3.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/184


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/873

tat-2 ta’ Ġunju 2022

li jemenda għat-331 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-27 ta' Mejju 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Id-data ta’ identifikazzjoni għall-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 tiġi emendata kif ġej:

(1)

‘HAJJI 'ABD AL-NASIR (psewdonimi Hajji Abdelnasser; Hajji Abd al-Nasr; Taha al-Khuwayt). Data tat-twelid: Bejn l-1965 u l-1969. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Post tat-twelid: Tall 'Afar, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 19.11.2018.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Taha Ibrahim Abdallah Bakr Al Khuwayt (kitba oriġinali: طه إبراهيم عبد الله بكر ال خويت) (psewdonimi affidabbli (a) Hajji Abdelnasser, (b) Hajji Abd al-Nasr, (c) Hajji ‘Abd Al-Nasir (preċedentement elenkat bħala); Psewdonimi mhux affidabbli (a) Taha al-Khuwayt, (b) Mullah Taha, (c) Mullah Khuwayt). Data tat-twelid: Bejn l-1965 u l-1969. Post tat-twelid: Tall 'Afar, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: Ħabs fl-Iraq. Informazzjoni oħra: Eks Gvernatur tal-ISIL tal-Provinċja ta’ Al-Jazira, mexxej militari fir-Repubblika Għarbija Sirjana kif ukoll membru u president tal-Kumitat Delegat tal-ISIL. Miżmum taħt kustodja fl-Iraq mill-2019. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 19.11.2018.’

(2)

“Amir Muhammad Sa’id Abdal-Rahman al-Mawla (kitba oriġinali: أمیر محمد سعید عبد الرحم المولى) (psewdonimi affidabbli (a) Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurashi, (b) Hajji Abdallah, (c) Abu ‘Umar al-Turkmani, (d) Abdullah Qardash, (e) Abu ‘Abdullah Qardash, (f) al-Hajj Abdullah Qardash, (g) Hajji Abdullah Al-Afari, (h) 'Abdul Amir Muhammad Sa'id Salbi, (i) Muhammad Sa'id 'Abd-al-Rahman al-Mawla, (j) Amir Muhammad Sa’id ‘Abd-al-Rahman Muhammad al-Mula; psewdonimu mhux affidabbli (a) Al-Ustadh, (b) Ustadh Ahmad). Data tat-twelid: (a) 5.10.1976, (b) 1.10.1976. Post tat-twelid: (a) Tall’ Afar, l-Iraq, (b) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante, elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.5.2020.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Amir Muhammad Sa’id Abdal-Rahman al-Salbi (kitba oriġinali: أمیر محمد سعید عبد الرحمن المولى السلبي) (psewdonimi affidabbli (a) Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurashi, (b) Hajji Abdallah, (c) Abu ‘Umar al-Turkmani, (d) Abdullah Qardash, (e) Abu ‘Abdullah Qardash, (f) al-Hajj Abdullah Qardash, (g) Hajji Abdullah Al-Afari, (h) 'Abdul Amir Muhammad Sa'id Salbi, (i) Muhammad Sa'id 'Abd-al-Rahman al-Mawla, (j) Amir Muhammad Sa’id ‘Abd-al-Rahman Muhammad al-Mula, (k) Amir Muhammad Sa'id Abdal-Rahman al-Mawla (preċedentement elenkat bħala); psewdonimu ta’ kwalità baxxa (a) Al-Ustadh, (b) Ustadh Ahmad). Data tat-twelid: (a) 5.10.1976, (b) 1.10.1976, (c) 6.1.1976. Post tat-twelid: (a) Tall’Afar, l-Iraq, (b) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Nru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: 00278640 (maħruġ fit-2.5.2012). Indirizz: (a) Dar 110, Triq 704, Distrett 704, Tall’Afar, Iraq (indirizz preċedenti), (b) qrib Shahid Mazen Mosque u al-Khansa Hospital, Mosul, l-Iraq (indirizz preċedenti), (c) Idlib, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante, elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Isem l-omm: Samira Shareef (سميرة شريف) jew Sahra Sharif Abd al-Qader (سهرة شريف عبد القادر). Tul ta’ 170 cm, bis-sieq tal-lemin maqtugħa. Mandat ta’ arrest maħruġ mill-Iraq fl-2018. Allegatament miet fit-3 ta’ Frar 2022. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.5.2020.’

(3)

‘Aris Sumarsono (psewdonimu affidabbli (a) Zulkarnan, (b) Zulkarnain, (c) Zulkarnin, (d) Arif Sunarso, (e) Zulkarnaen, (f) Aris Sunarso, (g) Ustad Daud Zulkarnaen; Psewdonimu affidabbli Murshid). Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta’ Gebang, Masaran, Sragen, Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.5.2005.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Aris Sumarsono (psewdonimu affidabbli (a) Zulkarnan, (b) Zulkarnain, (c) Zulkarnin, (d) Arif Sunarso, (e) Zulkarnaen, (f) Aris Sunarso, (g) Ustad Daud Zulkarnaen; Psewdonimu mhux affidabbli (a) Murshid, (b) Daud, (c) Pak Ud, (d) Mbah zul, (e) Zainal Arifin, (f) zul, (g) Abdullah Abdurrahman, (h) Abdul, (i) Abdurrahman). Data tat-twelid: 19.4.1963. Post tat-twelid: Raħal ta’ Gebang, Masaran, Sragen, Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Indirizz: (a) Desa Gebang, Kecamatan Masaran, Kabupaten Sragen, Jawa Tengah, l-Indoneżja, (b) Desa Taman Fajar, Kecamatan Probolinggo, Kabupaten Lampung Timur, Lampung, l-Indoneżja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 16.5.2005.’

(4)

‘Mochammad Achwan (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Achwan, (b) Muhammad Akhwan, (c) Mochtar Achwan, (d) Mochtar Akhwan, (e) Mochtar Akwan). Indirizz: Jalan Ir. H. Juanda 8/10, RT/RW 002/001, Jodipan, Blimbing, Malang, l-Indoneżja. Data tat-twelid: (a) 4.5.1948 (b) 4.5.1946. Post tat-twelid: Tulungagung, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Nru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: 3573010405480001 (karta tal-Identità Indoneżjana taħt l-isem Mochammad Achwan). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.3.2012.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘Mochammad Achwan (psewdonimi affidabbli (a) Muhammad Achwan, (b) Muhammad Akhwan, (c) Mochtar Achwan, (d) Mochtar Akhwan, (e) Mochtar Akwan). Data tat-twelid: (a) 4.5.1948 (b) 4.5.1946. Post tat-twelid: Tulungagung, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Nru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: (a) 3573010405480001 (Karta tal-Identità Nazzjonali Indoneżjana), (b) 353010405480001 (Karta tal-Identità Nazzjonali Indoneżjana). Indirizz: Jalan Ir. H. Juanda 8/10, RT/RW 002/001, Jodipan, Blimbing, Malang, 65127, l-Indoneżja. Informazzjoni oħra: Aġent emir ta’ Jemmah Anshorut Tauhid (JAT). Assoċjat ma’ Abu Bakar Ba’ asyir, Abdul Rahim Ba’ aysir u Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.3.2012.’

(5)

“Mounir Ben Dhaou Ben Brahim Ben Helal (magħruf ukoll bħala (a) Mounir Helel, (b) Mounir Hilel, (c) Abu Rahmah, (d) Abu Maryam al-Tunisi. Data tat-twelid: 10.5.1983. Post tat-twelid: Ben Guerdane, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mounir Ben Dhaou Ben Brahim Ben Helal (psewdonomu mhux affidabbli (a) Mounir Helel, (b) Mounir Hilel, (c) Abu Rahmah, (d) Abu Maryam al-Tunisi). Data tat-twelid: 10.5.1983. Post tat-twelid: Ben Guerdane, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: 08619445. Indirizz: Amria Ben Guerdane, Medenine, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: faċilitatur tal-ġellieda terroristi barranin speċjalizzat fl-istabbiliment u s-sigurtà ta’ rotot tal-ivvjaġġar Involut ħafna fl-għoti ta’ appoġġ materjali lill-Organizzazzjoni ta’ Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku fl-Afrika ta’ Fuq Għen lil ġellieda terroristi barranin jivvjaġġaw madwar l-Afrika ta’ Fuq u lejn ir-Repubblika Għarbija Sirjana biex jingħaqdu mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante, imniżżel bħala Al-Qaida fl-Iraq. Professjoni: ħaddiem tar-razzett. Isem l-omm: Mbarka Helali. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.’

(6)

“Muhammad Sholeh Ibrahim (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Sholeh Ibrahim, (b) Muhammad Sholeh Ibrohim (c) Muhammad Soleh Ibrahim (d) Sholeh Ibrahim (e) Muh Sholeh Ibrahim). Data tat-twelid: Settembru 1958. Post tat-twelid: Demak, l-Indoneżja. Nazzjonalità: L-Indoneżja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’

huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Muhammad Sholeh Ibrahim (psewdonimu affidabbli (a) Mohammad Sholeh Ibrahim, (b) Muhammad Sholeh Ibrohim, (c) Muhammad Soleh Ibrahim, (d) Sholeh Ibrahim, (e) Muh Sholeh Ibrahim). Titolu: Ustad. Data tat-twelid: Settembru 1958. Post tat-twelid: Demak, l-Indoneżja. Nazzjonalità: L-Indoneżja. Nru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali: (a) 3311092409580002 (Karta tal-Identità Nazzjonali Indoneżjana), (b) 3311092409580003 (Karta tal-Identità Nazzjonali Indoneżjana). Indirizz: (a) Masjid Baitul Amin, Waringinrejo RT 01 RW 02, Grogol, Cemani, Sukoharjo, Jawa Tengah 57572, l-Indoneżja, (b) Desa Cemani, Waringinrejo RT 001/021, Kecamatan Grogol, Kabupaten Sukoharjo, Jawa Tengah, l-Indoneżja. Informazzjoni oħra: Serva bħala l-aġent Emir ta’ Jemma Anshorut Tauhid (JAT) mill-2014 u appoġġa l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), imniżżel bħala Al-Qaida fl-Iraq. Professjoni: Lekċerer/Għalliema Privat. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.’