Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Sezzjoni 2 - Politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni - Artikolu III-310
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0139 - 0139
Artikolu III-310 1. Fil-qafas tad-deċiżjonijiet Ewropej adottati skond l-Artikolu III-309, il-Kunsill jista' jafda l-implimentazzjoni ta' kompitu lil grupp ta' Stati Membri li għandhom r-rieda meħtieġa u l-ħila neċessarja għal dan il-kompitu. Dawk l-Istati Membri f'assoċjazzjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni għandhom jiftehmu bejniethom dwar l-amministrazzjoni tal-kompitu. 2. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kompitu għandhom iżommu lill-Kunsill regolarment infurmat bil-progress fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor. Dawk l-Istati għandhom jinfurmaw lill-Kunsill immedjatament jekk it-twettiq tal-kompitu jkollu konsegwenzi maġġuri jew jeħtieġ emenda tal-mira, tal-kamp ta' l-applikazzjoni u tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-kompitu fid-deċiżjonijiet Ewropej previsti fil-paragrafu 1. F'każijiet bħal dawn, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet Ewropej neċessarji. --------------------------------------------------