13.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9892 — Leonardo/Thales/VSB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 383/08)

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Leonardo S.p.A. (“Leonardo”, l-Italja),

—

Thales S.A. (“Thales”, Franza) u

—

Vitrociset Space Business (“VSB”, l-Italja) tappartjeni għal Vitrociset S.p.A. (“Vitrociset”, l-Italja), ikkontrollata minn Leonardo.

Leonardo u Thales jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ VSB kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Leonardo: attiva fl-ajruspazju, fid-difiża u s-sigurtà, fl-enerġija, fil-komunikazzjonijiet, fit-trasport u fis-servizzi ta’ awtomazzjoni fil-livell madwar id-dinja

—

Thales: attiva fl-ajruspazju, fl-ispazju, fit-trasport fuq l-art, fid-difiża u s-sigurtà, u fis-servizzi tal-identità diġitali fil-livell madwar id-dinja.

—

VSB: attiva fil-forniment ta’ servizzi tekniċi u ta’ inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, il-ġestjoni operattiva, il-manutenzjoni, u l-loġistika għall-ġestjoni ta’ sistemi spazjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9892 — Leonardo/Thales/VSB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.