|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/81 |
14.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/81
tat-13 ta' Jannar 2025
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-16 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati (“prodotti stanjati” (2)) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “iċ-Ċina jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-2 ta’ April 2024 minn EUROFER (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti stanjati fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ prodotti stanjati soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2731 tal-24 ta’ Ottubru 2024 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (4) . |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Diversi partijiet li opponew l-impożizzjoni potenzjali ta’ dazji anti-dumping ipprovdew kummenti dwar il-bidu, u argumentaw li l-ilment għandu nuqqasijiet mill-aspett ta’ proċedura għax ma kienx fih evidenza li tindika li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet xi dannu materjali, u lanqas li kienet qed tiffaċċja theddida ta’ dannu. |
|
(7) |
L-ewwel nett, sabiex jintwera l-allegat nuqqas ta’ evidenza fl-ilment dwar id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, importatur mhux relatat, Steelforce Packaging BV (“Steelforce”), indika l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ppreżentata fl-ilment. B’mod speċifiku, Steelforce affermat li l-prezzijiet tal-bejgħ medji baqgħu ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni kemm fl-2022 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni użat fl-ilment, li dam minn Ottubru 2022 sa Settembru 2023 (“PI tal-Ilment”) u dan irriżulta fil-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli matul dak il-perjodu. |
|
(8) |
Steelforce sostniet ukoll li, tali prestazzjoni pożittiva ma kinitx ix-xejra temporanja, kif iddikjara l-ilmentatur, iżda kienet il-prestazzjoni negattiva fl-2020 u fl-2021 li kienet ta’ natura temporanja, minħabba t-tfixkil ġenerali tal-ekonomija tal-Unjoni kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, li naqqset b’mod drammatiku d-domanda. Steelforce allegat li s-snin 2018 jew 2019 juru wkoll xejra ġeneralment pożittiva għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(9) |
Barra minn hekk, Steelforce affermat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ għoli ħafna u fil-biċċa l-kbira stabbli. Dawn l-elementi kollha wrew li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda dannu. |
|
(10) |
Steelforce affermat ukoll li l-industrija tal-Unjoni lanqas ma hija mhedda minn dannu imminenti ulterjuri minħabba li, billi ma qed issofri l-ebda dannu materjali, kwalunkwe theddida tista’ tkun biss dik ta’ ħsara futura. |
|
(11) |
Steelforce argumentat ukoll li l-affermazzjoni fl-ilment li tgħid li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed irażżnu u jnaqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet bla bażi peress li kienet ibbażata fuq data minn produttur tal-Unjoni wieħed biss mhux imsemmi fl-ilment, u din id-data lanqas biss ġiet żvelata, u dan il-fatt jipprekludi lil Steelforce milli teżerċita kif xieraq id-dritt tad-difiża tagħha peress li ma setgħetx tikkummenta b’mod sinifikanti dwar dik id-data jew tivvaluta d-daqs tal-produttur tal-Unjoni li pprovda d-data. |
|
(12) |
Fl-aħħar nett, Steelforce affermat li d-data trimestrali dwar il-profittabbiltà ppreżentata fl-ilment ma kinitx konklużiva għall-eżistenza ta’ theddida ta’ dannu minħabba l-istaġjonalità naturali tad-domanda f’dan is-suq. |
|
(13) |
Minkejja dan ta’ hawn fuq, Steelforce affermat li l-evidenza u d-dikjarazzjonijiet kollha ppreżentati fl-ilment kienu skaduti. L-ewwel nett, hija argumentat li l-PI tal-Ilment intemm fit-tielet trimestru tal-2023 waqt li l-investigazzjoni nbdiet f’Mejju tal-2024, u għalhekk kwalunkwe evidenza pprovduta fl-ilment uriet, fl-aħjar każ, dannu fil-passat u mhux il-persistenza tiegħu fil-preżent. It-tieni, hija sostniet li n-Notifika tal-Bidu ma wrietx li l-Kummissjoni kienet ipprovat taġġorna ċ-ċifri fl-ilment sabiex tikkonforma mal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, Steelforce sostniet li l-investigazzjoni kienet illegali billi sostniet li kienet tikser l-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(14) |
B’mod simili għad-dikjarazzjonijiet ta’ Steelforce mill-premessi (7) u (13) hawn fuq, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (“CISA”, China Iron and Steel Association) affermat li l-ilment ma kellux evidenza pożittiva li tiġġustifika l-bidu tal-proċediment u li l-ilmentatur qagħad b’mod eċċessiv fuq informazzjoni kunfidenzjali li ma ppermettietx lil partijiet interessati oħra jwieġbu b’mod sinifikanti għall-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment. B’mod partikolari, is-CISA affermat li l-perjodu kkunsidrat magħżul fl-ilment ma kienx rappreżentattiv biex iwassal għal sejbiet affidabbli f’dawn il-proċedimenti, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, minħabba l-effetti li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq is-sitwazzjoni fis-suq. Fid-dawl tal-lockdowns li fixklu l-ktajjen tal-produzzjoni, tad-domanda u tal-provvista fl-2020 u fl-2021, is-CISA talbet lill-Kummissjoni tadotta perjodu kkunsidrat li jibda fl-2019 jew fl-2018 li jirrifletti l-kundizzjonijiet normali tan-negozju, sabiex in-natura straordinarja tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2020 u fl-2021 tkun viżibbli fix-xejriet tal-indikaturi mikro u makroekonomiċi. |
|
(15) |
Is-CISA argumentat ukoll li l-ilment naqas milli jindirizza diversi fatturi li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, inkluż ir-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità li jiżdied il-kapital, il-fluss tal-flus, il-pagi, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Fir-rigward tal-kwalità tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, is-CISA sostniet li l-fatt li l-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq u s-sett ta’ data makroekonomika ġew ippreżentati fil-forma ta’ meded minflok ta’ ċifri attwali impedixxa lill-partijiet interessati milli jwieġbu għad-dikjarazzjonijiet li jinsabu fl-ilment u għalhekk kisru d-dritt tad-difiża tagħhom. |
|
(16) |
L-ilmentatur argumenta li l-enfasi tal-valutazzjoni tad-dannu materjali fl-ilment kienet ibbażata fuq ċifri annwali u li x-xejriet trimestrali ġew ipprovduti għal aktar kuntest u bħala evidenza ta’ theddida ta’ dannu. Fir-rigward tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment, l-ilmentatur argumenta li d-data dwar id-dannu ngħatat f’meded biex jiġu rrispettati l-politiki tal-antitrust li jirrikjedu li d-data aggregata trid tiġi minn tal-anqas ħames kumpaniji biex tiġi kondiviża, u l-produtturi lmentaturi huma biss erbgħa. |
|
(17) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu fl-ilment, il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-fatturi u l-indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, iridu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit dannu materjali. |
|
(18) |
L-ilment wera li wara żieda fl-2022, il-marġni ta’ profitt medju naqas sostanzjalment fil-PI tal-Ilment. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-verżjoni miftuħa tal-ilment ipprovdiet ċifri attwali għall-bejgħ tal-Unjoni tal-ilmentatur li wrew tnaqqis konsiderevoli bejn l-2020 u l-PI tal-Ilment. Iċ-ċifri tal-produzzjoni u tal-impjiegi tal-ilmentatur it-tnejn urew tnaqqis konsiderevoli matul dak il-perjodu. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Steelforce stabbilita fil-premessa (9), kien ċar mill-ilment li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kważi rduppjaw bejn l-2020 u l-PI tal-Ilment. Id-data makroekonomika, li ġiet ipprovduta f’meded fl-ilment, uriet ukoll tnaqqis fil-produzzjoni, tnaqqis fil-bejgħ, u tnaqqis fl-impjiegi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data pprovduta fl-ilment tista’ titqies bħala evidenza suffiċjenti li tindika dannu. |
|
(19) |
L-użu ta’ meded minflok ċifri attwali għal informazzjoni kunfidenzjali fl-ilment hija prattika ġenerali jekk dawn jipprovdu biżżejjed dettall biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. Il-meded ipprovduti fl-ilment urew ix-xejra matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk instabu li kienu dettaljati biżżejjed. |
|
(20) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ Steelforce mill-premessa (11), il-Kummissjoni nnotat li l-Anness 12 tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kien fih tqabbil tal-prezzijiet bejn il-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kollha li lmentaw lil klijenti mhux relatati fl-UE, u l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi abbażi ta’ statistika li wriet li l-prezzijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment. |
|
(21) |
L-Anness 12 tal-ilment kien fih ukoll il-volumi tal-bejgħ aggregat tal-produtturi tal-Unjoni li lmentaw lil klijenti mhux relatati fl-UE, li wrew tnaqqis kostanti matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis qawwi bejn l-2022 u l-PI tal-Ilment, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu. |
|
(22) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur ipprovda, fil-verżjoni kunfidenzjali tal-ilment, eżempji individwali mill-produtturi tal-Unjoni li kellhom inaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom biex ikunu jistgħu jbigħu l-prodotti tagħhom u l-ilmentatur ġabar fil-qosor l-essenza ta’ dawn id-dokumenti kunfidenzjali fil-punti 194 u 195 tal-ilment. |
|
(23) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza dwar it-twaqqigħ tal-prezz, id-dannu fil-volum u t-trażżin tal-prezzijiet meħtieġa skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku għall-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu ta’ investigazzjoni użat għall-fini tal-ilmenti huwa ta’ spiss differenti minn dak użat fil-proċediment innifsu, minħabba ż-żmien li għadda bejn il-preżentazzjoni tal-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni. Ir-Regolament bażiku ma jistabbilixxi l-ebda obbligu legali dwar il-perjodu għad-data li tinsab fl-ilment iżda jistipula li jenħtieġ li jkun fih informazzjoni raġonevoli disponibbli għall-ilmentatur. Il-Kummissjoni qieset li d-data li tinsab fl-ilment kienet reċenti biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat għax-xejriet tad-dannu, il-Kummissjoni nnotat li f’konformità mal-prattika tas-soltu tagħha, hija analizzat l-indikaturi tad-dannu għal erba’ snin qabel il-PI u li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 ġew ivvalutati fl-ambitu tal-analiżi tad-dannu u tal-kawżalità fil-premessi (235), (293), (300) u (323). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-perjodu kkunsidrat kien xieraq biex jiġu vvalutati x-xejriet tad-dannu. |
|
(26) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li tindika li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu, li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu oġġett ta’ dumping u li kien hemm rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu. Il-Kummissjoni sabet li din l-evidenza kienet biżżejjed għall-bidu tal-investigazzjoni u ċaħdet l-argumenti tal-partijiet l-oħra f’dan ir-rigward. |
1.5. Kampjunar
|
(27) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(28) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tal-kwantità tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kif ukoll tal-post ġeografiku. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u aktar minn 70 % tal-bejgħ stmat tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. |
|
(29) |
Minħabba li ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun proviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat li dan huwa l-kampjun definittiv ukoll. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(30) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(31) |
Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(32) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(33) |
Ħdax-il (11) produttur esportatur fiċ-Ċina pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tlieta bbażat fuq l-akbar kwantità rappreżentattiva ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li setgħet tiġi investigata b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
|
(34) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati, u l-awtoritajiet taċ-Ċina ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(35) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(36) |
Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(37) |
Il-kwestjonarji għall-produtturi esportaturi, għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, u għall-utenti saru disponibbli online (5) fil-jum tal-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, importatur mhux relatat wieħed, u żewġ utenti. Barra minn hekk, irċeviet kwestjonarju dwar id-data makroekonomika mill-ilmentatur. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(40) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sat-30 ta’ Marzu 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(41) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa prodotti rrumblati ċatti tal-landa, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati, kemm jekk miksija b’materjal tal-plastik u/jew mogħtija l-verniċ (“prodotti stanjati”) kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7210 11 00 , 7210 12 , ex 7210 70 , 7210 90 40 , ex 7210 90 80 , 7212 10 , u ex 7212 40 (il-kodiċijiet TARIC 7210 70 10 15, 7210 70 80 20, 7210 70 80 92, 7210 90 80 20, 7212 40 20 10, 7212 40 80 12, 7212 40 80 30, 7212 40 80 80, u 7212 40 80 85) (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(42) |
Il-prodotti stanjati huma materjal tal-imballaġġ, prinċipalment użat fil-produzzjoni ta’ bottijiet tal-landa. Dawn jiffurmaw parti mis-settur tal-azzar peress li huma prinċipalment prodotti minn kojls tal-azzar illaminati bil-kesħa li mbagħad jiġu stanjati permezz ta’ electroplating. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(43) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(44) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(45) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(46) |
Produttur esportatur wieħed, Baosteel Group, u s-CISA it-tnejn talbu esklużjoni tal-prodott għal prodotti stanjati b’riduzzjoni doppja (“DRT”, double reduced tinplate). It-tnejn li huma sostnew li d-DRT għandha proċess ta’ produzzjoni u karatteristiċi fiżiċi distinti meta mqabbla ma’ prodotti stanjati oħra, għax hija irqaq, aktar ċatta, u aktar faċli biex tiġi pproċessata, filwaqt li għandha wkoll limitu tal-elastiċità ogħla. Barra minn hekk, id-DRT għandha l-istandards ta’ produzzjoni tagħha stess (DIN EN 10203, DIN EN 10202, u JIS G3303) u Baosteel Group afferma li hemm nuqqas ta’ provvista ta’ tali prodotti stanjati fl-Unjoni. |
|
(47) |
Barra minn hekk, is-CISA talbet li l-prodotti stanjati illaminati u mgħoddija (“DIT”, drawn and ironed tinplate) jiġu esklużi wkoll mill-ambitu. Huma sostnew li l-produzzjoni tad-DIT tinkludi l-mogħdija tal-prodott li diġà jkun ġie llaminat biex jinkiseb ċilindru, proċess li jnaqqas il-ħxuna tal-ħitan taċ-ċilindru filwaqt li jżomm id-dijametru tiegħu. Dan jagħmel il-laned ħfief u b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-pressjonijiet interni, imfassla speċifikament għall-applikazzjoni prinċipali tagħhom – l-użu bħala laned tax-xorb għal drinks bil-gass. Is-CISA affermat li d-DIT u prodotti oħra stanjati huma għalhekk mhux sostitwibbli u enfasizzat li d-DIT għandu wkoll l-istandard ta’ produzzjoni tiegħu stess (DIN EN 10202). Is-CISA affermat ukoll li d-domanda tal-UE għad-DIT spiss taqbeż il-provvista u indikat li d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (“DOC”, US Department of Commerce) aċċetta din l-esklużjoni fi ħdan il-miżuri tat-Taqsima 232 dwar l-azzar u l-aluminju (it-Taqsima 232 tal-US Trade Expansion Act tal-1962). |
|
(48) |
L-ilmentatur ikkontesta dawk id-dikjarazzjonijiet, u dawn ma kienu appoġġjati minn ebda utent. L-ilmentatur argumenta li d-DRT ġiet prodotta fuq l-istess linja ta’ produzzjoni u tagħmir, bl-unika speċifiċità tkun li l-veloċitajiet tal-laminazzjoni fl-istadju finali tal-proċess huma ogħla. Barra minn hekk, l-istandards DIN EN 10203, DIN EN 10202, u JIS G3303 ikopru mhux biss id-DRT iżda wkoll prodotti stanjati b’riduzzjoni singola, filwaqt li l-katalgi tal-produtturi tal-Unjoni juru li d-DRT u l-prodotti stanjati b’riduzzjoni singola spiss ikollhom l-istess użi. Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li l-fatt li ċerti importaturi fl-Istati Uniti kisbu awtorizzazzjoni temporanja mill-Uffiċċju tal-Industrija u s-Sigurtà tal-Istati Uniti biex jimportaw id-DIT, abbażi tan-nuqqas ta’ produzzjoni mill-Istati Uniti ta’ dan it-tip ta’ prodotti stanjati, ma għandu l-ebda effett fuq l-investigazzjoni preżenti. |
|
(49) |
Il-Baosteel Group u CISA ma pprovdewx evidenza u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li d-DRT għandha xi karatteristika fiżika, kimika jew teknika speċjali li tiġġustifika l-esklużjoni tagħha mill-ambitu tal-prodott. Fl-istess ħin, hija koperta b’mod ċar mid-definizzjoni tal-prodott mit-Taqsima 2 tan-Notifika tal-Bidu. Għalhekk, prodott stanjat b’riduzzjoni doppja huwa parti mill-prodott ikkonċernat u għalhekk fl-ambitu tal-investigazzjoni. Il-paragrafi 28, 30, u 32 tal-ilment jiddiskutu u jikkunsidraw b’mod speċifiku prodottgħamel kummenti speċifiċi dwar l-użu i stanjati b'riduzzjoni doppja fil-proċess ta’ produzzjoni filwaqt li l-istruttura tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCNs”, product control numbers) fil-kwestjonarji għandha kategorija għall-ħxuna (“sa 0,179 mm”) li tkopri l-prodotti stanjati b’riduzzjoni doppja (6). Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiċħad din it-talba b’mod proviżorju. |
|
(50) |
Rigward id-DIT, bħal fil-każ tad-DRT, l-istandard tal-produzzjoni DIN EN 10202 (li t-tnejn jaqsmu) ma jkoprix biss dan it-tip partikolari wieħed ta’ prodott. Barra minn hekk, il-katalgi tal-produtturi juru li huma jbigħu laned tad-DIT lill-industrija tal-imballaġġ tal-ikel u tax-xorb, u għalhekk l-istess utenti bħal tipi oħra ta’ prodotti stanjati. Barra minn hekk, anke jekk il-produzzjoni tad-DIT tinkludi pass speċifiku fil-proċess, dan ma jissuġġerixxix li b’xi mod ma tkunx koperta mid-definizzjoni tal-prodott mit-Taqsima 2 tan-Notifika tal-Bidu. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt li l-Istati Uniti eskluda dan il-prodott fl-ambitu tal-miżuri tat-Taqsima 232, din id-deċiżjoni ttieħdet f’qafas legali differenti għalkollox mill-investigazzjoni inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ, din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li ma kienx hemm produzzjoni suffiċjenti ta’ DIT ta’ kwalità sodisfaċenti fl-Istati Uniti tal-Amerika, li ma ntweriex li huwa l-każ għall-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba b’mod proviżorju. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(51) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li tindika l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(52) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ prodotti stanjati. Ħdax-il produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(53) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fin-Notifika tal-Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(54) |
Ma waslet l-ebda tweġiba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(55) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(56) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni ta’ prodotti stanjati. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti, il-Kummissjoni identifikat lill-Arġentina, lill-Brażil, lill-Malażja, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mill-ilmentatur, u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi Baoshan Iron and Steel u WISCO-Nippon Steel (“Baosteel Group”) u Shougang Jingtang United Iron and Steel Co., Ltd. (“Shougang Jingtang” or “Shougang”). Dawn il-kummenti ġew indirizzati fit-Tieni Nota u huma miġbura fil-qosor hawn taħt. |
|
(58) |
Eurofer talab li l-Kummissjoni tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv kif stabbilit fl-ilment, u jekk dan ma kienx possibbli, tuża lill-Arġentina. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni ċaħdet lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv fl-Ewwel Nota peress li l-produttur ta’ prodotti stanjati fl-ilment ma kienx profittabbli fl-2023, u l-Eurofer ma pprovdietx alternattiva. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni qieset lill-Arġentina fl-Ewwel Nota bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u se tqisha aktar fit-Tieni Nota. |
|
(61) |
Il-Eurofer għamel ukoll kummenti dwar l-użu tal-Malażja, it-Tajlandja u t-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, bl-argument li l-pajjiżi Asjatiċi u pajjiżi ġirien oħra inkluż it-Turkija huma affettwati ħafna minn importazzjonijiet Ċiniżi rħas tal-azzar u kemm it-Turkija kif ukoll il-Malażja għandhom investigazzjonijiet anti-dumping li huma għaddejjin immirati lejn l-azzar illaminat bis-sħana Ċiniż. Barra minn hekk, il-Eurofer argumenta li l-Malażja għandha rekwiżiti ta’ liċenzjar fuq l-esportazzjonijiet tal-mineral tal-ħadid u r-rapporti annwali tal-produtturi Malażjani għandhom sena finanzjarja differenti miċ-Ċina. Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Eurofer argumenta li l-PDG per capita huwa inqas minn nofs taċ-Ċina, is-suq tal-faħam bituminuż fit-Tajlandja huwa mfixkel u ma hemm l-ebda data finanzjarja tal-2023 faċilment disponibbli għal kwalunkwe produttur Tajlandiż tal-prodott taħt investigazzjoni. Fir-rigward tat-Turkija, il-Eurofer sostna li s-suq tal-faħam tagħha huwa mfixkel mill-importazzjonijiet mir-Russja. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-kummenti ma jeskludi lil xi pajjiż milli jiġi kkunsidrat fit-Tieni Nota. |
|
(62) |
Baosteel Group qabel mal-Kummissjoni fiċ-ċaħda tagħha tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, ikkonfermat id-diffikultajiet identifikati fl-Ewwel Nota għall-użu tal-Arġentina, minħabba n-nuqqas ta’ importazzjonijiet tal-azzar illaminat bil-kesħa u l-profitt għoli b’mod mhux raġonevoli tal-produttur identifikat ta’ prodotti stanjati, u tat-Turkija, minħabba livell għoli ta’ importazzjonijiet Russi ta’ diversi FOP u nnota li l-Malażja jew it-Tajlandja jistgħu jkunu xierqa. |
|
(63) |
Shougang innota l-argumenti tal-Kummissjoni fl-Ewwel Nota u kkummenta li l-Arġentina jew it-Tajlandja jistgħu jkunu kandidati xierqa għal pajjiż rappreżentattiv. |
|
(64) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Malażja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(65) |
Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Perusahaan Sadur Timah Malaysia (Perstima) Berhad, produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(66) |
Waslu kummenti mingħand “Baosteel Group” u Shougang Jingtang United Iron and Steel. |
|
(67) |
Il-Baosteel Group għamel kummenti speċifiċi dwar l-użu ta’ valuri referenzjarji partikolari għall-materja prima, li se jiġu indirizzati hawn taħt. Huma kkummentaw ukoll dwar il-kalkolu tal-kostijiet SG&A għall-kumpanija magħżula għal dan is-sors ta’ data. |
|
(68) |
Shougang Jingtang ikkummenta wkoll dwar l-użu ta’ valuri referenzjarji partikolari, li se jiġu indirizzati wkoll hawn taħt. |
3.2. Valur normali
|
(69) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(70) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali hawnhekk tissejjaħ “SG&A”). |
|
(71) |
Kif spjegat aktar hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(72) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fiċ-Ċina (7), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (8). |
|
(74) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (9), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (10). |
|
(75) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (11). |
|
(76) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (12). |
|
(77) |
Il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-ispejjeż tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (13), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (14). |
|
(78) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-ħadid u tal-azzar fiċ-Ċina, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (15) (“ir-Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(80) |
Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta din l-evidenza bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(81) |
L-ilment, li jirreferi għad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, li ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-20 ta’ Diċembru 2017 (16), kif ukoll għar-Rapport aġġornat, allega li l-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, inkluż il-kunċett tal-“ekonomija tas-suq soċjalista”, ir-rwol ewlieni tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party”) jew is-sistema kumplessa tal-ippjanar industrijali, li jipprevedu u jinkoraġġixxu diversi interventi tal-gvern. |
|
(82) |
Dawn l-interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq u jirriżultaw f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq. Minħabba li s-swieq Ċiniżi tal-prodotti tal-azzar huma affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw minn dawk il-pedamenti tal-mudell ekonomiku Ċiniż, l-ilment ikkonkluda li l-valur normali jenħtieġ li jiġi stabbilit bl-użu ta’ kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv. |
|
(83) |
L-ilment ipprovda eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati fl-ewwel sas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minbarra r-referenzi għall-partijiet rilevanti tar-Rapport, l-ilment indika li:
|
|
(84) |
Fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni - is-settur tal-ħadid u tal-azzar - għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. Eżempji jinkludu l-Ansteel Group (17) u l-Baowu Steel Group (18), li t-tnejn huma Intrapriżi tal-Istat (SOEs, State Owned Enterprises) taħt is-SASAC ċentrali; il-Baotou Steel Group, SOE proprjetà tal-Gvern tal-Mongolja Interna (19); kif ukoll is-Shougang Group (20), SOE proprjetà 100 % ta’ Beijing State Owned Asset Management Ltd (21). |
|
(85) |
Filwaqt li informazzjoni aktar speċifika tista’ ma tkunx disponibbli għall-prodott taħt investigazzjoni, is-settur jirrappreżenta subsettur tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-ħadid u tal-azzar huma għalhekk meqjusa indikattivi wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(86) |
L-aħħar dokumenti ta’ politika Ċiniżi dwar is-settur tal-ħadid u tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur biex isawru f’konformità mal-politiki tal-gvern. Eżempju ta’ dan hija l-Opinjoni Gwida tal-MIIT dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li titlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (22). |
|
(87) |
B’mod speċifiku, din l-Opinjoni Gwida tirrikjedi li l-GTĊ “jippromwovi l-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet tal-intrapriżi. Jinkoraġġixxi intrapriżi ewlenin fl-industrija biex jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet u joħolqu għadd ta’ gruppi ta’ intrapriżi tal-azzar kbar ħafna ta’ klassi dinjija. Filwaqt li jiddependi fuq l-intrapriżi dominanti tal-industrija, jikkultiva minn 1 sa 2 intrapriżi ewlenin speċjalizzati fl-oqsma tal-azzar inossidabbli, l-azzar speċjali, (...).” |
|
(88) |
Eżempju ieħor tal-intenzjoni tal-GTĊ li jintervjeni fis-settur jista’ jinstab fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima (“l-14-il FYP”, Five-Year Plan) li skontu s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija” (23), kif ukoll fil-Pjan ta’ Ħidma tal-MIIT tal-2023 dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (24) li jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Fl-2023, [...] l-investiment f’assi fissi fl-industrija kollha għandu jżomm tkabbir kostanti, u l-benefiċċji ekonomiċi għandhom jittejbu b’mod sinifikanti; l-investiment tal-industrija fir-R&Ż għandu eventwalment jilħaq 1,5 %; it-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jilħaq madwar 3,5 %; fl-2024, l-ambjent tal-iżvilupp tal-industrija u l-istruttura tal-industrija għandhom jiġu ottimizzati aktar, il-bidla lejn prodotti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiċi għandha tkompli, u t-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jaqbeż l-4 %” |
|
(89) |
Il-Pjan ta’ Ħidma jipprevedi wkoll konsolidazzjoni korporattiva obbligatorja mill-gvern tas-settur tal-azzar: “it-tħeġġiġ lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija sabiex jimplimentaw fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jibnu gruppi ta’ intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar kbar ħafna u tal-ogħla klassi, u t-trawwim tat-tifsila ottimali tal-kapaċità tal-produzzjoni nazzjonali tal-ħadid u tal-azzar. L-appoġġ għall-intrapriżi speċjalizzati b’setgħa ewlenija b’mod partikolari f’segmenti tas-suq tal-azzar sabiex ikomplu jintegraw ir-riżorsi u joħolqu ekosistema tal-industrija tal-azzar. It-tħeġġiġ lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar sabiex iwettqu attivitajiet trans-reġjonali […] fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet […]. Il-kunsiderazzjoni tal-għoti ta’ appoġġ ta’ politika akbar għas-sostituzzjoni tal-kapaċità lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li wettqu fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet sostantivi.” |
|
(90) |
Eżempji simili tal-intenzjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jissorveljaw u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jistgħu jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei fejn il-gvern provinċjali ħareġ il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppamenti fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar fl-2020. Dan il-pjan jirrikjedi li l-gvern “jimplimenta b’mod kostanti l-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn wieħed sa żewġ gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn tlieta sa ħames gruppi kbar b’influwenza domestika bħala appoġġ” u li “jespandi aktar il-kanali tar-riċiklaġġ u taċ-ċirkolazzjoni tar-ruttam tal-azzar, u jsaħħaħ l-iskrinjar u l-klassifikazzjoni tar-ruttam tal-azzar.” (25) |
|
(91) |
Il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jgħid: “Ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġi promoss mingħajr waqfien l-aġġustament strutturali u jiġi ottimizzat it-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, tiġi promossa l-konsolidazzjoni, ir-riorganizzazzjoni, it-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-intrapriżi, u jiġi promoss b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar lejn intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream”. |
|
(92) |
Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jipprevedi l-“kostruzzjoni ta’ bażijiet karatteristiċi għall-produzzjoni tal-azzar [...], il-bini ta’ sitt bażijiet karatteristiċi tal-produzzjoni tal-azzar f’Anyang, Jiyuan, Pingdingshan, Xinyang, Shangqiu, Zhouou, eċċ., u t-titjib tal-iskala, l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-industrija. Fosthom, sal-2025, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ħadid fondut grezz f’Anyang se tiġi kkontrollata sa 14-il miljun tunnellata, u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum se tiġi kkontrollata sa 15-il miljun tunnellata.” (26) |
|
(93) |
Aktar objettivi tal-politika industrijali jidhru wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (27), Shandong (28), Shanxi (29), Liaoning Dalian (30) jew Zhejiang (31). |
|
(94) |
Eżempju ieħor ta’ gwida effettiva mill-GTĊ permezz tal-pjanijiet huwa l-Avviż tal-Kumitat tal-Partit tal-Ansteel Group Co., Ltd. dwar l-istudju, il-pubbliċità u l-implimentazzjoni b’mod kuxjenzjuż tal-ispirtu tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit (32). L-avviż isostni li l-Ansteel Group se jimplimenta b’mod kuxjenzjuż il-pjanijiet ta’ gwida u jintroduċihom aħjar lill-membri tal-Partit, lill-cadres u lill-impjegati tal-grupp kollu. |
|
(95) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta subsettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(96) |
Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-Maniġer Ġenerali ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd., produttur ta’ prodotti stanjati li l-azzjonist kontrollanti tiegħu huwa l-Baowu Steel Group, iservu wkoll bħala s-Segretarju u d-Deputat Segretarju, rispettivament, tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (33). |
|
(97) |
Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Wuhan Iron and Steel Group, ikkontrollat ukoll mill-Baowu Steel Group, iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (34). |
|
(98) |
Barra minn hekk, “il-Wuhan Iron and Steel Group organizza l-għaxar studju ċentralizzat u diskussjoni tal-Grupp ta’ Studju tat-Teorija tal-Kumitat tal-Partit fl-2022 biex iwassal u jistudja l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali u jippromwovi l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit u l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali fil-Wuhan Iron and Steel Group. [Ir-]Rappreżentant Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali taċ-China Baowu Wuhan, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-President tal-Wuhan Iron and Steel Group, ippresedew il-laqgħa u ppreżentaw rekwiżiti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, il-Kumitat tal-Partit Provinċjali ta’ Hubei u l-Kumitat tal-Partit ta’ China Baowu, u komplew jimplimentaw l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali” (35). |
|
(99) |
Il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baotou Steel Union, li tappartjeni għal Baotou Steel Group, iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Partit tal-kumpanija, u l-Maniġer Eżekuttiv tal-kumpanija kif ukoll il-President tat-trade union tal-kumpanija huma t-tnejn Deputat Segretarju tal-Partit (36). |
|
(100) |
Fl-aħħar nett, fi ħdan Shougang Group, il-President tal-Bord tad-Diretturi jservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa d-Deputat Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (37). |
|
(101) |
F’ċerti każijiet, l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija se juri l-lealtà lejn is-CCP. Pereżempju, l-Artikolu 134 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-produttur ta’ prodotti stanjati Baoshan Iron and Steel Ltd. jistipula li “l-kumitat tal-Partit tal-kumpanija għandu jwettaq dmirijietu f’konformità mal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina u regolamenti oħra tal-partijiet: (1) Jiżgura u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Parti u tal-istat fil-kumpanija” (38). |
|
(102) |
L-Artikolu 3 tal-istatut tal-Fonderiji taċ-Ċina jistipula li l-Assoċjazzjoni taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet rispettivi tal-Partit, eż. is-SASAC u l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili, u jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-parteċipazzjoni tagħha (39). |
|
(103) |
Dispożizzjoni identika tinsab fl-Artikolu 3 tal-istatut tal-Assoċjazzjoni tal-Ħadid u l-Azzar taċ-Ċina (40), li huma membri tagħha l-produtturi ewlenin tal-ħadid u tal-azzar. |
|
(104) |
Politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku huma fis-seħħ fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, li huma ġeneralment applikabbli għall-prodott taħt investigazzjoni minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta wieħed mis-subsetturi tiegħu. |
|
(105) |
L-industrija tal-ħadid u tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (41). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffukati fuq is-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYP, il-GTĊ indika lill-industrija tal-ħadid u tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (42). |
|
(106) |
L-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħall-aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-inqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi ) jew it-trasformazzjoni diġitali (43). |
|
(107) |
Il-Pjan ta’ Ħidma dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (ara l-premessa (88)) juri kif l-enfasi tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq is-settur titqiegħed fil-kuntest usa’ tal-GTĊ li jmexxi l-ekonomija Ċiniża: “l-appoġġ lill-kumpaniji tal-azzar sabiex isegwu mill-qrib il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura ġdida, ta’ urbanizzazzjoni ġdida, ta’ rivitalizzazzjoni rurali, u ta’ industriji emerġenti, l-allinjament ma’ proġetti kbar tal-inġinerija relatati mal-“14-il Pjan ta’ Ħames Snin” f’diversi reġjuni, u t-twettiq ta’ kull sforz sabiex tiġi żgurata l-provvista tal-azzar. L-istabbiliment u l-approfondiment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream bejn is-settur tal-azzar u s-setturi ewlenin li jużaw l-azzar bħat-tarzna, it-trasport, il-kostruzzjoni, l-enerġija, il-karozzi, l-apparati domestiċi, il-makkinarju agrikolu, u t-tagħmir tqil, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ allinjament tal-produzzjoni u tad-domanda, u l-espansjoni b’mod attiv tal-oqsma tal-applikazzjoni tal-azzar” (44). |
|
(108) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-mineral tal-ħadid, li huwa materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, skont l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, l-Istat jippjana li “jiżviluppa b’mod razzjonali r-riżorsi minerali domestiċi. Isaħħaħ l-esplorazzjoni tal-mineral tal-ħadid […], jimplimenta politiki tat-taxxa preferenzjali, iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ teknoloġija u ta’ tagħmir avvanzati sabiex inaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart solidu mill-minjieri” (45) li jwassal għall-istabbiliment ta’ sistema għar-riżervi tal-produzzjoni tal-mineral tal-ħadid u tal-artijiet tal-minerali li se “jsiru miżura importanti sabiex jiġi stabbilizzat il-prezz tas-suq tal-mineral tal-ħadid u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-katina industrijali” (46). |
|
(109) |
Fil-livell lokali, bħal fil-provinċja ta’ Hebei, l-awtoritajiet jipprevedu dan li ġej għas-settur tal-ħadid u l-azzar: “sussidju ta’ skont fuq l-investiment ta’ proġett ġdid; jiġu esplorati u tingħata gwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’imgħax baxx lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar biex jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin, il-gvern se jipprovdi sussidji ta’ skont” (47). |
|
(110) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġjaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima prinċipali li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Tali miżuri jfixklu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(111) |
Din l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(112) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-ispejjeż tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku. Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw is-settur kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni jew tal-inputs prinċipali), kif ukoll indirettament (meta jkollhom aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina) (48). |
|
(113) |
Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(114) |
Il-Pjan ta’ Ħidma dwar it-Tkabbir Stabbli huwa wkoll eżempju tajjeb ħafna ta’ dan it-tip ta’ intervent tal-gvern: “Iħeġġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu b’mod attiv servizzi finanzjarji lill-kumpaniji tal-azzar li jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet, aġġustamenti tat-tqassim, trasformazzjoni u aġġornament, f’konformità mal-prinċipji tal-kontroll tar-riskju u s-sostenibbiltà tan-negozju.” Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
|
(115) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li biex jiġi prodott il-prodott taħt investigazzjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(116) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija, u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li ġie prodott fiċ-Ċina billi ġiet ikkombinata firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(117) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, fosthom il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
3.2.2. Kummenti tal-partijiet interessati
|
(118) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġja jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(119) |
Matul l-investigazzjoni waslu kummenti mingħand is-CISA u Baoshan Iron and Steel Ltd. |
|
(120) |
L-ewwel nett, is-CISA sostniet li r-Rapport jonqos milli jissodisfa l-istandards ta’ evidenza imparzjali u oġġettiva u evidenza ta’ valur probatorju suffiċjenti. Hija argumentat li l-fatt li r-Rapport ġie abbozzat b’objettiv intenzjonat, jiġifieri li jagħmilha faċli għall-industriji tal-Unjoni li jressqu lment fil-qasam tal-miżuri kummerċjali, ineħħi awtomatikament kwalunkwe probabbiltà ta’ analiżi imparzjali u oġġettiva tal-ekonomija Ċiniża. |
|
(121) |
Is-CISA sostniet ukoll li l-valur probatorju tar-Rapport huwa dubjuż peress li r-Rapport deliberatament iħalli barra ċ-ċirkostanzi fattwali, l-elementi u l-konklużjonijiet, li jikkontradixxu jew idgħajfu l-iskop parzjali li għalih tħejja. |
|
(122) |
Barra minn hekk, is-CISA argumentat li l-Kummissjoni ma tistax tiddependi fuq każijiet tal-passat biex issib evidenza pożittiva ta’ prattiki ta’ dumping f’din l-investigazzjoni, bħalma għamel l-ilmentatur biex jagħti prova tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-oneru tal-provi fl-investigazzjonijiet anti-dumping jirrikjedi li awtorità investigattiva tistabbilixxi b’mod pożittiv l-eżistenza ta’ prattiki tad-dumping. |
|
(123) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni tas-CISA li r-Rapport mhuwiex oġġettiv jew imparzjali, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti uffiċjali oħra ta’ politika ppubblikati mill-GTĊ, rapporti ta’ partijiet terzi minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn studjużi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Dan sar disponibbli għall-pubbliku sa minn Diċembru 2017 sabiex kwalunkwe parti interessata jkollha biżżejjed opportunità biex tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha. |
|
(124) |
Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Kummissjoni rrevediet ir-Rapport u ppubblikat verżjoni aġġornata f’April 2024, kif stabbilit fil-premessa (81) (49). Is-CISA ma pprovdiet l-ebda konfutazzjoni dwar is-sustanza u l-evidenza li jinsabu fir-Rapport. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(125) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi jistgħu jiddependu fuq evidenza u sejbiet tal-investigazzjonijiet tal-passat, sa fejn ikunu rilevanti u l-legalità tagħhom ma tkunx twarrbet minn awtorità ġudizzjarja. L-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jiżgura li l-proċedimenti jkunu newtrali u imparzjali, u li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet kollha jiġu rispettati matul l-investigazzjoni. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-possibbiltà offruta lill-ilmentaturi li jressqu allegazzjonijiet u evidenza dwar distorsjonijiet possibbli tal-prezzijiet u l-kostijiet f’pajjiżi fejn possibbilment jeżistu distorsjonijiet sinifikanti kkawżati mill-Istat ma tistax tiġi interpretata bħala prattika inġusta li tħeġġeġ il-produzzjoni ta’ tali allegazzjonijiet. |
|
(127) |
Barra minn hekk, id-determinazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza u l-impatt reali ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) isseħħ fiż-żmien tad-divulgazzjoni proviżorja u/jew definittiva bħala riżultat ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(128) |
It-tieni, is-CISA u Baoshan Iron and Steel Ltd. sostnew li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jidher li huwa inkompatibbli mal-Ftehim dwar l-Antidumping tad-WTO (“ADA tad-WTO”). L-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti u ma jippermettix l-użu ta’ data minn pajjiż rappreżentattiv xieraq jew prezzijiet internazzjonali biex jinħadem il-valur normali. B’mod speċifiku, l-Artikolu 2.2 tal-ADA tad-WTO jippermetti biss l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti meta jinħadem il-valur normali. |
|
(129) |
Baoshan Iron and Steel Ltd. argumentat li d-distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur ikollhom jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bejgħ mhux fil-“perkors normali tal-kummerċ” jew “sitwazzjoni partikolari tas-suq”, iżda li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma jaqa’ fl-ebda waħda minn dawn il-kategoriji. |
|
(130) |
Skont is-CISA u Baoshan Iron and Steel Ltd., l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jidher inkompatibbli mal-Artikolu 2.2.1.1 u mal-interpretazzjoni tal-Korp tal-Appell tiegħu, ipprovduta fil-kawża UE – Biodiesel (Arġentina) (DS473) (“UE - Biodiesel”) li stabbiliet li l-awtoritajiet investigattivi jridu jużaw il-kostijiet tal-prodott effettivament imġarrba mill-produtturi jew mill-esportaturi għall-kalkolu tal-valuri normali maħduma. |
|
(131) |
Bħala tali, is-CISA u Baoshan Iron and Steel Ltd talbu li l-Kummissjoni taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rrapportati mill-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, u b’hekk tiċħad l-eżistenza ta’ allegati distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċitata mis-CISA u Baoshan Iron and Steel Ltd. Mill-bidu nett, ir-Rapport tad-WTO dwar UE – Biodiesel ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Bord tad-WTO u mill-Korp tal-Appell f’UE – Bijodiżil tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, debitament aġġustata meta aġġustament bħal dan ikun neċessarju u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa biex jinħadem il-valur normali. |
|
(133) |
Fi kwalunkwe każ, il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-UE diġà kkonfermat li filwaqt li l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi “sistema speċjali li tiffissa r-regoli għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-każ ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi fejn huwa stabbilit li s-suq intern tagħhom għandu distorsjonijiet sinjifikattivi, kif iddefinit minn din l-istess dispożizzjoni”, id-dritt tad-WTO “madankollu ma jinkludix regoli speċifiċi intiżi għall-kalkolu tal-valur normali f’tali sitwazzjonijiet” (50). L-argumenti ta’ CISA, Baoshan Iron and Steel Ltd. għalhekk ma jistgħux jintlaqgħu. |
|
(134) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi l-kalkolu tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. |
|
(135) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni mis-CISA u minn Baoshan Iron and Steel Ltd. |
3.2.3. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(136) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.4.1. Kummenti ġenerali
|
(137) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(138) |
Kif spjegat fil-premessi (56) u (64), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(139) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għaċ-Ċina
|
(140) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, il-Malażja, it-Turkija u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni. |
Disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(141) |
L-Ewwel u t-Tieni Noti jistabbilixxu r-riċerka tal-Kummissjoni għal data pubblika faċilment disponibbli fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Din id-data kienet tikkonċerna l-kumpanija li tkun is-sors tal-ammonti għall-kostijiet SG&A u għall-profitt; u d-data meħtieġa għall-valuri referenzjarji meħtieġa biex jinħadem il-valur normali. |
|
(142) |
L-Ewwel Nota sabet data faċilment disponibbli mill-produtturi ta’ prodotti stanjati fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Malażja, fit-Turkija u fit-Tajlandja li tagħmel lil dawn il-pajjiżi xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv. Madankollu, hija sabet li l-produttur ta’ prodotti stanjati fil-Brażil ma kienx profittabbli matul l-2023 u l-Brażil ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni wara analizzat l-importazzjonijiet tal-fatturi prinċipali tal-produzzjoni fl-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali fit-Tieni Nota. |
|
(144) |
L-analiżi wriet li l-importazzjonijiet fit-Turkija tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni (l-azzar illaminat bis-sħana, l-azzar illaminat bil-kesħa, il-kokk, il-faħam tal-kokk, il-faħam għall-produzzjoni tal-gass, il-faħam bituminuż, u l-ħadid magħmul f’mattunelli meta jaħraq) kienu affettwati minn importazzjonijiet sinifikanti mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”). Dawn il-fatturi kollha tal-produzzjoni ġew sanzjonati, fost l-oħrajn, mill-Unjoni wara l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna u għalhekk is-swieq ewlenin tal-esportazzjoni ma baqgħux disponibbli għall-produtturi ta’ dawn l-inputs. Dan min-naħa tiegħu żied il-kapaċitajiet ta’ riżerva rilevanti fir-Russja u potenzjalment affettwa l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra fil-viċinanza tar-Russja, inkluża t-Turkija li baqgħu miftuħa għall-esportazzjoni inkwistjoni. |
|
(145) |
Il-kapaċità żejda fil-produzzjoni Russa tal-azzar ġiet stabbilita fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tal-Federazzjoni Russa għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (52). Barra minn hekk, hija ppjanata żieda ulterjuri fil-kapaċità tal-azzar fis-snin li ġejjin (53). |
|
(146) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-Ministeru għall-Kummerċ tar-Repubblika tat-Turkija impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar ċatti llaminati bis-sħana miċ-Ċina, mill-Indja, mill-Ġappun u mill-Federazzjoni Russa f’Ottubru 2024 permezz tal-Komunikat 2024/33 (54). Fl-investigazzjoni tiegħu, il-Ministeru tal-Kummerċ analizza l-effett tal-importazzjonijiet Russi fuq l-industrija tal-azzar fit-Turkija u ddikjara li dawn l-importazzjonijiet jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet tas-settur tal-produzzjoni domestika b’rata ta’ bejn 15 % u 20 %. L-azzar ċatt illaminat bis-sħana huwa wieħed mill-fatturi ewlenin tal-produzzjoni għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(147) |
Fir-rigward tal-faħam, ir-Russja għandha t-tieni l-akbar riżervi tal-faħam fid-dinja u kienet qed tespandi l-produzzjoni tagħha f’dawn l-aħħar għaxar snin minħabba ż-żieda fl-esportazzjonijiet (55). Flimkien mas-sanzjonijiet, din iċ-ċirkostanza naqqset il-prezz tal-esportazzjonijiet Russi u l-importazzjonijiet Torok tal-faħam Russu żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin (56). |
|
(148) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-FOP prinċipali kienu distorti fit-Turkija u ma setgħux jitqiesu bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(149) |
L-Ewwel Nota qalet ukoll li l-Arġentina ma kellhiex importazzjonijiet tal-azzar illaminat bil-kesħa, li huwa input vitali għall-produzzjoni ta’ prodotti stanjati għal produtturi mhux integrati. B’riżultat ta’ dan, it-Tieni Nota kkonkludiet li l-Arġentina ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(150) |
L-istess analiżi wriet li l-Malażja seta’ jintuża bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-importazzjonijiet tagħha tal-fatturi ta’ produzzjoni prinċipali, minbarra l-faħam bituminuż, ma kinux affettwati materjalment mill-importazzjonijiet miċ-Ċina jew minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57). |
|
(151) |
Għalkemm it-Turkija u l-Arġentina ma setgħux jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa minħabba l-kwistjonijiet stabbiliti fil-premessi (144) u (149) hawn fuq, fit-Tieni Nota l-Kummissjoni aġġornat l-informazzjoni disponibbli għall-produtturi tal-prodotti stanjati f’dawk il-pajjiżi, flimkien mal-Malażja u t-Tajlandja, u sabet li l-produtturi fl-Arġentina, fil-Malażja u fit-Turkija kienu profittabbli fl-2023. Il-produttur fit-Tajlandja kien laħaq punt ta’ ekwilibriju, bi profitt ta’ inqas minn 0,5 % tal-fatturat, u dan ma kienx ikkunsidrat bħala profitt raġonevoli. |
|
(152) |
Konsegwentement, it-Tieni Nota ddikjarat li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija Perusahaan Sadur Timah Malaysia (PERSTIMA) Berhad (“Perstima”) f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(153) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ dawn l-għażliet. |
|
(154) |
L-ebda parti interessata ma pprovdiet proposta differenti għal pajjiż rappreżentattiv jew kumpanija oħra għas-sors tal-kostijiet SG&A u tal-profitt. Madankollu, waslu kummenti speċifiċi dwar xi fatturi ta’ produzzjoni u l-kalkolu tal-kostijiet SG&A u tal-profitt, li huma indirizzati fid-dettall hawn taħt. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(155) |
Wara li ġie stabbilit li l-Malażja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, billi dik id-dispożizzjoni teħtieġ il-preżenza ta’ aktar minn pajjiż xieraq wieħed. |
3.2.5. Konklużjoni
|
(156) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Malażja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.6. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(157) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(158) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li tuża sorsi fil-pajjiż biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija (58). |
|
(159) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li ċerti fatturi ta’ produzzjoni rrapportati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta, kellhom impatt negliġibbli fuq il-kost totali tal-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, dawn l-oġġetti nġabru flimkien taħt il-kategorija ta’ “materjal konsumabbli”. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.6.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(161) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati biex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni ta’ Prodotti stanjati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Materja prima u inputs
|
(162) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima u tal-inputs kif ikkonsenjati sal-bieb ta’ produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz tal-importazzjoni medju ponderat lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA fil-livell tariffarju nazzjonali, li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(163) |
Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (61) |
|
(164) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-pajjiż rappreżentattiv minħabba li kkonkludiet li ma kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(165) |
Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-materja prima u l-inputs maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(166) |
Wara l-pubblikazzjoni tat-Tieni Nota, Baosteel Group talab li l-Kummissjoni tibdel is-sors tal-valuri referenzjarji li ġejjin, aktar milli tuża data tal-importazzjoni mill-Malażja:
|
|
(167) |
Baosteel Group qies li l-prezz tal-pellets tal-mineral tal-ħadid importati fil-Malażja kien għoli wisq għal kull tunnellata, meta mqabbel mal-prezz tal-prodotti saldati għal kull tunnellata fiċ-Ċina u nnota d-differenza fil-prezz bejn iż-żewġ subkodiċijiet għall-pellets tal-mineral tal-ħadid, jiġifieri “ematite” u “oħrajn”. |
|
(168) |
L-informazzjoni pprovduta minn Baosteel Group fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju u miġbura matul iż-żjara ta’ verifika rigward ix-xiri ta’ pellets tal-mineral tal-ħadid uriet li l-klassifikazzjoni tal-pellets tal-mineral tal-ħadid fil-kodiċi SA 2601 12 saret b’mod korrett. |
|
(169) |
L-importazzjonijiet tal-pellets tal-ħadid fil-Malażja kienu ta’ kwantitajiet sinifikanti (aktar minn 300 000 tunnellata) u għalhekk il-Kummissjoni qieset li l-parametru referenzjarju abbażi tal-importazzjonijiet fil-Malażja kien preċiż u rappreżentattiv. |
|
(170) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tiċħad it-talba ta’ Baosteel Group biex minflok jintużaw il-“pellets tal-forn tal-blast” bħala parametru referenzjarju peress li l-kumpanija ma wrietx li dan l-indiċi jkun aktar xieraq mill-prezz tal-importazzjoni fil-Malażja. |
|
(171) |
Wara l-kumment ta’ Baosteel Group rigward il-parametru referenzjarju għall-azzar illaminat bis-sħana, il-Kummissjoni qablet mal-valutazzjoni tagħħhom li d-data mill-importazzjonijiet Malażjani tista’ ma tkunx rappreżentattiva minħabba l-fatt li l-prezz ta’ unità tal-azzar illaminat bis-sħana kien aktar baxx mill-prezz ta’ unità tal-importazzjoni tal-azzar illaminat bil-kesħa. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-prezz tal-importazzjoni fil-Malażja bl-użu ta’ data minn Fastmarkets, li huwa l-indiċi “Steel hot-rolled coil (Japan, Korea, Taiwan-origin), import, CFR Vietnam” bħala parametru referenzjarju internazzjonali mingħajr distorsjoni. |
|
(172) |
Għall-azzar illaminat bil-kesħa, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex il-prezz tal-importazzjoni Malażjan ma kienx rappreżentattiv. Barra minn hekk, l-alternattivi ssuġġeriti mill-Baosteel Group ikopru l-“Asja tal-Lvant” u l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma jekk dan l-indiċi kienx jinkludi jew le l-prezzijiet tal-azzar illaminat bil-kesħa ta’ oriġini Ċiniża u jistax ikun distort minn dawk il-prezzijiet. |
|
(173) |
Wara l-pubblikazzjoni tat-Tieni Nota, il-Baosteel Group talab li l-Kummissjoni tinkludi kemm il-ġebla tal-ġir kif ukoll il-ġibs verġni bħala oġġetti konsumabbli għall-Baoshan Iron and Steel minflok ma tagħmel parametru referenzjarju tal-konsum ta’ dawn il-fatturi ta’ produzzjoni għall-parametru referenzjarju tal-prezzijiet tal-importazzjoni Malażjani. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba u kemm il-ġebla tal-ġir kif ukoll il-ġibs verġni tqiesu bħala materjal konsumabbli. |
|
(175) |
Kif stabbilit fil-premessa (160), il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(176) |
Barra minn hekk, il-fatturi ta’ produzzjoni awtoprodotti li kellhom biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi kif ukoll fil-livell tal-PCN, ġew raggruppati wkoll taħt materjal konsumabbli. |
|
(177) |
Wara d-divulgazzjoni tat-Tieni Nota, il-Kummissjoni kkunsidrat mill-ġdid is-sors tal-parametru referenzjarju għall-manganiż u għall-faħam mitħun. Minħabba l-importazzjonijiet limitati tal-manganiż fil-Malażja, u l-fatt li l-importazzjonijiet tal-faħam mitħun ma ngħatawx f’livell granulari fid-data dwar l-importazzjoni fil-Malażja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-prezz tal-importazzjoni mill-Malażja b’parametru referenzjarju internazzjonali mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni sabet dawn il-parametri referenzjarji fuq Fastmarkets. Għall-manganiż dan kien l-indiċi “Manganese 99,7 % electrolytic manganese flake, in-whs Rotterdam, USD/tunnellata” u għall-faħam mitħun dan kien l-indiċi “PCI low-vol, fob DBCT, USD/wmt”. |
|
(178) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji tal-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(179) |
Fejn kienu jeżistu tali kostijiet tat-trasport, il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. |
|
(180) |
Il-Kummissjoni qieset li fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
Manodopera
|
(181) |
Il-Kummissjoni użat id-data tad-Dipartiment tal-Istatistika tal-Malażja dwar il-pagi tal-manifattura fis-sottosettur “24 – manifattura ta’ metalli bażiċi” ppubblikata fl-Istatistika tal-Manifattura ta’ Kull Xahar ta’ Marzu tal-2024 (62). Il-Kummissjoni mbagħad żiedet il-kostijiet lavorattivi tal-impjegatur għall-programmi li ġejjin:
|
Elettriku
|
(182) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata minn Tenaga Nasional Berhad, speċifikament id-data tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum “Tariffa E2 - Tariffa Industrijali Konsum Massimu/Mhux Konsum Massimu b’Vultaġġ Medju” għall-użu massimu f’kWh (66). |
Gass naturali
|
(183) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fil-Malażja huwa ppubblikat mill-Kummissjoni tal-Enerġija Malażjana (Suruhanjaya Tenaga) sa tmiem l-2021 (67). |
|
(184) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kellha l-intenzjoni li tuża l-prezzijiet tal-gass naturali minn dokument li jelenka r-rati tal-gass naturali tal-2022 għal erba’ faċilitajiet tal-gass li huma responsabbli għall-provvista tal-gass industrijali bil-pajpijiet fil-Malażja Peninsulari u Sabah fuq is-sit web ta’ Suruhanjaya Tenaga (68). |
|
(185) |
Dan il-metodu ttieħed minn każ preċedenti fejn il-Malażja ntużat bħala pajjiż rappreżentattiv. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li f’dak il-każ finalment intuża metodu differenti li bih intużaw il-prezzijiet ippubblikati fuq is-sit web ta’ Suruhanjaya Tenaga u mbagħad ġew aġġustati għall-inflazzjoni. |
|
(186) |
Wara kunsiderazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-istess metodoloġija, billi tuża l-inflazzjoni tal-enerġija tal-Bank Dinji (69) biex tikkalkula l-prezz tal-gass naturali għall-2023. |
Ilma
|
(187) |
It-tariffi tal-ilma huma ppubblikati mill-Kummissjoni Nazzjonali tas-Servizzi tal-Ilma (SPAN, National Water Services Commission) fuq is-sit web tagħhom skont l-istat. Il-Kummissjoni użat it-tariffa tal-ilma mitluba f’Johor applikabbli għall-utenti industrijali (“provvisti mhux domestiċi”) fl-2024 (70). |
Faħam u gass tal-kokk
|
(188) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-prezz tal-faħam u tal-gass tal-kokk fil-Malażja billi użat il-prezz tal-gass naturali u qieset il-valur tas-sħana tal-gassijiet ikkonċernati. |
Fwar
|
(189) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-prezz tal-fwar fil-Malażja bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment għall-Enerġija tal-Istati Uniti (71) li hija bbażata fuq il-kost tal-faħam meħtieġ biex jiġi prodott. |
|
(190) |
Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-faħam kif ippubblikat mill-Bank Dinji għal dan il-kalkolu. |
Prodotti sekondarji u ruttam
|
(191) |
Fit-Tieni Nota l-Kummissjoni nnotat li kienet se tuża l-proporzjon bejn ix-xiri tal-materja prima “verġni” u r-ruttam fejn ma kien hemm l-ebda kodiċi doganali għall-materjal tar-ruttam separat mill-materja prima oriġinali. Il-Kummissjoni estendiet dan il-metodu ta’ proporzjon ukoll għar-ruttam tal-azzar bħala prodott sekondarju kif mitlub fil-kummenti ta’ Shougang Jingtang. |
|
(192) |
Għalhekk il-Kummissjoni użat il-metodu ta’ proporzjon biex tikkalkula l-parametru referenzjarju għall-FOP li ġej:
|
3.2.6.2. Kostijiet SG&A u profitt
|
(193) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(194) |
Sabiex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, fit-Tieni Nota l-Kummissjoni pproponiet li tuża d-data finanzjarja għall-2023 għall-produttur Malażjan Perstima bl-użu tal-kontijiet annwali ppubblikati tagħhom. |
|
(195) |
Il-kostijiet SG&A u l-profitt proposti ġew żvelati fit-Tieni Nota. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-kalkolu ta’ dawn iż-żewġ indikaturi minn Baosteel Group. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni qablet ma’ Baosteel Group li l-kostijiet SG&A jenħtieġ li jkunu magħmula biss minn kostijiet assoċjati mal-bejgħ u l-amministrazzjoni ġenerali. Il-Kummissjoni qablet ukoll li l-profitt ta’ Perstima kien prinċipalment ibbażat fuq “introjtu ieħor” aktar milli dħul mill-bejgħ. |
|
(197) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-profitt ta’ Perstima ma setax jitqies raġonevoli, u għalhekk irid jinstab sors ieħor sabiex jiġi stabbilit ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti. |
|
(198) |
Perstima nstabet li kienet l-uniku produttur ta’ prodotti stanjati fil-Malażja, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba tagħha lill-awtoritajiet Malażjani għal investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti stanjati miċ-Ċina, li nbdiet fl-14 ta’ Awwissu 2024 (72). |
|
(199) |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a)(a), l-aħħar paragrafu, il-Kummissjoni mbagħad qieset kumpaniji f’pajjiżi oħra b’introjtu medju superjuri li kienu produtturi tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti bħall-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-produzzjoni tal-azzar. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni għażlet kumpanija b’rapporti finanzjarji pubbliċi faċilment disponibbli li juru ammont raġonevoli għal SG&A u għal marġnijiet ta’ profitti għall-industrija tal-produzzjoni tal-azzar, il-kumpanija Malazjana Alliance Steel (M) Sdn. Bhd (73). Il-kumpanija kienet profittabbli matul l-2023 (li tkopri tliet kwarti tal-perjodu ta’ investigazzjoni). |
3.2.7. Kalkolu
|
(201) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(202) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(203) |
Għal dawk il-produtturi esportaturi fil-kampjun li importaw mineral tal-ħadid minn pajjiżi mingħajr allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a), il-Kummissjoni ħadet il-prezz mingħajr distorsjoni mħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun minflok il-parametru referenzjarju stabbilit hawn fuq mill-prezzijiet tal-importazzjoni Malażjani. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni mbagħad applikat il-kostijiet SG&A u l-profitt ta’ Alliance Steel (M) Sdn. BHD għall-kost tal-manifattura. Il-kostijiet tas-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-kost tal-oġġetti mibjugħin (“COGS”, Cost of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 6,6 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-ispejjeż tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 8,1 %. |
|
(205) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(206) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur jew bħala negozjant f’pajjiż terz. |
|
(207) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effettivament tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(208) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
|
(209) |
F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha, li normalment jitħallsu minn importatur, imġarrba minn partijiet assoċjati mal-esportatur, li kienu involuti fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Il-kostijiet rilevanti kienu jinkludu l-kostijiet SG &A tas-sussidjarji rilevanti involuti fil-bejgħ u profitt nominali li normalment isir minn importatur. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni ħadet 4,72 % għall-profitti akkumulati, li huwa l-profitt ta’ importatur mhux relatat li kkoopera ta’ prodotti stanjati fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.4. Tqabbil
|
(211) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(212) |
Ta’ min ifakkar li l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tagħmel eċċezzjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(213) |
Kif spjegat fil-premessa (201), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-kostijiet SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinġieb lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(214) |
Meta wieħed iqis il-konċessjonijiet, sar aġġustament għall-valur normali biex titqies id-differenza fit-trattament tal-VAT bejn il-bejgħ domestiku ta’ prodotti stanjati u l-esportazzjoni tagħhom. L-esportazzjonijiet jiġu imposti 13 % fuq l-esportazzjoni u dan ma jiġix rimborżat permezz tas-sistema tal-VAT, filwaqt li meta jsir bejgħ domestiku, il-produttur jiġbor 13 % VAT mix-xerrej u jgħaddiha lill-GTĊ. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex tagħmel xi konċessjonijiet oħra għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(215) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jinġieb lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti fuq il-kont tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar u t-tagħbija kif ukoll tal-ippakkjar. |
|
(216) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
|
(217) |
Shougang Jingtang biegħet prodotti stanjati lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni permezz tal-kumpanija kummerċjali relatata tagħha f’Hong Kong. Meta wieħed iqis li l-kumpanija kummerċjali kienet qed taġixxi bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni u kienet remunerata għal dak fil-forma ta’ valwazzjoni pożittiva, l-SĠ &A tal-kumpanija f’Hong Kong u l-profitt nozzjonali ta’ 4,72 % kif stabbilit fil-premessa (210) għall-profitti akkumulati mbagħad tneħħew bħala aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i). |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(218) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(219) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(220) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(221) |
Dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 25,3 %. |
|
(222) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. |
|
(223) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-kwantità ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espressa bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Eurostat. |
|
(224) |
Il-Kummissjoni qieset li livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx minħabba li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 61 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni fakkret li n-Notifika ta’ Bidu (74) kienet infurmat lill-partijiet interessati li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, jew kooperazzjoni parzjali biss, jista’ jwassal għal sejbiet ibbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li potenzjalment jirriżultaw f’eżiti inqas favorevoli għal dawk il-partijiet. Minħabba li l-partijiet interessati ġew avżati b’mod ċar dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, u li l-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien partikolarment baxx, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiddetermina d-dazju tad-dumping residwu abbażi ta’ volum rappreżentattiv ta’ bejgħ minn Shougang Jingtang lill-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-bejgħ tqies bħala indikatur xieraq biex jirrifletti l-imġiba tad-dumping tal-kumpaniji li għażlu li ma jikkooperawx. |
|
(226) |
Il-marġni tad-dumping residwu kien għalhekk stabbilit għal 62,6 %. |
|
(227) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(228) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn sitt produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(229) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 2,1 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri, it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-ilmentatur u mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (28), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(230) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-indikaturi makro li waslet mingħand l-ilmentatur, kontroverifikata, fejn possibbli, mat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. |
|
(231) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt. |
|
(233) |
Il-Kummissjoni sabet li parti negliġibbli mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet destinata għal użu kaptiv. Kif jista’ jidher mit-Tabella 2, il-volumi tas-suq kaptiv baqgħu madwar 1 % tal-konsum tas-suq ħieles matul il-perjodu kkunsidrat u wrew xejra ta’ tnaqqis. Il-konsum tas-suq ħieles żviluppa bl-istess mod bħall-konsum totali tal-Unjoni f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(234) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx bżonn li ssir distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles, peress li d-differenza fl-imġiba tas-suq kaptiv (jekk ikun hemm) ma tkunx rilevanti għall-analiżi tad-dannu, minħabba s-sehem negliġibbli tas-suq kaptiv fil-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(235) |
Għall-kuntrarju ta’ xi swieq oħra, il-pandemija tal-COVID-19 ma wasslitx biex is-suq ta’ prodotti stanjati jonqos matul il-lockdowns fl-Unjoni fil-perjodu 2020-2021. Hekk kif in-nies baqgħu d-dar, id-domanda għall-ikel fil-laned kienet b’saħħitha, li ssarrfet f’domanda relattivament stabbli għal prodotti stanjati fis-sentejn li huma. |
|
(236) |
Għalhekk, bejn l-2020 u l-2022 il-konsum tal-Unjoni (inkluż dak ħieles u kaptiv) varja ftit ’l isfel, imbagħad naqas drastikament b’19-il punt perċentwali fl-2023 minħabba t-tneħħija tal-istokks u l-ħsad ħażin tal-ħxejjex fl-Unjoni, u bi 3 punti perċentwali oħra fil-PI. Il-konsum globali naqas b’25 % bejn l-2020 u l-PI. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Kwantità u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(237) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-kwantità tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tas-suq tal-Unjoni. |
|
(238) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(239) |
Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ lockdowns fiċ-Ċina u tfixkil fil-kummerċ marittimu fl-2021, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi bejn l-2020 u l-2021 l-ewwel naqas b’20 %. Bid-domanda fl-Unjoni tibqa’ b’saħħitha, l-importazzjonijiet Ċiniżi tilfu xi ftit sehem mis-suq f’dik is-sena. |
|
(240) |
Hekk kif iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali naqsu fl-2022, kemm il-volumi kif ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu b’mod sinifikanti fl-2022 u fl-2023, bi tnaqqis żgħir fix-xejra mill-2023 sal-PI. L-importazzjonijiet miċ-Ċina b’mod ġenerali żdiedu b’69 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-sehem mis-suq Ċiniż żdied minn 10,5 % fl-2022 għal 23,5 % fil-PI, li juri żieda ġenerali ta’ 125 %. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(241) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina u tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(242) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(243) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu sakemm laħqu l-ogħla livell ta’ żieda fil-prezz ta’ 89 % fl-2022 apparagun tal-2020, imbagħad reġgħu naqsu u laħqu żieda ġenerali ta’ 36 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(244) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(245) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ wara t-tnaqqis ta’ ribassi u skontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn [15 - 25] % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fuq is-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(246) |
Il-prezzijiet Ċiniżi kienu taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2020, fl-2023, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, l-2021 kienet ikkaratterizzata minn kostijiet storikament għoljin tat-trasport fuq l-ilma, li jissuġġerixxi li l-prezz tal-oġġetti jekk ma jingħaddux il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar seta’ kien ħafna aktar baxx. |
|
(247) |
Tali prezzijiet ġiegħlu lill-produtturi tal-Unjoni jbigħu bi prezz inqas mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom fis-snin kollha ħlief fl-2022. Ir-raġuni hija li l-biċċa l-kbira tal-klijenti jinnegozjaw il-prezzijiet għal prodotti stanjati fuq bażi annwali mal-produtturi tal-Unjoni (għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Ċiniżi li normalment isiru bħala bejgħ spot), u fi Q4 2021 il-produtturi kienu f’pożizzjoni aħjar biex jinnegozjaw prezzijiet raġonevoli. |
|
(248) |
Jiġifieri, iċ-ċirkostanzi uniċi tal-2021 ikkawżaw inċertezzi fis-suq: peress li inqas prodotti saldati dik is-sena kienu disponibbli miċ-Ċina u minn swieq terzi oħra minħabba tfixkil fil-kummerċ internazzjonali, filwaqt li d-domanda għal-laned baqgħet b’saħħitha, l-utenti kienu lesti jħallsu prezz ogħla biex jiżguraw il-provvista mill-produtturi tal-Unjoni fl-2022. Barra minn hekk, hekk kif il-kost tal-produzzjoni wkoll beda jiżdied fl-2021, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jinnegozjaw prezzijiet għoljin għall-2022. |
|
(249) |
Madankollu, hekk kif dawn il-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq ma baqgħux jeżistu u l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiġu fi kwantitajiet aktar sinifikanti, il-produtturi tal-Unjoni ma kinux għadhom jistgħu jinnegozjaw prezzijiet għoljin biżżejjed biex ikopru l-kost tal-produzzjoni tagħhom. Minflok, kellhom inaqqsuhom kemm fl-2023 kif ukoll fil-PI, minkejja li l-kostijiet tal-produzzjoni xorta waħda żdiedu fl-2023. |
|
(250) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm trażżin tal-prezzijiet fl-2020, fl-2023 u fil-PI, u tnaqqis fil-prezzijiet fl-2023 u fil-PI. Għalhekk il-Kummissjoni ma sabitx meħtieġ li teżamina aktar, fid-dawl tal-kostijiet għoljin b’mod straordinarju tat-trasport marittimu fl-2021, jekk kienx hemm jew le trażżin tal-prezzijiet fl-2021 ukoll. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(251) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(252) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa mill-ilmentatur li tkopri d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(253) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-kwantità ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(254) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(255) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(256) |
Filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu kemxejn bejn l-2020 u l-2021, dawn urew xejra ta’ tnaqqis kostanti fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat. Il-kwantità tal-produzzjoni naqset bi 8 punti perċentwali mill-2021 sal-2022, naqset bi 15-il punt perċentwali ieħor fl-2023, u naqset b’2 punti perċentwali oħra fil-PI. Il-kwantità tal-produzzjoni b’mod ġenerali naqset b’34 % bejn l-2020 u l-PI minħabba tnaqqis fil-bejgħ. |
|
(257) |
It-tnaqqis fil-kwantità tal-produzzjoni affettwa b’mod negattiv l-użu tal-kapaċità, li naqas minn 85 % fl-2020 għal 57 % fil-PI, tnaqqis ta’ 33 %. |
4.4.2.2. Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(258) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(259) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa’ pjuttost kostanti bejn l-2020 u l-2021 imbagħad naqas b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u b’mod ġenerali naqas b’36 %. |
|
(260) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’5 punti perċentwali bejn l-2020 u l-2021, minn 78 % għal 83 %, u mbagħad wera xejra ta’ tnaqqis kostanti fil-bqija tal-perjodu kkunsidrat, biex waqa’ għal 67 % tas-sehem mis-suq fil-PI. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(261) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni naqsu. Fl-istess perjodu l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu u dan wassal biex is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’aktar mid-doppju fis-suq tal-Unjoni. |
|
(262) |
Kif muri fit-Tabella 2 hawn fuq, il-konsum fl-Unjoni kien qed jonqos b’mod kostanti fl-2021 u fl-2022, qabel ma naqas b’mod sinifikanti fl-2023 u kompla jonqos fil-PI. Il-konsum naqas b’mod ġenerali b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jindika suq li qed jiċkien. |
|
(263) |
Kif muri fit-Tabelli 5 u 6 hawn fuq, il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni juru wkoll xejra ta’ tnaqqis ġenerali, hekk kif waqgħu b’34 % u 36 %, rispettivament, bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kien ħafna aktar evidenti mit-tnaqqis ta’ 25 % fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll minn 78 % għal 66 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(264) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet miċ-Ċina wrew xejra li ġeneralment qed tiżdied f’termini ta’ volumi u ishma mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’69 punt perċentwali u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 10,4 % għal 23,4 % mill-2020 sal-PI. |
|
(265) |
Ix-xejriet ta’ hawn fuq treġġgħu lura temporanjament biss fl-2021. Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ lockdowns fiċ-Ċina u tfixkil fil-kummerċ marittimu, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 15 % u s-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 10,4 % għal 8,7 % bejn l-2020 u l-2021. Fl-istess ħin, il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied, u l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha b’5 punti perċentwali. |
|
(266) |
Hekk kif il-kummerċ internazzjonali beda jinnormalizza fl-2022, madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sehem mis-suq it-tnejn żdiedu b’mod sinifikanti, qabżu l-livelli tal-2020, u komplew jiżdiedu fl-2023, bi tnaqqis żgħir fir-ritmu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(267) |
Fl-istess ħin, fl-2022 il-volum tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kollha naqsu għal livelli inqas minn dawk fl-2020 u komplew jonqsu fl-2023. Minħabba suq li kemxejn qed jiċkien fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq huwa l-uniku wieħed minn dawk it-tliet indikaturi li baqa’ relattivament stabbli bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ it-tnejn naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni wkoll. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(268) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(269) |
L-għadd ta’ impjegati naqas ukoll b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat, bi fluttwazzjoni żgħira ’l fuq fl-2022 biss. L-għadd ta’ impjegati naqas b’6 punti perċentwali fl-2021 qabel ma żdied bi 3 punti perċentwali fl-2022. Imbagħad reġa’ naqas b’mod sinifikanti b’9 punti perċentwali fl-2023 u kompla jonqos fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, l-għadd ta’ impjegati naqas bi 23 %. |
|
(270) |
Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-produzzjoni u fl-impjiegi, li żdiedet b’mod moderat bejn l-2020 u l-2021, u mbagħad naqset sal-PI, u laħqet 86 % tal-produttività tal-2020. Il-produttività żdiedet fl-2021, b’mod konsistenti mal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li kienu l-ogħla f’dik is-sena mill-perjodu totali kkunsidrat. |
|
(271) |
It-tnaqqis fil-produttività fil-bqija tas-snin jista’ jiġi spjegat bl-istess mod mill-kwantità tal-produzzjoni li tonqos aktar mill-għadd ta’ impjegati bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(272) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-kwantità u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(273) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(274) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(275) |
Il-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni beda jiżdied fl-2021, minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima bħall-mineral tal-ħadid u l-faħam tal-kokk. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u ż-żieda ulterjuri fil-kostijiet tal-materja prima żiedu l-kost tal-produzzjoni b’mod sinifikanti, b’67 punt perċentwali fl-2022 u b’5 punti perċentwali oħra fl-2023, u naqsu bi 8 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni biss. Il-kost tal-produzzjoni b’mod ġenerali żdied b’64 % mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(276) |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni żdied bejn l-2020 u l-2022 u beda jonqos fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-bejgħ b’mod ġenerali żdiedu b’64 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(277) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni baqgħu taħt il-kostijiet medji tal-produzzjoni fis-snin kollha ħlief fl-2022. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi (246) sa (250) hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu qed irażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2020, u kkawżaw trażżin u tnaqqis tal-prezzijiet fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, biex b’hekk l-industrija tal-Unjoni kellha tbigħ b’telf. |
|
(278) |
Kif diġà ġie spjegat ukoll fil-premessi (247) u (248), peress li l-klijenti normalment jinnegozjaw il-prezzijiet mal-industrija tal-Unjoni fuq bażi annwali, u minħabba l-inċertezzi tas-suq fl-2021, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jinnegozjaw prezzijiet għoljin fl-2022, li jippermettulhom ibigħu bi profitt. |
|
(279) |
Hekk kif il-fluss tal-kummerċ internazzjonali nnormalizza, madankollu, il-produtturi tal-Unjoni kellhom jerġgħu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(280) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(281) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat full-time żdied bi 17-il punt perċentwali fl-2021 u 11 oħra fl-2022, imbagħad naqas b’16 fl-2023 u żdied b’7 oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod ġenerali, il-kostijiet lavorattivi żdiedu b’19 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(282) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(283) |
Minkejja t-tnaqqis fil-livelli tal-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat, il-livelli assoluti tal-istokks baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu punt baxx ta’ 85 % tal-kwantità tal-istokks tal-għeluq tal-2020 fl-2023. |
|
(284) |
L-istokk relattiv bħala perċentwal tal-produzzjoni, wara staġnar inizjali bejn l-2020 u l-2021, żdied b’mod kostanti matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat u laħaq żieda ta’ 38 % sal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(285) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(286) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat ħlief għall-2022, fejn il-profitt laħaq 5,4 %. |
|
(287) |
It-telf tal-industrija tal-Unjoni fl-2021 kien dovut għal ċirkostanzi speċifiċi tas-suq f’dik is-sena. Fil-fatt, kif stabbilit fil-premessi (247) u (301), il-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni tal-prodotti stanjati u l-klijenti tagħhom huma tipikament iffissati għal sena kalendarja waħda bi ftit lok għal aġġustament tal-prezzijiet. Il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-2021 ġew iffissati abbażi tal-kostijiet tal-2020, filwaqt li l-kost tal-produzzjoni żdied b’mod konsiderevoli fl-2021. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni kienet obbligata tbigħ il-prodotti tagħha bi prezz aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni tagħha filwaqt li żżomm u saħansitra żżid il-volumi tal-bejgħ li wasslu għal telf konsiderevoli f’dik is-sena. |
|
(288) |
Wara t-telf imġarrab minħabba prezzijiet baxxi u żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-2021, l-industrija tal-Unjoni nnegozjat prezzijiet 70 % aktar għolja fl-2022 sabiex tirrifletti ż-żieda konsiderevoli fil-kostijiet tal-produzzjoni. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi (247) sa (249), u (277) u (278) hawn fuq, l-2022 kienet l-unika sena li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tbigħ prodotti stanjati bi prezz ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom, minħabba l-pożizzjoni favorevoli li sabet ruħha fiha meta nnegozjat il-prezzijiet għal dik is-sena fi tmiem l-2021. Naturalment, dan irriżulta fi profittabbiltà pożittiva. |
|
(289) |
Ix-xejra fil-fluss nett tal-flus segwiet b’mod ġenerali l-evoluzzjoni fil-profitt, u madankollu baqgħet pożittiva fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba l-movimenti fil-bejgħ tal-esportazzjoni u fil-valutazzjoni tal-inventarju f’dawk is-snin. |
|
(290) |
L-investimenti, għalkemm naqsu fl-2021, żdiedu b’aktar mid-doppju fl-2022, u żdiedu bi 72 punt perċentwali addizzjonali fl-2023, qabel ma naqsu bi ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(291) |
Madankollu, l-akbar sehem ta’ dan l-investiment huwa attribwibbli għal investiment kbir ta’ manutenzjoni mwettaq minn produttur wieħed biss tal-Unjoni għall-manutenzjoni regolari ta’ wieħed mill-fornijiet tal-blast tiegħu. B’mod raġonevoli, dan il-proġett ma setax jiġi pospost peress li tali tiġdid maġġuri għandu jsir f’intervalli regolari biex tiġi żgurata l-funzjonalità ta’ forn tal-blast u għalhekk huwa meħtieġ biex jinżammu l-operazzjonijiet tal-kumpanija kollha. Barra minn hekk, saru diversi investimenti fil-konformità ambjentali matul dan il-perjodu, li komplew iżidu ċ-ċifri tal-investiment. |
|
(292) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment baqa’ negattiv u stabbli matul il-perjodu b’eċċezzjoni negattiva u pożittiva notevoli fl-2021 u fl-2022 rispettivament, b’mod ġenerali skont ix-xejriet fil-profittabbiltà tal-bejgħ. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(293) |
L-indikaturi prinċipali tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. F’termini ta’ bejgħ, profittabbiltà, fluss tal-flus, u redditu fuq l-investiment, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet temporanjament fl-2022 iżda reġgħet naqset mill-2023 ’il quddiem. Il-profittabbiltà baqgħet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat ħlief għaż-żieda temporanja għal 5,4 % fl-2022, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali fis-suq wara l-pandemija tal-COVID-19. Kif spjegat fil-premessi (287) u (301), it-tnaqqis fil-profittabbiltà fl-2021 kien dovut għal ċirkostanzi speċifiċi, jiġifieri għal żieda mhux mistennija f’diversi elementi tal-kostijiet tal-produzzjoni, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom b’mod suffiċjenti minħabba n-natura tal-kuntratti li għandhom mal-klijenti tagħhom. |
|
(294) |
L-investimenti dehru li kienu l-uniku indikatur li wera xejriet pożittivi. Madankollu, iż-żieda fl-investiment, aktar milli sinjal ta’ stat b’saħħtu tal-industrija tal-Unjoni, kif imsemmi hawn fuq, dawn l-investimenti kienu dovuti għall-manutenzjoni u l-konformità ambjentali meħtieġa. |
|
(295) |
L-indikaturi l-oħra kollha tad-dannu wrew xejriet ta’ tnaqqis. Il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’34 %, f’konformità mal-bejgħ tal-Unjoni li naqas b’36 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kien aktar sinifikanti mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, li naqas b’25 % matul l-istess perjodu. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 78 % fl-2020 għal 66 % fil-PI. |
|
(296) |
Sadanittant, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’69 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar żieda fl-importazzjonijiet seħħet fl-2023, fiż-żmien meta d-domanda naqset l-aktar, u dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 10,4 % fl-2020 għal 23,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(297) |
Xi telf fil-volumi tal-bejgħ seta’ kien mistenni fil-kuntest ta’ suq li qed jiċkien. Madankollu, it-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna aktar evidenti mit-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed jiżdiedu anke hekk kif id-domanda kienet qed tonqos. Konsegwentement, ix-xejriet fl-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq kienu kważi perfettament bil-maqlub bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u dak taċ-Ċina, u dan juri dannu ċar fil-volum. |
|
(298) |
L-industrija tal-Unjoni kienet iffaċċjata b’żieda sinifikanti fil-kost tal-produzzjoni, li żdied b’65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-kost kienet xprunata prinċipalment minn kostijiet ogħla tal-materja prima prinċipali u tal-enerġija. L-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod suffiċjenti biex tikkumpensa għal din iż-żieda kbira fil-kost (żieda ta’ 64 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni). |
|
(299) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf għal kważi l-perjodu kollu kkonċernat, bl-unika eċċezzjoni tal-2022. Madankollu, il-profittabbiltà ġenerali tagħha naqset matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn –4,6 % fl-2020 għal –7,6 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni bi tnaqqis eċċezzjonali fl-2021 segwit minn żieda eċċezzjonali fl-2022 kif stabbilit fil-premessi (287) sa (288). |
|
(300) |
Dawn ix-xejriet ta’ tnaqqis treġġgħu lura temporanjament fl-2021 u fl-2022, hekk kif il-pandemija tal-COVID-19 influwenzat is-suq. Hekk kif in-nies baqgħu d-dar, id-domanda għall-ikel fil-laned kienet b’saħħitha fl-2021, li ssarrfet f’domanda stabbli għal prodotti stanjati. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b’20 % fl-2021, x’aktarx minħabba tfixkil fit-trasport tal-merkanzija bil-baħar u lockdowns stretti fiċ-Ċina, li wasslu lill-utenti biex jirrikorru aktar għall-fornituri tal-Unjoni. Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għalhekk żdiedu bi ftit u s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’5 punti perċentwali f’dik is-sena. |
|
(301) |
Kif spjegat hawn fuq, peress li l-prezzijiet normalment jiġu nnegozjati mal-produtturi tal-Unjoni fuq bażi annwali fi tmiem is-sena ta’ qabel, l-industrija tal-Unjoni għalhekk ma setgħetx tagħmel profitt b’mod suffiċjenti minn tali żieda fil-volumi tal-bejgħ fl-2021, peress li dawn kienu marbuta bi prezzijiet innegozjati fl-2020. |
|
(302) |
Min-naħa l-oħra, minħabba l-inċertezzi tas-suq deskritti hawn fuq li rriżultaw fl-2021, fin-negozjati għal kuntratti tal-2022, l-utenti kienu lesti li jħallsu prezzijiet ogħla biex jiżguraw provvista stabbli. Hekk kif il-kost tal-produzzjoni beda jiżdied ukoll fl-2021, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jinnegozjaw prezzijiet għoljin għall-2022. L-industrija tal-Unjoni għalhekk kienet kapaċi tikseb likwidità għolja u profittabbiltà pożittiva f’dik is-sena. |
|
(303) |
Madankollu, hekk kif il-flussi tal-kummerċ internazzjonali bdew jinnormalizzaw, dawk l-indikaturi kollha reġgħu bdew jonqsu, hekk kif l-industrija tal-Unjoni bdiet titlef is-sehem mis-suq u kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha kemm fl-2023 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(304) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(305) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabitx li kien meħtieġ li teżamina d-dikjarazzjonijiet dwar it-theddida ta’ dannu f’dan l-istadju. |
5. KAWŻALITÀ
|
(306) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: it-tnaqqis fil-konsum, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(307) |
Kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, il-konsum fl-Unjoni kien qed jonqos b’mod kostanti fl-2021 u fl-2022, qabel ma naqas b’mod sinifikanti fl-2023 u kompla jonqos fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-konsum naqas b’mod ġenerali b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jindika suq li qed jiċkien. |
|
(308) |
Kif muri fit-Tabelli 5 u 6 hawn fuq, il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni juru wkoll xejra ta’ tnaqqis ġenerali, hekk kif waqgħu b’34 % u 36 %, rispettivament, bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kien ħafna aktar evidenti mit-tnaqqis ta’ 25 % fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll minn 78 % għal 66 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(309) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet miċ-Ċina wrew xejra li ġeneralment qed tiżdied f’termini ta’ volumi u ishma mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, f’termini assoluti, żdied b’69 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 10,4 % għal 23,4 % (jiġifieri b’125 %) mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(310) |
Ix-xejriet ta’ hawn fuq treġġgħu lura temporanjament biss fl-2021. Minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ lockdowns fiċ-Ċina u tfixkil fil-kummerċ marittimu, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 15 % u s-sehem mis-suq tagħhom naqas minn 10,4 % għal 8,7 % bejn l-2020 u l-2021. Fl-istess ħin, il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied, u l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha b’5 punti perċentwali. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (287), minħabba l-prezzijiet tal-bejgħ annwali baxxi stabbiliti għall-2021 u minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet obbligata tbigħ bi prezz inqas mill-kost tal-produzzjoni tagħha u għalhekk ġarrbet telf sinifikanti f’dik is-sena. |
|
(311) |
Hekk kif il-kummerċ internazzjonali beda jinnormalizza fl-2022, madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sehem mis-suq it-tnejn żdiedu b’mod sinifikanti, qabżu l-livelli tal-2020, u komplew jiżdiedu fl-2023, bi tnaqqis żgħir fir-ritmu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(312) |
Fl-istess ħin, il-volum tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ, u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kollha naqsu għal livelli anqas minn dawk fl-2020 u komplew jonqsu fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba suq li qed jiċkien, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa l-uniku wieħed minn dawk it-tliet indikaturi li baqa’ relattivament stabbli bejn l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(313) |
Is-CISA u Steelforce sostnew li kwalunkwe dannu ma setax jiġi kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Is-CISA affermat li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma għandhom l-ebda korrelazzjoni mal-evoluzzjoni tal-indikaturi tad-dannu, filwaqt li Steelforce affermat li, anke jekk kienu qed jiksbu sehem mis-suq, huma għamlu dan għad-detriment tal-ishma mis-suq ta’ pajjiżi oħra. |
|
(314) |
Barra minn hekk, is-CISA affermat li l-prezzijiet Ċiniżi ma setgħux ikkawżaw dannu peress li mxew f’konformità max-xejriet tas-suq. Steelforce żiedet li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu anqas minn dawk Ċiniżi fl-2021 u virtwalment l-istess fl-2022, li jindika li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jsegwu l-politika tal-ipprezzar tagħhom stess. Barra minn hekk, Steelforce sostniet li kieku kien tabilħaqq ekonomikament aktar sensibbli, il-produtturi tal-Unjoni setgħu ċċaqalqu minn kuntratti annwali għal bejgħ spot, biex jiżguraw li jkunu jistgħu jbigħu l-prodotti bi profitt. |
|
(315) |
Kif deskritt fil-qosor fil-premessi (307) sa (312) , ix-xejriet tal-volumi u tal-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ u l-ishma mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huma kważi perfettament bil-maqlub. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tas-CISA, dan juri korrelazzjoni ċara mal-evoluzzjoni tal-volumi tal-bejgħ u l-indikaturi tad-dannu. |
|
(316) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu tabilħaqq ogħla mill-prezzijiet tal-Unjoni fl-2021 u kważi l-istess fl-2022, dan kien dovut għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija hawn fuq, u għall-fatt li l-produtturi tal-Unjoni huma marbuta bi ftehimiet annwali mal-parti l-kbira tal-klijenti tagħhom. |
|
(317) |
Kif spjegat, fost l-oħrajn, fil-premessi (239), (246), (265) u (310) hawn fuq, minħabba tfixkil fil-kummerċ marittimu u lockdowns stretti fiċ-Ċina, il-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni fl-2021 naqas, u l-prezzijiet tal-iżbark apparentement żdiedu aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu marbuta bi prezzijiet iffissati minn kuntratti fit-tul innegozjati fi tmiem l-2020, huma ma setgħux jagħmlu profitt biżżejjed minn tali kundizzjonijiet favorevoli biex iżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. Fl-istess ħin il-kost tal-produzzjoni beda jiżdied b’mod sinifikanti fl-2021, u t-telf tal-industrija tal-Unjoni f’dik is-sena mar għall-agħar. |
|
(318) |
Kif spjegat fil-premessa (288), it-tfixkil fis-suq fl-2021 u l-kuntratti nnegozjati kull sena, min-naħa l-oħra, poġġew lill-produtturi tal-Unjoni f’pożizzjoni favorevoli lejn il-klijenti tagħha meta jinnegozjaw il-prezzijiet għall-2022 – minħabba l-inċertezzi tal-2021, l-utenti kienu ħerqana li jiżguraw provvista suffiċjenti fl-2022. Dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet u tkun profittabbli fl-2022 għall-uniku żmien fil-perjodu kkonċernat. |
|
(319) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (244) u (245) hawn fuq, ġie stabbilit twaqqigħ tal-prezz sinifikanti fuq bażi ta’ tip b’tip. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni u l-effett tal-prezzijiet Ċiniżi ġew deskritti fil-premessi (246) sa (250) hawn fuq, u l-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kkawżaw trażżin tal-prezzijiet fl-2020, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u tnaqqis fil-prezzijiet fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(320) |
Dan mhuwiex invalidat anke jekk, kif issostni s-CISA, il-prezzijiet Ċiniżi evolvew b’mod simili għall-prezzijiet minn swieq terzi oħra jew għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezzijiet Ċiniżi kienu aktar baxxi minn kważi l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi terzi l-oħra kollha fi kważi s-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-Indja (ara t-Tabella 12 hawn taħt). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom bil-bosta l-akbar sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kollha, bl-akbar ħames pajjiżi importaturi li jmiss individwalment ikollhom bejn 0,7 % u 3,2 % tas-sehem mis-suq fi kwalunkwe sena tal-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet Ċiniżi għalhekk eżerċitaw b’mod ċar l-akbar influwenza fuq l-imġiba tal-prezzijiet fis-suq. |
|
(321) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indikat li, kif sostniet Steelforce, li kieku l-produtturi tal-Unjoni setgħu jsegwu l-politika tal-ipprezzar tagħhom stess u/jew jiċċaqilqu għal bejgħ spot li jrendi l-profittabbiltà fis-snin kollha, dawn bla dubju kienu jagħmlu hekk. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza għaliex l-industrija tal-Unjoni deliberatament tikkawża dannu lilha nnifisha. |
|
(322) |
Minflok, kif spjega l-ilmentatur, il-prezzijiet innegozjati kull sena għall-prodotti stanjati huma standard tas-suq, sfurzati mill-qiegħ tal-katina tal-provvista. Il-bejjiegħa bl-imnut ewlenin jitolbu prezzijiet innegozjati kull sena mill-fornituri tal-ikel fil-laned tagħhom, li, min-naħa tagħhom, jitolbu l-istess mill-fornituri tal-landa tagħhom. Il-produtturi tal-landa, bħala l-utenti prinċipali ta’ prodotti stanjati, b’hekk jitolbu l-istess mill-industrija tal-Unjoni biex jiggarantixxu sors stabbli ta’ provvista. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Konsum
|
(323) |
Id-domanda għal prodotti stanjati kienet influwenzata mill-pandemija tal-COVID-19 b’mod partikolari. Matul il-lockdowns tal-2020 u l-2021, in-nies ikkonsmaw u ħażnu aktar ikel fil-laned. Għalhekk, id-domanda għal-laned, u konsegwentement għall-prodotti stanjati, baqgħet pjuttost stabbli f’dawk is-snin u fl-2022, u varjat xi ftit ’l isfel. |
|
(324) |
Fi tmiem dak il-perjodu, il-konsum fl-Unjoni naqas drastikament b’19-il punt perċentwali fl-2023, u 3 oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis qawwi fl-2023 jista’ jiġi attribwit għal tneħħija tal-istokks mis-snin preċedenti u ħsad ħażin tal-ħxejjex fl-Ewropa fl-2022. Il-konsum b’mod ġenerali naqas b’25 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(325) |
Is-CISA u STEELFORCE sostnew li d-dannu kien ikkawżat primarjament minn tali tnaqqis fis-suq. |
|
(326) |
Il-Kummissjoni nnotat, madankollu, li filwaqt li d-domanda fl-Unjoni naqset, dan ma jistax jammonta għat-telf tal-volumi tal-bejgħ u t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(327) |
Kif diġà ġie spjegat hawn fuq, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’36 %, kważi 50 % aktar mit-tnaqqis fil-konsum, filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu jiżdiedu, anke hekk kif is-suq kien qed jiċkien. |
|
(328) |
Barra minn hekk, tali importazzjonijiet kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu, rażżnu, u naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(329) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anke fis-suq li qed jiċkien fejn l-industrija tal-Unjoni kienet titlef xi volumi ta’ bejgħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu l-fattur prinċipali li jikkawża dannu. |
5.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(330) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(331) |
Kif turi t-Tabella 12 ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (minbarra ċ-Ċina) storikament kienu baxxi. B’kollox, dawk l-importazzjonijiet kellhom 12 % tas-sehem mis-suq fl-2020, li naqas għal 10 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-volumi tal-importazzjonijiet tagħhom naqsu b’37 % matul dak il-perjodu. Iċ-Ċina hija bil-bosta l-akbar importatur fl-Unjoni, filwaqt li l-ħames l-akbar importaturi li jmiss individwalment kellhom bejn 0,7 % u 3,2 % tas-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(332) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2020 u fl-2021, u fl-istess livell fl-2022. Dawn kienu 7 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2023, u 10 % inqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(333) |
Madankollu, il-volum ta’ dawk l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tagħhom kien baxx u, barra minn hekk, naqas b’mod sinifikanti bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk dawn ma setgħux eżerċitaw impatt daqstant sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni daqs l-importazzjonijiet Ċiniżi, li żdiedu b’mod sinifikanti kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem mis-suq. |
|
(334) |
L-eċċezzjoni notevoli għal dan ta’ hawn fuq huma l-importazzjonijiet mill-Indja, li żdiedu b’4 000 tunnellata bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, kisbu 0,6 % fis-sehem mis-suq totali matul dak il-perjodu, u nbiegħu lill-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi mill-importazzjonijiet Ċiniżi fis-snin kollha ħlief fl-2021. |
|
(335) |
Madankollu, peress li d-domanda totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienet ta’ aktar minn 2 miljun tunnellata, il-Kummissjoni qieset li kwalunkwe impatt li tali żieda fl-importazzjonijiet mill-Indja seta’ kellha fuq is-suq tal-Unjoni kien negliġibbli u ma setax ikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni, anke jekk il-prezzijiet tagħhom kienu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(336) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu bħala medja 14 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2023 u 19 % inqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk aħna kkonkludejna li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma setgħux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(337) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-kwantità tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppat kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(338) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni evolvew b’mod simili bħall-bejgħ tagħhom lill-Unjoni: dawn kienu qed jonqsu gradwalment mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari mingħajr iż-żieda osservata fis-suq tal-Unjoni fl-2022, u dan kompla jsaħħaħ il-konklużjoni li din kienet sena eċċezzjonali fis-suq tal-Unjoni. |
|
(339) |
Madankollu, dan it-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjoni kien biss ta’ 24 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-bejgħ lis-suq tal-Unjoni naqas b’36 % matul l-istess perjodu. |
|
(340) |
Il-prezz medju tal-esportazzjoni żdied sal-2022, fejn żdied b’aktar mid-doppju meta mqabbel mal-2020. Mill-2022 il-prezzijiet tal-esportazzjoni bdew jonqsu iżda baqgħu 75 % ogħla mill-prezzijiet tal-2020 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(341) |
Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu kemxejn aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-Unjoni fl-2020 u fl-2021, iżda ogħla fl-2022, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(342) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx il-kawża tad-dannu mġarrab. |
5.2.4. Il-kost tal-produzzjoni u l-investimenti
|
(343) |
Is-CISA u STEELFORCE argumentaw li d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat minnhom stess: hekk kif il-kostijiet tal-produzzjoni kienu qed jiżdiedu u l-industrija tal-Unjoni madankollu kienet qed iżżid l-investimenti b’mod sinifikanti. |
|
(344) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ċċarat f’dak ir-rigward li ż-żieda globali fil-kost tal-produzzjoni u, b’mod partikolari, fil-materja prima u fl-enerġija kienet affettwat l-atturi kollha tas-suq b’mod simili, kif juri l-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha inkluża ċ-Ċina żdiedu b’mod konsiderevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Konsegwentement, tali żieda fil-kostijiet ma kinitx element li kien uniku għall-industrija tal-Unjoni biss. |
|
(345) |
Fl-istess ħin, la s-CISA jew Steelforce u lanqas kwalunkwe parti interessata oħra ma jippreżentaw evidenza li tindika li atturi oħra tas-suq, bħall-produtturi esportaturi Ċiniżi, kienu affettwati b’mod differenti. |
|
(346) |
Kif spjegat fil-premessi (291) u (294), l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards ambjentali jew kienu meħtieġa sabiex jinżammu l-kapaċitajiet eżistenti billi jsiru tiswijiet u sostituzzjonijiet essenzjali. |
|
(347) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma kkontribwietx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Bl-istess mod, l-investimenti meħtieġa bil-liġi jew meħtieġa biex tinżamm produzzjoni sikura ma jistgħux jitqiesu li kkontribwew għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.5. Kuntratti fit-tul bejn il-produtturi u l-utenti tal-Unjoni
|
(348) |
Kif spjegat fil-premessa (317), il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kien tipikament ibbażat fuq kuntratti annwali mal-klijenti li jiffissaw il-prezzijiet għas-sena ta’ wara bil-possibbiltà ta’ aġġustamenti eċċezzjonali biss. Dan ifisser li l-prezzijiet ma jistgħux isegwu varjazzjonijiet fil-kostijiet fuq terminu qasir li jseħħu fi żmien sena partikolari. L-industrija tal-Unjoni għalhekk teħtieġ xi żmien biex taġġusta l-prezzijiet tagħha għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, matul l-2021, huma kienu ristretti milli joffru prezzijiet innegozjati Q4/2020 filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b’ 15 % mill-2020 sal-2021. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (318), it-tfixkil fis-suq fl-2021 u t-tnaqqis konsegwenti fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi ppermettew lill-produtturi tal-Unjoni jinnegozjaw prezzijiet ferm ogħla għall-2022 li jirriflettu ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom u jerġgħu jiksbu l-profittabbiltà tagħhom. |
|
(349) |
Għalhekk, id-distakk ta’ żmien bejn iż-żieda fil-kost tal-materja prima u ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ minħabba l-kuntratti annwali ma deherx li jimpedixxi lill-industrija tal-Unjoni milli tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għall-kost tal-produzzjoni dejjem jiżdied matul il-perjodu meqjus. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-iffissar tal-prezzijiet tal-bejgħ f’kuntratti annwali ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u d-dannu li nstab. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(350) |
F’suq li qed jiċkien, u wara li s-suq tal-Unjoni kien temporanjament protett mill-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2021, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed jiżdiedu fil-volum u kienu qed jiksbu sehem mis-suq fl-2022, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għad-detriment tal-volumi tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li kienu qed jonqsu fil-pass. |
|
(351) |
Tali importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u dan ikkawża trażżin u tnaqqis tal-prezzijiet. Bl-2022 tkun l-unika eċċezzjoni meta l-industrija tal-Unjoni, bħala konsegwenza tal-inċertezzi tas-suq fis-sena ta’ qabel, kienet kapaċi tikseb prezzijiet għoljin biżżejjed biex ikopru l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi kienu qed inaqqsu l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li diġà kienet qed tagħmel telf fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(352) |
L-ebda fattur ieħor ma nstab li kien qed jikkawża dannu bħal dan lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-effett tat-tnaqqis fil-konsum, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ telf tal-volumi tal-bejgħ, il-prezzijiet, u t-tnaqqis fil-profittabbiltà kien limitat, jekk kien hemm. |
|
(354) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa b’mod individwali jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu kien jikkonsisti prinċipalment f’telf tas-sehem mis-suq, twaqqigħ, trażżin, u tnaqqis tal-prezzijiet, u tnaqqis fil-profittabbiltà. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(355) |
F’dan il-każ, l-ilmentatur iddikjara l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, fir-rigward tal-azzar illaminat bis-sħana. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(356) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira skont it-tifsira tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(357) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(358) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Peress li mhux il-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun setgħu jipprovdu data affidabbli biex juru l-profittabbiltà fuq il-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt fil-mira biex tiddetermina l-prezz mhux dannuż għal 6 %, f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(359) |
Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż ġie kkalkulat, bl-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ 6 % għall-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(360) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza ppreżentata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali għal kull produttur tal-Unjoni, li minnu naqqset il-kost reali tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produttur rispettiv, li wassal għal riżultat ta’ EUR [0 – 70]/tunnellata. Din id-differenza ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (359) hawn fuq. |
|
(361) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz fil-mira finali ta’ unità li jvarja minn EUR 1 323 sa EUR 1 821/tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (358) hawn fuq) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fuq bażi ta’ tip b’tip u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d). |
|
(362) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina li kkooperaw inklużi fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(363) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” huwa definit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (220) sa (227) hawn fuq).
|
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(364) |
Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
|
(365) |
Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(366) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(367) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(368) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’erba’ produtturi, li l-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom iddeterjoraw b’mod sinifikanti matul it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat, b’impatt negattiv konsegwenti fuq il-profittabbiltà, il-livell tal-inventarju, u l-impjiegi tagħha. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(369) |
Jekk ma jiġux imposti miżuri proviżorji, huwa probabbli li, bħala riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, it-telf tas-sehem mis-suq, u t-telf akkumulat se jġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni twaqqaf il-produzzjoni ta’ prodotti stanjati. Madankollu, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji anti-dumping, huwa mistenni li l-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni se jiżdiedu, u b’hekk jittejbu l-profittabbiltà u indikaturi finanzjarji oħra ta’ din l-industrija u jiġi evitat l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. |
|
(370) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri anti-dumping proviżorji jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(371) |
Importatur wieħed, Steelforce, issottometta t-tweġiba għall-kwestjonarju li ġiet ivverifikata. Is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw ukoll seduta ta’ smigħ ma’ Steelforce fejn il-kumpanija elaborat dwar il-pożizzjoni tagħha. |
|
(372) |
Steelforce timpjega madwar [50-70] persuna u rrappreżentat sehem kbir tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importatur sostna li l-impożizzjoni tad-dazji tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Peress li l-maġġoranza tal-argumenti ta’ Steelforce b’appoġġ għal dik l-affermazzjoni kienu jikkonċernaw l-impatt li d-dazji jkollhom fuq l-utenti, dawn il-kummenti huma analizzati flimkien mal-kummenti tal-utenti fit-taqsima 7.3 hawn taħt. |
|
(373) |
Filwaqt li vvalutat l-impatt li d-dazji jkollhom fuq dan l-importatur, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm Steelforce importat sehem sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali fl-Unjoni, hija importat ukoll ħafna prodotti oħra. Fil-fatt, il-bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti stanjati kien jirrappreżenta biss sehem relattivament żgħir tal-fatturat totali tal-kumpanija. |
|
(374) |
Meta wieħed iqis li l-kumpanija kienet profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni fis-segmenti kollha tan-negozju tagħha u li kellha sehem sinifikanti mis-suq tal-importazzjonijiet tal-prodotti stanjati, filwaqt li kellha wkoll maġġoranza tan-negozju tagħha mhux relatat ma’ prodotti stanjati, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan l-importatur ma jkunx affettwat b’mod sinifikanti mid-dazji. |
|
(375) |
Meta wieħed iqis li l-ebda importatur jew negozjant ieħor ma ppreżenta ruħu biex jopponi d-dazji, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazji x’aktarx li ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u tan-negozjanti fl-Unjoni. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(376) |
Żewġ utenti pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju, Massilly Holding S.A.S (“Massilly”) u Trivium Packaging B.V. (“Trivium”). Massilly u utent ieħor, Pirlo Holding GmbH (“Pirlo”), ipprovdew ukoll kummenti li jopponu l-impożizzjoni ta’ dazji, kif għamlet assoċjazzjoni ta’ utenti waħda, Metal Packaging Europe (“MPE”). |
|
(377) |
Massilly, Pirlo, u MPE kollha sostnew li l-impożizzjoni tad-dazji tmur kontra l-interess tal-Unjoni, peress li jkollha impatt negattiv serju fuq in-negozji tal-utenti. Steelforce għamlet dikjarazzjonijiet simili, b’mod partikolari fil-kuntest tal-protezzjoni li s-settur tal-prodotti stanjati diġà għandu bil-miżuri ta’ salvagwardja. |
|
(378) |
Steelforce u MPE sostnew ukoll li ma hemmx biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni fl-Unjoni u għalhekk l-importazzjonijiet huma essenzjali biex tiġi ggarantita l-istabbiltà tal-provvista, peress li l-utenti tal-Unjoni diġà qed jiffaċċjaw dewmien sinifikanti fil-kunsinni mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, peress li hemm domanda għolja għal prodotti stanjati globalment, il-kapaċitajiet żejda għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma limitati u, fi kwalunkwe każ, protetti mill-miżuri ta’ salvagwardja. |
|
(379) |
Apparti dan, MPE, Steelforce, Pirlo, u Massilly sostnew li d-dazji anti-dumping jagħmlu pressjoni fuq il-profittabbiltà tal-manifatturi tal-laned tal-metall, peress li s-suq prinċipali tagħhom (l-industrija tal-ikel u tax-xorb ippakkjat) huwa estremament sensittiv għall-prezzijiet, u ma jistgħux jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijenti downstream tagħhom. Barra minn hekk, kwalunkwe żieda fil-prezz tagħmel ħsara lill-kompetittività tagħhom kontra l-manifatturi ta’ tipi oħra ta’ imballaġġ, b’mod partikolari l-plastik u Tetra Pak. |
|
(380) |
Steelforce u Massilly sostnew li dan ikun ukoll ta’ detriment għall-politiki ambjentali tal-Unjoni peress li l-laned tal-azzar għandhom riċiklabbiltà ħafna ogħla minn tipi oħra ta’ imballaġġ. |
|
(381) |
Steelforce u CISA sostnew ukoll li d-dazji anti-dumping ikunu ta’ ħsara għall-katina tal-provvista kollha, b’mod partikolari l-industrija tal-ikel fil-laned, u b’hekk jaċċelleraw id-diżinvestiment barra mill-Unjoni. Peress li l-importazzjonijiet ta’ prodotti downstream (laned vojta) jew prodotti lesti (laned mimlijin b’ikel/xorb) lejn l-Unjoni qed jiżdiedu, id-dazji anti-dumping fuq prodotti stanjati żgur li se jikkontribwixxu għal tali xejriet ta’ diżinvestiment. |
|
(382) |
Fir-rigward tal-miżuri ta’ salvagwardja msemmija fil-premessa (244) u l-affermazzjonijiet mill-interessati f’dan ir-rigward miġbura fil-qosor fil-premessi (363) u (378), il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri ta’ salvagwardja ma għandhomx bħala skop u ma jistgħux jipproteġu kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Kif imsemmi fil-premessa (244), il-Kummissjoni qieset id-dazji mħallsa għall-kwantitajiet tal-prodott investigat importat ogħla mill-kwoti tariffarji mingħajr dazju stabbiliti mill-miżuri ta’ salvagwardja, u sabet li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kien għadu sinifikanti, bejn [15–25]%. |
|
(383) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċitajiet disponibbli, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni qabżet id-domanda totali tal-Unjoni għall-prodott stanjat bi kważi miljun tunnellata anke fis-sena bl-ogħla domanda tal-2020. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi nbiegħu b’mod konsistenti lis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda riskju ta’ nuqqas ta’ provvista. |
|
(384) |
Fir-rigward tal-impatt tad-dazji fuq l-utenti, it-tweġibiet għall-kwestjonarju minn Trivium u Massilly urew li l-prodotti stanjati jirrappreżentaw madwar [35-55] % fil-kostijiet totali tal-produzzjoni tagħhom, filwaqt li jiksbu sehem relattivament żgħir tal-prodotti tagħhom miksija bil-landa miċ-Ċina. |
|
(385) |
Kemm Massilly kif ukoll Trivium kienu profittabbli fl-2023, u Trivium żammet livelli simili ta’ profittabbiltà fil-perjodu ta’ investigazzjoni filwaqt li Massilly ma pprovdietx ċifri ta’ profittabbiltà għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(386) |
Abbażi tad-data disponibbli, mhux ivverifikata, il-Kummissjoni stmat li anke b’dazju ta’ 50 % fuq il-prodotti stanjati Ċiniżi li dawn l-utenti jixtru, bl-elementi l-oħra kollha jibqgħu ugwali, il-kostijiet ġenerali tal-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ utenti fis-segment tan-negozju li jiddependi fuq prodotti stanjati jiżdiedu b’inqas minn 2 %. |
|
(387) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-utenti, anke jekk ma setgħux jgħaddu parti miż-żieda fil-kost lill-klijenti tagħhom, xorta jibqgħu profittabbli u l-impatt tad-dazji fuqhom ikun negliġibbli. |
|
(388) |
Id-dikjarazzjonijiet dwar iż-żieda fil-kompetizzjoni minn barra l-pajjiż f’setturi downstream u l-bidla għal materjali oħra fl-industrija tal-imballaġġ bħala riżultat preżunt ta’ dazji anti-dumping ma kinux sostanzjati b’evidenza komprensiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-veraċità ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet u lanqas tikkwantifika kemm jista’ jkun serju tali impatt. |
|
(389) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma setgħetx tistma sa liema punt id-dazji b’hekk jaffettwaw b’mod negattiv il-politiki ambjentali tagħha. |
|
(390) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-utenti ma jkunux affettwati b’mod negattiv b’mod sinifikanti mill-impożizzjoni tad-dazji. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(391) |
Kif muri hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni tal-prodotti stanjati tinsab fi stat prekarju, peress li ilha tagħmel telf għall-parti l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-importatur li kkoopera u ż-żewġ utenti li ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju kienu, min-naħa l-oħra, profittabbli. |
|
(392) |
Bl-istess mod, abbażi tad-data li kellha disponibbli mill-utenti li kkooperaw, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li n-negozju ta’ utent ta’ prodott stanjat kien se jiġi affettwat b’mod negattiv serjament mid-dazji. Żieda ta’ 2 % fil-kost tal-produzzjoni ma tistax tkun ta’ detriment għall-utent daqs kemm hu għall-produtturi tal-Unjoni ambjent tan-negozju li jiddeterjora b’mod konsistenti. |
|
(393) |
Fl-aħħar nett, wieħed mill-utenti nnifsu fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju semma li l-produtturi tal-Unjoni joffru flessibbiltà tas-servizz u żmien meħtieġ qasir, li jindikaw li l-utenti nfushom jibbenefikaw mill-preżenza tal-produtturi tal-Unjoni u għalhekk huwa fl-interess tagħhom li l-industrija ma tisparixxix. |
|
(394) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti stanjati li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(395) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(396) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti stanjati li joriġinaw miċ-Ċina f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping (il-premessa (363) hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(397) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(398) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(399) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(400) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu preżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(401) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-kwantità wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-kwantità tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(402) |
F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’ teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(403) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(404) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex. |
|
(405) |
L-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping ma tista’ tittieħed f’dan l-istadju tal-proċediment. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(406) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett (3) ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(407) |
Waslu kummenti mingħand Baosteel Group u Shougang Jingtang, iżda l-ebda wieħed minn dawn il-kummenti ma qajjem xi tħassib dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli, u l-Kummissjoni se tindirizza dawn il-kummenti fl-istadju definittiv. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(408) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(409) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-landa, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati, kemm jekk miksija b’materjal tal-plastik u/jew mogħtija l-verniċ (“prodotti stanjati”) kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7210 11 00 , 7210 12 , ex 7210 70 , 7210 90 40 , ex 7210 90 80 , 7212 10 , u ex 7212 40 (il-kodiċijiet TARIC 7210 70 10 15, 7210 70 80 20, 7210 70 80 92, 7210 90 80 20, 7212 40 20 10, 7212 40 80 12, 7212 40 80 30, 7212 40 80 80, u 7212 40 80 85) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
||||
|
Baosteel Group:
|
14,1 % |
89LB |
||||
|
Shougang Jingtang United Iron & Steel Co., Ltd. |
47,1 % |
89LC |
||||
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness |
25,3 % |
|
||||
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina |
62,6 % |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li t-tunnellati ta’ prodotti stanjati mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea u koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (isem il-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2731 tal-24 ta’ Ottubru 2024.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt (6) xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Jannar 2025
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Fin-Notifika tal-Bidu, intuża l-isem qasir ta’ “pjanċa stanjata”. Madankollu, fin-nota addizzjonali 1 tan-Nomenklatura Magħquda (it-tieni inċiż) tal-Kapitolu 72 (ara https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=OJ:L_202402522 ), il-pjanċi stanjati ġew definiti kif ġej: għall-għanijiet tas-subintestaturi 7210 12 20 , 7210 70 10 , 7212 10 10 u 7212 40 20 , prodotti llaminati ċatti (ta’ ħxuna
inqas minn 0,5 mm) miksijin b’saff ta’ metall b’kontenut, skont il-piż, ta’ 97 % jew aktar ta’ landa. Peress li l-prodott kopert minn din l-investigazzjoni huwa usa’ minn din id-definizzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża “prodotti stanjati” minflok biex tiddefinixxi l-prodott taħt investigazzjoni.
(3) ĠU C, C/2024/3112, 16.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3112/oj.
(4) ĠU L, 2024/2731, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2731/oj.
(5) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2726.
(6) Li, skont il-Baosteel Group, normalment ikollha ħxuna ta’ inqas minn 0,17 mm.
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/100/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj.
(8) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208.
(9) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 60; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192.
(10) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 66-68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 193-4. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ id-dikjarazzjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(11) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 61-65; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 195-201.
(12) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202.
(13) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 72; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203.
(14) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 73; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204.
(15) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2024)91, 10 ta’ April 2024, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(16) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017)483, 20 ta’ Diċembru 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=en.
(17) Ara http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fl-24 ta’ Settembru 2024).
(18) Ara http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fl-24 ta’ Settembru 2024).
(19) Ara https://www.baoganggf.com/gsjj (aċċessat fl-24 ta’ Settembru 2024).
(20) Ara https://www.shougang.com.cn/en/ehtml/ShougangNews/20180416/1028.html (aċċessat fit-2 ta’ Ottubru 2024).
(21) Ara https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/index.html (aċċessat fl-24 ta’ Settembru 2024).
(22) Ara https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(23) Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(24) Ara https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(25) Ara t-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppament fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(26) Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(27) Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019 sal-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(28) L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/21/1119/11/DFD9D26D73D90F7D_abc.html (aċċessat fl-4 ta’ Ottubru 2024).
(29) Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/20/0715/11/7BF7729C99CEB3EA_abc.html (aċċessat fl-14 ta’ Ottubru 2024).
(30) L-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Liaoning Dalian dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Manifattura: “ Sal-2025, il-valur tal-output industrijali ta’ materjali ġodda se jilħaq 15-il miljun yuan, u l-livell ta’ tagħmir u l-kapaċità ta’ garanzija tal-materjali ewlenin huwa ovvjament imtejjeb.”; disponibbli fuq: https://www.dl.gov.cn/art/2021/12/20/art_854_1995411.html (aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2023).
(31) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “ Trawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, taċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, tnaqqas in-numru ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi ”; disponibbli fuq: https://www.jiaxing.gov.cn/art/2022/4/20/art_1228922756_59529426.html (aċċessat fl-14 ta’ Ottubru 2024).
(32) Ara: http://www.ansteel.cn/dangdejianshe/dangjiandongtai/2023-03-17/12429.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(33) Ara r-rapport annwali tal-2023 ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd., paġna 41 https://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-04-27/600019_20240427_B5D4.pdf (aċċessat fl-4 ta’ Ottubru 2024).
(34) Ara https://www.wuganggroup.cn/people/3143 (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(35) Ara https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MjM5Njg2NjIwMQ==&mid=2654952836&idx=1&sn=505b807e2826f1e3e6f08ba15b727722&chksm=bd294c728a5ec5641240246649545fda2b2065c015f861fa599249b2165962ca848a25a1faa2&token=1369557425&lang=zh_CN#rd (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(36) Ara https://www.baoganggf.com/ggry (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(37) Ara https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/gsld.html (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(38) Ara l-paġna 32 tal-istatut ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd., disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2023/2023-11/2023-11-22/9654968.PDF (aċċessat fl-4 ta’ Ottubru 2024).
(39) Ara https://foundry.org.cn/%e5%8d%8f%e4%bc%9a%e7%ab%a0%e7%a8%8b (aċċessat fis-27 ta’ Settembru 2024).
(40) Ara https://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=5b2ddec5eba936fba45d7bd801b09f6ff30d867762906011672eaeda213c54ac&columnId=0227750914a0f2a722c5b71b220e0aa19ceb0ee2cd7a7e325a35f6591cdbf66a (aċċessat fis-27 ta’ Settembru 2024).
(41) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 u l-linji li ġejjin.
(42) Ara l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(43) Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(44) Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fit-3 ta’ Ottubru 2024).
(45) Ara l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, p. 22.
(46) Ara https://en.ndrc.gov.cn/news/mediarusources/202203/t20220325_1320408.html (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(47) Ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022 dwar il-Ħadid u l-Azzar 1+3 tal-Muniċipalità Hebei Tangshan, il-Kapitolu 4, it-Taqsima 2; disponibbli fuq: http://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=e2bb5519aa49b566863081d57aea9dfdd59e1a4f482bb7acd243e3ae7657c70b&columnId=3683d857cc4577e4cb75f76522b7b82cda039ef70be46ee37f9385ed3198f68a (aċċessat fis-26 ta’ Settembru 2024).
(48) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 63; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33.
(49) Ara n-nota 15 f’qiegħ il-paġna.
(50) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024, Sinopec Chongqing SVW Chemical Co. Ltd e. a. vs il-Kummissjoni, il-Kawża T-762/20, ECLI:EU:T:2024:113, il-paragrafu 43, appellata fi C-319/24 P, il-Kummissjoni vs Sinopec e. a, pendenti.
(51) Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(52) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tal-Federazzjoni Russa għall-finijiet tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, SWD(2020) 242 final, 22.10.2020, https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2020)242&lang=mt, ara fil-Kapitolu 14.1 (aċċessat fit-18 ta’ Diċembru 2024).
(53) OECD, Latest developments in steelmaking capacity and outlook until 2026, DSTI/SC(2024)3/FINAL, 12.06.2024, https://one.oecd.org/document/DSTI/SC(2024)3/FINAL/en/pdf.
(54) https://www.ticaret.gov.tr/ithalat/ticaret-politikasi-savunma-araclari/damping-ve-subvansiyon/sorusturmalar/tamamlanan-sorusturmalar-completed-investigations/ds-teblig-no2024-33-sicak-haddelenmis-yassi-celik-cin-halk-cumhuriyeti-hindistan-cumhuriyeti-japonya-rusya-federasyonu-hot-rolled-flat-steel-china-p-r-republic-of-india-japan-russian-federation (aċċessat fit-18 ta’ Diċembru 2024).
(55) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tal-Federazzjoni Russa għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ, ara fil-Kapitolu 10.2.3.
(56) Ara pereżempju: https://www.reuters.com/markets/commodities/turkey-track-become-europes-top-coal-burner-2024-2024-01-30/ (aċċessat fit-18 ta’ Diċembru 2024).
(57) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11).
(58) Għall-manodopera: https://www.dosm.gov.my/portal-main/release-subthemes/manufacturing, għall-elettriku: https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1, għall-gass naturali: https://www.st.gov.my/ u https://www.st.gov.my/contents/files/highlights/2022-12-27/1672105122.pdf, u għall-ilma: https://www.span.gov.my/document/upload/n8sVd7sPHPq3A68TTVeLYLvJiU1sC3Ta.pdf.
(59) Dan il-parametru referenzjarju ma jintużax għal dawk il-produtturi esportaturi li wrew li x-xiri tagħhom mhuwiex affettwat minn distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)
(60) Dan il-parametru referenzjarju ma jintużax għal dawk il-produtturi esportaturi li wrew li x-xiri tagħhom mhuwiex affettwat minn distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)
(61) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(62) https://www.dosm.gov.my/portal-main/release-subthemes/manufacturing (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2024).
(63) https://www.kwsp.gov.my/en/employer/responsibilities/mandatory-contribution (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(64) https://www.perkeso.gov.my/en/our-services/employer-employee/kadar-caruman.html (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(65) https://www.mida.gov.my/setting-up-content/human-resources-development-fund/ (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(66) https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1 (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2024).
(67) https://www.st.gov.my/en/web/consumer/details/2/10 (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(68) https://www.st.gov.my/contents/files/highlights/2022-12-27/1672105122.pdf (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2024).
(69) https://www.worldbank.org/en/research/brief/inflation-database (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(70) https://www.span.gov.my/document/upload/n8sVd7sPHPq3A68TTVeLYLvJiU1sC3Ta.pdf (aċċessat fit-12 ta’ Novembru 2024).
(71) https://www1.eere.energy.gov/manufacturing/tech_assistance/pdfs/steam15_benchmark.pdf.
(72) MITI.S.600-2/2/34; PN(PU2)529/JLD.32.
(73) http://alliancesteel.com.my/?lang=en (aċċessat fit-18 ta’ Diċembru 2024).
(74) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti, tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati (“pjanċa stanjata”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tas-16 ta’ Mejju 2024, (C/2024/3112).
(75) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1782 tal-24 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, inkluż l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tas-salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar , ĠU L, 2024/1782, 25.6.2024, disponibbli fi: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1782/oj.
ANNESS
PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Youfu Sheet Technology Co., Ltd. |
89LD |
|
Hesteel Group Hengshui Strip Processing Co.,Ltd. u Handan Steel Group Hengshui Cold Rolling Steel Co.,Ltd. |
89LE |
|
Handan Jintai Packing Material Co., Ltd. |
89LF |
|
Jiangsu Suxun New Material Co.,Ltd. |
89LG |
|
Jiangyin Comat Metal Products Co., Ltd. |
89LH |
|
GDH Zhongyue (Qinhuangdao) Tinplate Industrial Co.,Ltd. u GDH Zhongyue (Zhongshan) Tinplate Industry Co., Ltd. |
89LI |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/81/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)