25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 430/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10461 — OTPP/BROOKFIELD/OMERS/SGN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 430/11)

1.   

Fl-14 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”) (il-Kanada),

—

UK Gas Distribution 1 Limited u UK Gas Distribution 2 Limited (UK), ikkontrollati minn Brookfield Asset Management Inc (“Brookfield”) (il-Kanada),

—

Borealis Infrastructure Europe (UK) Limited (UK), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (“OMERS”) (il-Kanada),

—

Scotia Gas Networks Ltd (“SGN”) (ir-Renju Unit).

OTPP, Brookfield u OMERS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SGN.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

OTPP: l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni,

—

Brookfield: ġestjoni tal-assi globali billi toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat, b’enfasi fuq l-investiment fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,

—

OMERS: Investiment u amministrazzjoni tal-pensjonijiet,

—

SGN: it-tieni l-akbar network tad-distribuzzjoni tal-gass fir-Renju Unit. SGN hija proprjetarja ta’ Scotland Gas Networks plc u Southern Gas Networks plc. Dawn iż-żewġ networks ikopru l-Iskozja kollha, in-nofsinhar ta’ Londra u x-xlokk tal-Ingilterra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10461 — OTPP/BROOKFIELD/OMERS/SGN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.