|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2570 |
27.9.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2570
tat-22 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metossiklor
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1021 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (2) (“il-Konvenzjoni”) u skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini u fit-Tul tal-Arja fuq Pollutanti Organiċi Persistenti (3) (“il-Protokoll”). |
|
(2) |
L-Anness A tal-Konvenzjoni fih lista ta’ sustanzi kimiċi. Kull Parti għall-Konvenzjoni hija meħtieġa tipprojbixxi s-sustanzi kimiċi fil-lista jew tieħu l-miżuri legali u amministrattivi meħtieġa biex telimina l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
Waqt il-ħdax-il laqgħa tagħha li saret bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2023, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ddeċidiet, skont l-Artikolu 8(9) tal-Konvenzjoni, li temenda l-Anness A tal-Konvenzjoni biex tinkludi l-metossiklor fih mingħajr eżenzjoni speċifika. L-Unjoni appoġġat l-inklużjoni tal-metossiklor fl-Anness A mingħajr eżenzjonijiet speċifiċi kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1006 (4). Għalhekk jenħtieġ li anki l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021, li fiha lista tas-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni u fil-Protokoll, kif ukoll is-sustanzi li hemm elenkati biss fil-Konvenzjoni, tiġi emendata biex tinkludi l-metossiklor. |
|
(4) |
Biex jissaħħu l-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1021 fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit valur limitu għall-metossiklor li jfeġġ bħala kontaminant traċċa mhux intenzjonat fis-sustanzi, fit-taħlitiet u fl-oġġetti. Dak il-valur limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 0,01 mg/kg, li jikkorrispondi għal-livell massimu tar-residwi għall-metossiklor stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1021/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/507/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta’ Frar 2004 li għandha x’taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/259/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1006 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes fir-rigward tal-proposti għall-emenda tal-Anness A għal dik il-Konvenzjoni (ĠU L 136, 24.5.2023, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1006/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj).
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I mar-Regolament (UE) 2019/1021, tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
Sustanza |
Nru CAS |
Nru KE |
Eżenzjoni speċifika fuq l-użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra |
|
“Metossiklor “Metossiklor” tirreferi għal kwalunkwe isomeru possibbli tad-dimetossidifeniltrikloroetan jew xi kombinament tiegħu. |
72-43-5 30667-99-3 76733-77-2 255065-25-9 255065-26-0 59424-81-6 1348358-72-4 u oħrajn |
200-779-9 |
Għall-finijiet ta’ din l-entrata, l-Artikolu 4(1), il-punt (b), għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tal-metossiklor daqs minn 0,01 mg/kg (0,000001% skont il-piż) jew inqas, meta jkun preżenti fis-sustanzi, fit-taħlitiet jew fl-oġġetti.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2570/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)