32001R2458



Official Journal L 331 , 15/12/2001 P. 0010 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2458/2001

ta' l-14 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ, u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi, għall-importazzjoni ta' ross u ta' ross miksur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja taħt Artikolu XXIII [2] tal-GATT, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ, u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffa, għall-importazzjonijiet ta' ross u ta' ross miksur [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/98 [4], fih, f'Anness I, iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni għal esportazzjonijiet mit-Tajlandja u, f'Anness III, mudell għan-notifiki ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(2) It-Tajlandja emendat iċ-ċertifikati ta' esportazzjoni tagħha u Anness I għar-Regolament (KE) Nru 327/98 għandu għalhekk jiġi mibdul.

(3) Esperjenza fl-amministrazzjoni tal-kwoti uriet il-vantaġġ li jiġi nkluż in-numru taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni fin-notifiki ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 għandu għalhekk jiġi emendat u Anness III għalih għandu jiġi mibdul.

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) No 327/98 huwa b'dan il-mezz emendat kif ġej:

1. L-ewwel inċiż ta' Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej:

"— fi żmien jumejn mill-ħruġ tagħhom, tal-kwantitajiet, subdiviżi b'kodiċi NM ta' tmien numri u l-pajjiż ta' oriġini, kopert bil-liċenzi ta' importazzjoni maħruġa, b'dettalji tad-data tal-ħruġ, in-numru taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni, in-numru tal-liċenza u l-isem u l-indirizz tal-pussessur,"

2. Annessi I u III huma mibdula b'Annessi I u II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol Fis-seħħ Fl-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, 20.06.96, p. 1.

[2] ĠU L 122, 22.05.96, p. 15.

[3] ĠU L 37, 11.02.98, p. 5.

[4] ĠU L 88, 24.03.98, p. 3.

--------------------------------------------------

ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

ANNESS III

Ross - Regolament (KE) Nru 327/98

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------