Official Journal L 331 , 11/12/1974 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0031
Greek special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0031
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0060
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0060
Ir-Regolament (KEE) Nru 3103/74 Tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1974 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1579/74 rigward l-iffissar avanzat ta’ imposta ta’ importazzjoni fuq prodotti pproċessati miċ-ċereali jew mir-ross IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1996/74 [2], u partikolarment Artikoli 15(3) u 24 li hemm fih, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 359/67/KEE [3] tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1129/74 [4], u partikolarment Artikoli 13(3) u 25 li hemm fih, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1052/68 [5] tat-23 ta’ Lulju 1968 dwar is-sistema ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għall-prodotti proċessati miċ-ċereali u mir-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 881/73 [6], u partikularment Artikoli 2(2) u 5 li hemm fih, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1579/74 [7] ta’ l-24 ta’ Ġunju 1974 dwar il-proċedura għall-kalkolu tal-imposta ta’ importazzjoni fuq prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross u għall-iffissar avanzat ta’ din l-imposta għal dawn il-prodotti u għall-affarijiet tal-ikel komposti manifatturati miċ-ċereali, jipprovdi li fejn l-imposta ta’ importazzjoni fuq prodotti proċessati miċ-ċereali jew mir-ross jew minn affarijiet ta’ l-ikel komposti manifatturati miċ-ċereali tkun iffissata bil-quddiem, tali imposta għandha tkun aġġustata in relazzjoni mal-prezz bażiku operattiv fil-jum tal-importazzjoni; Billi, fil-każ ta’ prodotti tal-lamtu, ir-rifużjoni tal-produzzjoni inkluż fl-imposta ta’ importazzjoni diġà jirrifletti varjazzjonijiet fil-prezz bażiku; billi l-imposta ta’ importazzjoni fuq il-prodotti msemmija f’Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1579/74 għandu għalhekk ikun aġġustat biss in relazzjoni ma’ kwalunkwe bidla fl-ammonti previsti f’Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1132/74 [8] tad-29 t’April 1974 dwar rifużjoni ta’ produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross; Billi għandu jkun speċifikat li l-imposta fuq affarijiet ta’ l-ikel komposti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 23.07 B li jkun fihom prodotti tal-ħalib, jekk l-imposta tkun iffissata bil-quddiem, iridu jkunu aġġustati in relazzjoni mal-prezzijiet bażiċi kemm għall-qamħirrun u għat-trab tal-ħalib xkumat li jkunu operattivi fil-jum ta’ l-importazzjoni; Billi l-miżuri pprovdut għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-test ta’ Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1579/74 huwa mibdul b’dan li ġej: "1. Rigward importazzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom f’Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 359/67/KEE u f’Artikolu 1(c) tar-Regolament Nru 359/67/KEE, l-imposta applikabbli fil-jum li fih issir l-applikazzjoni għall-liċenzja, kemm-il darba hekk jitlob l-applikant meta japplika għall-liċenzja, u basta jagħmel hekk qabel is-1 p.m., tkun applikabbli rigward importazzjoni li jkollha ssir fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu tal-validità tal-liċenzja. (a) Fil-każ imsemmi fis-sotto-paragrafu preċedenti, u għar-rigward: - il-prodotti imsemmija f’Artikolu 2, u ta’; - il-prodotti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 23.07 B speċifikati f’Anness A tar-Regolament Nru 120/67/KEE, kwalunkwe aġġustament ta’ l-imposta jsir, suġġett għall-operazzjoni tat-tieni sotto-paragrafu ta’ Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 120/67/KEE, in relazzjoni mal-prezz bażiku għall-prodott jew prodotti bażiċi użati għall-iskop tal-kalkolu tal-komponent varjabbli ta’ l-imposta operattiva fil-jum ta’ l-importazzjoni. Tali aġġustament isir biż-żieda jew tnaqqis ta’ l-imposta bid-differenza bejn il-prezz bażiku għal kull 100 kg tal-prodott bażiku operattiva għax-xahar li fih issir l-applikazzjoni u dik operattiva għax-xahar ta’ l-importazzjoni, dik id-differenza tkun immultiplikata bil-koefiċjent muri fil-kolonna 4 tal-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1052/68. (b) Rigward il-prodotti msemmija f’Artikolu 2, kwalunkwe imposta ffissata bil-quddiem in segwitu għall-ewwel sottoparagrafu li hemm tkun aġġustata, kemm-il darba l-ammonti ffissati f’Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1132/74 jinbidlu bejn il-jum li fih issir l-applikazzjoni għal-liċenzja u l-jum ta' l-importazzjoni, b’riferenza għad-differenza li tirriżulta minn tali alterazzjoni, dik id-differenza tkun immultiplikata bil-koefiċjent muri fil-kolonna 4 ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1052/68 għall-prodott in kwestjoni. (ċ) Rigward il-prodotti li jaqgħu taħt is-sottotitolu 23.07 speċifikati f’Anness A għar-Regolament Nru 120/67/KEE, kwalunkwe aġġustament meħtieġ isir biż-żieda jew it-tnaqqis tal-imposta: - rigward il-komponent taċ-ċereali ta’ tali prodotti, bid-differenza bejn il-prezz bażiku għal kull 100 kg ta’ qamħirrun operattiv għax-xahar li fih issir l-applikazzjoni u dak għax-xahar ta’ l-importazzjoni, dik id-differenza tkun immultiplikata bil-koefiċjent muri fit-Tabella A ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 968/68; - rigward il-komponent tal-ħalib f’tali prodotti, bid-differenza bejn il-prezz bażiku għal kull 100 kg ta’ trab tal-ħalib xkumat operattiv fix-xahar li fih issir l-applikazzjoni u dak operattiv għax-xahar ta’ l-importazzjoni, dik id-differenza tkun immultiplikata bil-koefiċjent muri fit-Tabella B ta’ Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 968/68." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 1974. Għall-Kummissjoni François-Xavier Ortoli Il-President [1] ĠU C 117, tad-19.6.1967, p. 2269/67. [2] ĠU L 209, tal-31.7.1974, p. 1. [3] ĠU C 174, tal-31.7.1967, p. 1. [4] ĠU L 128, tal-10.5.1974, p. 20. [5] ĠU L 179, tal-25.7.1968, p. 8. [6] ĠU L 86, tal-31.3.1973, p. 30. [7] ĠU L 168, tal-25.6.1974, p. 7. [8] ĠU L 128, tal-10.5.1974, p. 24. --------------------------------------------------