn applikabbli, jikkomunikaw id-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikant […] għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta’ appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi, mid-deċiżjoni tat-trasferiment, quddiem qorti jew tribunal.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ appelli kontra, jew reviżjonijiet ta’, -deċiżjonijiet ta’ trasferiment, l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-appell jew ir-reviżjoni tagħti lill-applikant id-dritt li jibqa’ fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew ir-reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-trasferiment huwa sospiż awtomatikament u tali sospensjoni tiskadi wara ċertu perijodu ta’ żmien raġonevoli, f’liema żmien qorti jew tribunal, wara skrutinju mill-qrib u rigoruż, tkun ħadet deċiżjoni dwar jekk għandux jingħata effett sospensiv lil appell jew reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata jkollha l-opportunità li titlob f’perijodu ta’ żmien raġonevoli lil qorti jew tribunal biex jissospendi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew reviżjoni tiegħu/tagħha[.] L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm rimedju effettiv billi jissospendu t-trasferiment sakemm tittieħed deċiżjoni rigward l-ewwel talba għal sospensjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar jekk l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment għandhiex tiġi sospiża għandha tittieħed f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li tippermetti skrutinju mill-qrib u rigoruż tat-talba għal sospensjoni. Deċiżjoni li l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment ma tiġix sospiża għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jaġixxu ex officio fis-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment sakemm iseħħ l-eżitu tal-appell jew reviżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata għandha aċċess għall-assistenza legali u, fejn neċessarju, assistenza lingwistika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali tingħata fuq talba mingħajr ħlas fejn il-persuna kkonċernata ma tistax tħallas l-ispejjeż involuti. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tar-Regolament Dublin III, dwar il-modalitajiet u t-termini tat-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 18(1) mill-Istat Membru rikjedenti lejn l-Istat Membru responsabbli, għandu jkun eżegwit skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, mill-aktar fis li jkun prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 27(3).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn it-trasferiment ma jsirx fiż-żmien limitu ta’ sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli għandu jitneħħewlu l-obbligi biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tkun trasferita lill-Istat Membru rikjedenti. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jkun estiż sa massimu ta’ sena jekk it-trasferiment ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna kkonċernata jew sa massimu ta’ tmintax-il xahar jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/33/UE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="96" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 96</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Residenza u libertà ta’ moviment<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f’żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m’għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha skont din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza lill-applikantminħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku, l-ordni pubblika jew, meta meħtieġ, għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza suġġetti għal residenza reali mill-applikanti f’post speċifiku, li għandu jkun determinat mill-Istati Membri. Tali deċiżjoni, li tista’ tkun ta’ natura ġenerali, għandha tittieħed fuq livell individwali u stabbilita mil-liġi nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Modalitajiet għal kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>(b) ċentri ta’ akkomodazzjoni li jiggarantixxu standard ta’ ħajja adegwat;</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-persuni vulnerabbli fir-rigward ta’ applikanti fil-binijiet u ċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta’ applikanti minn faċilità ta’ akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal‑<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Titolu I bis tal-loi sur l’accès au territoire, le séjour, l’établissement et l’éloignement des étrangers (il-Liġi dwar id-Dħul fit-Territorju, ir-Residenza, l-Istabbiliment u t-Tneħħija tal-Barranin), tal‑<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal‑<DATE ISO="19801231">31 ta’ Diċembru 1980</DATE>, p. 14584), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Liġi tal‑<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huwa maqsum f’ħames kapitoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Stabbiliment u ġurisdizzjoni tal-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikolu 39/2 tal-Liġi tal‑<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>, li jipprevedi li l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali jista’ jippreżenta quddiem il-Conseil du contentieux des étrangers (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin, il-Belġju) rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza meħuda fil-konfront tiegħu, flimkien ma’ ordni ta’ tluq mit-territorju, li ma hijiex sospensiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-Proċedura<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, ta’ dan l-istess Titolu I bis tal-Liġi tal‑<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> huwa maqsum fi tliet taqsimiet. It-Taqsima III, dwar ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>rikors għal annullament<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, tinkludi, b’mod partikolari, is-Subtaqsima 3, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-Proċeduri amministrattivi għal miżuri provviżorji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li fiha jinsab l-Artikolu 39/82 ta’ din il-liġi, li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="039.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta att ta’ awtorità amministrattiva jkun jista’ jiġi annullat skont l-Artikolu 39/2, huwa biss il-[Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin] li huwa kompetenti sabiex jordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Meta r-rikorrent jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, huwa għandu jagħżel jew sospensjoni b’urġenza estrema, jew inkella sospensjoni ordinarja. Fuq piena ta’ inammissibbiltà, huwa ma jistax, la simultanjament u lanqas b’mod konsekuttiv, japplika mill-ġdid il-subparagrafu 3, jew jitlob mill-ġdid is-sospensjoni fir-rikors imsemmi fil-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><ALINEA>[…]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="039.004"><NO.PARAG>§ 4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-President tal-Awla jew l-Imħallef innominat minnu sabiex jippresjedi l-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin għandu jiddeċiedi fi żmien tletin jum dwar it-talba għal sospensjoni. Jekk is-sospensjoni tiġi ordnata, għanda tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament fi żmien erba’ xhur mill-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja.</ALINEA><ALINEA>Meta barrani jkun is-suġġett ta’ miżura ta’ tneħħija jew ta’ refoulement li l-eżekuzzjoni tagħha tkun imminenti, b’mod partikolari meta jinżamm f’post speċifiku previst fl-Artikoli 74/8 u 74/9 jew jitqiegħed taħt ordni għall-ħarsien, huwa jista’, jekk ma jkunx għadu talab is-sospensjoni tagħha bil-mezz ordinarju, jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din il-miżura b’urġenza estrema fit-terminu previst fis-subparagrafu 3 tal-Artikolu 39/57(1).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Akkoljenza tal-Applikanti għall-Ażil u ta’ Ċerti Kategoriji Oħra ta’ Barranin</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-loi sur l’accueil des demandeurs d’asile et de certaines autres catégories d’étrangers (il-Liġi dwar l-Akkoljenza tal-Applikanti għall-Ażil u ta’ Ċerti Kategoriji Oħra ta’ Barranin), tat‑<DATE ISO="20070112">12 ta’ Jannar 2007</DATE> (Moniteur belge tas‑<DATE ISO="20070507">7 ta’ Mejju 2007</DATE>, p. 24027) jipprevedi, f’ċerti kundizzjonijiet, l-għoti vinkolanti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza għall-applikanti għall-ażil. Skont l-Artikolu 12(2) ta’ din il-liġi, il-Fedasil tista’ temenda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-post ta’ akkoljenza ta’ applikant għall-ażil.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, żagħżugħ maġġorenni ta’ nazzjonalità Gineana, ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-istennija ta’ deċiżjoni dwar it-talba tiegħu, huwa ngħata akkomodazzjoni f’ċentru ta’ akkoljenza tas-Salib l-Aħmar, li jinsab f’Bierset (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani indirizzaw talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu lill-awtoritajiet Spanjoli. Din it-talba ġiet aċċettata fit‑<DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Office des étrangers (l-Uffiċċju għall-Barranin, il-Belġju) adotta deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza b’ordni ta’ tluq mit-territorju, li ġiet innotifikata lir-rikorrent fil-kawża prinċipali fit‑<DATE ISO="20201202">2 ta’ Diċembru 2020</DATE>. Skont din id-deċiżjoni, ġie indikat lilu li r-Renju ta’ Spanja kien responsabbli għall-eżami tal-fajl tiegħu u ġie ordnat jitlaq mit-territorju tal-Belġju u jmur Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20201209">9 ta’ Diċembru 2020</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni ta’ trasferiment quddiem il-Conseil du contentieux des étrangers (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20201204">4 ta’ Diċembru 2020</DATE>, il-Fedasil, fid-dawl tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, emendat il-post ta’ akkoljenza tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, billi assenjatu b’mod vinkolanti fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li tinsab f’Mouscron (il-Belġju), sabiex huwa jibbenefika mis-sostenn previst għall-organizzazzjoni tat-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru responsabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20201209">9 ta’ Diċembru 2020</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors għal miżuri provviżorji quddiem it-tribunal du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège, il-Belġju) kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet għal miżuri provviżorji tal‑<DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, ikkonfermat fil‑<DATE ISO="20210105">5 ta’ Jannar 2021</DATE>, it-tribunal du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège) ordnat, provviżorjament, iż-żamma tal-akkomodazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali fiċ-ċentru ta’ akkoljenza tas-Salib l-Aħmar ta’ Bierset, bil-kundizzjoni li huwa jippreżenta, f’terminu ta’ xahar, rikors fuq il-mertu kontra d-deċiżjoni tal-Fedasil tal‑<DATE ISO="20201204">4 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors fuq il-mertu kontra d-deċiżjoni tal-Fedasil. Insostenn ta’ dan ir-rikors, huwa sostna li din kienet tippreġudika d-dritt tiegħu għal rimedju sospensiv kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III jiggarantixxi lill-applikant rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ residenza b’ordni ta’ tluq mit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, hija tenfasizza li l-preżentata ta’ rikors ma għandhiex, fid-dritt nazzjonali, effett sospensiv awtomatiku fuq l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ tluq mit-territorju. Huwa biss fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi għal miżuri provviżorji li l-applikant jista’ jitlob is-sospensjoni ta’ din l-eżekuzzjoni, f’kuntest ta’ urġenza assoluta, jiġifieri fil-każ ta’ eżekuzzjoni imminenti ta’ tali ordni ta’ tluq mit-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-eżitu tal-kawża prinċipali jeħtieġ li jiġi ddeterminat minn qabel jekk u taħt liema kundizzjoni ir-rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment għandu effett sospensiv. F’dan ir-rigward, hija tispjega li, kieku kellu jiġi rrikonoxxut tali effett, il-preżentata ta’ rikors ikollha l-konsegwenza li tostakola temporanjament it-trasferiment tal-applikant ikkonċernat lejn Stat Membru ieħor, b’tali mod li ċ-ċaqliq tiegħu lejn ċentru speċifiku għall-finijiet tal-preparazzjoni tat-trasferiment ikun prematur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija tistaqsi dwar jekk deċiżjoni ta’ bdil tal-post ta’ akkoljenza obbligatorju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha, fl-opinjoni tagħha, titqies bħala bidu tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, hijiex konformi mal-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-tribunal du travail de Liège (il-Qorti Industrijali ta’ Liège) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>Rikors taħt id-dritt nazzjonali organizzat favur applikant għal ażil mitlub biex l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor, li ma għandu ebda natura sospensiva u li ma jistax jikseb tali natura ħlief fil-każ ta’ ċaħda tal-libertà bil-għan tat-trasferiment imminenti, jikkostitwixxi rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 27 tar-[Regolament Dublin III]?</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="8"?><CONSID><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rimedju effettiv imsemmi fl-Artikolu 27 tar-[Regolament Dublin III] għandu jinftiehem fis-sens li jipprekludi biss l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ trasferiment forzat matul l-eżami tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment imsemmija jew fis-sens li jipprekludi kull miżura preparatorja għal tneħħija, bħat-tqegħid f’ċentru li jiżgura l-istabbiliment ta’ pjan ta’ ritorn fir-rigward tal-applikanti għal ażil mitluba biex l-applikazzjoni għal ażil tagħhom tiġi eżaminata f’pajjiż Ewropew ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet li din il-kawża tkun suġġetta għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jew għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210301">1 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Ħames Awla ddeċidiet, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li ma kienx hemm lok li tilqa’ t-talba intiża sabiex din il-kawża tkun suġġetta għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, peress li l-kundizzjonijiet għall-urġenza previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura ma kinux issodisfatti. Permezz ta’ deċiżjoni tal-istess jum, it-talba intiża sabiex din il-kawża tkun suġġetta għall-proċedura mħaffa ġiet miċħuda wkoll. Min-naħa l-oħra, fl-istess jum, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li l-imsemmija kawża tinqata’ bi prijorità, skont l-Artikolu 53(3) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat meta, b’mod partikolari, ir-risposta għal domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 53(2) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, meta talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tista’ f’kull ħin tiddeċiedi li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hemm lok li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu applikati fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jadotta, fir-rigward ta’ applikant li jkun ippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament, miżuri preparatorji għal dan it-trasferiment, bħall-għoti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Dublin III, l-applikant għandu jkollu dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta’ rikors kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment jew ta’ reviżjoni, fil-fatt u fid-dritt, ta’ din id-deċiżjoni quddiem qorti. Barra minn hekk, mill-Artikolu 27(3) sa (6) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li, sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ dawn ir-rimedji ġudizzjarji,<?PAGE NO="9"?> l-applikant għall-ażil għandu, b’mod partikolari, jibbenefika mill-possibbiltà li jitlob f’terminu ta’ żmien raġonevoli lil qorti sabiex tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tar-rikors tiegħu u għandu jkollu wkoll assistenza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ghezelbash</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:409">EU:C:2016:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalkemm, b’applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 27, id-dritt għal rimedju effettiv għandu tal-inqas ikun akkumpanjat mill-possibbiltà mogħtija lill-applikant li jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, din id-dispożizzjoni ma tobbligax madankollu lill-Istati Membri jipprevedu fid-dritt tagħhom li l-preżentata ta’ tali rikors timplika awtomatikament is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni, billi jippreċiża li l-Istati Membri jipprevedu li l-persuna kkonċernata għandha l-possibbiltà li titlob f’terminu raġonevoli lil qorti sabiex tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tar-rikors tagħha, irrikonoxxa li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment ma hijiex biżżejjed, waħedha, sabiex jiġi sospiż it-trasferiment, li għalhekk jista’ jseħħ mingħajr ma wieħed jistenna l-eżami ta’ dan ir-rikors, sa fejn is-sospensjoni ma tkunx intalbet jew it-talba għal sospensjoni tkun ġiet miċħuda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ghezelbash</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:409">EU:C:2016:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat, l-ewwel, li, filwaqt li jipprevedu dritt għal rimedju effettiv u l-possibbiltà li tintalab is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tar-rikors, la din id-dispożizzjoni u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tar-Regolament Dublin III ma jiipprojbixxu l-adozzjoni ta’ miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, bħala tali, ma jikkostitwixxux il-bidu tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, fis-sens ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali miżuri għandhom jitqiesu mhux bħala miżuri ta’ eżekuzzjoni tat-trasferiment iżda bħala miżuri preparatorji għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni, peress li l-implimentazzjoni tagħhom ma twassalx sabiex il-persuna kkonċernata titlaq mit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti. Mill-bqija, huma lanqas ma jippreġudikaw il-libertà tal-applikant li jmur u jiġi, u lanqas ma jippreġudikaw l-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali li dan għandu taħt ir-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, miżuri bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma humiex minnhom infushom ta’ natura li jinfluwenzaw is-sens tad-deċiżjoni li għandha tingħata fir-rigward tar-rikors kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment, liema fatt barra minn hekk ma huwiex allegat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III jipprevedi li t-trasferiment tal-applikant mill-Istat Membru rikjedenti lejn l-Istat Membru responsabbli għandu jseħħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>mill-aktar fis li jkun prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Tali dispożizzjoni timplika li t-trasferiment tal-applikant għandu jseħħ mill-iktar fis possibbli, hekk kif ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet legali għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, l-adozzjoni ta’ miżuri preparatorji għat-trasferiment tidher li hija koerenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament Dublin III, sa fejn l-imsemmija miżuri għandhom l-għan li jiġi ppreparat it-trasferiment tal-applikant fl-iqsar żmien possibbli fil-każ li r-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tieni, l-adozzjoni ta’ miżuri preparatorji bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali lanqas ma tikser id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/33, li għandha l-għan li tirregola l-kundizzjonijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil, inklużi dawk li lilhom tkun ġiet innotifikata deċiżjoni ta’ trasferiment skont ir-Regolament Dublin III (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Cimade u GISTI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:594">EU:C:2012:594</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-obbligu għall-Istati Membri li jittrasferixxu l-applikanti minn akkomodazzjoni għal oħra biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>meta meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, previst fl-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2013/33, ma jipprekludix li applikant jiġi assenjat, wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, f’akkomodazzjoni ta’ akkoljenza ġdida li toffri servizzi ta’ sostenn għal dan it-trasferiment, minkejja ċ-ċirkustanza li l-applikant ikun ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Istat Membru rikjedenti ma jistax jiġi kkritikat talli qies li l-bidla fl-akkomodazzjoni tal-applikant hija neċessarja minħabba l-bidla fis-sitwazzjoni amministrattiva tiegħu, marbuta mad-deċiżjoni ta’ trasferiment, kif ukoll minħabba r-restrizzjonijiet li jirriżultaw minnha għal dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li l-informazzjoni pprovduta lill-applikanti u l-intervisti mwettqa magħhom fiċ-ċentru ta’ akkoljenza miftuħ li lejh ikunu ġew diretti ma jistgħux ikunu tali li jeżerċitaw pressjoni indebita fuq l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali sabiex jirrinunzjaw milli jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali tagħhom mogħtija lilhom mir-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fir-rigward ta’ applikant li jkun ippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament, miżuri preparatorji għal dan it-trasferiment, bħall-għoti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-applikant li jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment biss meta din id-deċiżjoni tiġi implimentata u meta l-applikant ikun espost għal riskju ta’ trasferiment imminenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq it-tilwima u li għandha tagħti d-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jikkonċernaw<?PAGE NO="11"?> l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tagħti deċiżjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>A. P. (Miżuri ta’ probation)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:237">EU:C:2020:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>A. P. (Miżuri ta’ probation)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:237">EU:C:2020:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li hija l-qorti tar-rinviju biss li għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>tivverifika jekk l-għajnuna materjali mogħtija lil VW fi ħdan iċ-ċentru ta’ Mouscron ser tipprovdilu l-istess kundizzjonijiet materjali u legali bħall-akkoljenza tiegħu f’ċentru ieħor, b’tali mod li huwa jkun jista’ jeżerċita, taħt l-istess kundizzjonijiet, id-dritt tiegħu għal rimedju effettiv<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment li ġiet innotifikata lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif ġie indikat fil-punt 37 ta’ dan id-digriet, miżuri bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxux miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment fis-sens tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kwistjoni dwar in-natura sospensiva tar-rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment ma hijiex rilevanti fir-rigward tat-tilwima fil-kawża prinċipali, b’tali mod li għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>CPAS de Liège</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:757">EU:C:2020:757</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li, f’dan il-każ, ir-rabta bejn it-tilwima fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-assenjazzjoni ta’ applikant f’ċentru ta’ akkomodazzjoni li joffri servizzi fid-dawl tat-trasferiment, u l-applikazzjoni tal-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III hija ineżistenti. Konsegwentement, ma huwiex neċessarju għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali li l-qorti tar-rinviju tiddeċiedi l-kwistjoni dwar in-natura effettiva tar-rikors għal annullament ippreżentat quddiem qorti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-ewwel domanda hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fir-rigward ta’ applikant li jkun ippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament, miżuri preparatorji għal dan it-trasferiment, bħall-għoti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>