31993R0719



Official Journal L 074 , 27/03/1993 P. 0047 - 0048
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 719/93

tal-25 ta' Marzu 1993

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/93 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/87 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda u li ma jikkonformaw mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibgħu jkunu invokati skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [5];

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma kklassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jkunu invokati bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Marzu 1993.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 58, tal-11.3.1993, pġ. 50.

[3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, pġ. 17.

[4] ĠU L 271, tas-16.9.1992, pġ. 5.

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1990, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġuni |

1 | 2 | 3 |

Ġobon emmentaler f'biċċiet iffurmati madwar 3 mm wisa’, anqas minn 1 mm ħoxnin u ta' diversi tulijiet, ġeneralment ma jaqbżux 10 nm. | 04062090 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 0406, 040620 u 04062090. Minħabba l-forma tal-biċċiet tal-ġobon, il-prodott jitqies bħala ġobon maħkuk. |

--------------------------------------------------