|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1750 |
1.3.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Frar 2024
li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-emenda tal-Annessi I, III(a), III(b) u VI tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ fl-inbejjed u x-xorb spirituż
(C/2024/1750)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta’ Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (2) (“il-Ftehim”) ġie emendat mill-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (Comprehensive Economic and Trade Agreement, CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (3), li japplika b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017. |
|
(2) |
Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 27(1) tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) huwa responsabbli biex iżomm kuntatt bejn il-partijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni u mal-funzjonament tal-Ftehim. |
|
(3) |
L-Anness I tal-Ftehim jelenka l-prattiki enoloġiċi li huma awtorizzati minn kull Parti. L-Unjoni nnotifikat lill-Kanada prattiki enoloġiċi awtorizzati ġodda, li jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dak l-Anness. |
|
(4) |
L-Anness III(a) tal-Ftehim jelenka indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed li joriġinaw fl-Unjoni li huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fil-Kanada. L-Unjoni talbet li f’dak l-Anness jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-Kanada lestiet ir-rieżami ta’ 22 mit-termini ppreżentati mill-Unjoni. |
|
(5) |
L-Anness III(b) tal-Ftehim jelenka indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed li joriġinaw fil-Kanada li huma eliġibbli għal protezzjoni fl-Unjoni. Il-Kanada talbet li f’dak l-Anness jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-Kummissjoni eżaminat 15 minn dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
(6) |
Il-Kanada ressqet talba biex tiġi aġġornata l-lista ta’ korpi kompetenti fl-Anness VI tal-Ftehim. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 27(3) tal-Ftehim kif emendat bis-CETA, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jadotta emendi għall-annessi tal-Ftehim. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni li trid tittieħed fil-Kumitat Konġunt. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-emendi għall-Annessi I, III(a), III(b) u VI tal-Ftehim, stabbiliti fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim emendatorju, fil-forma ta’ abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Ir-rappreżentant tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt huwa awtorizzat li japprova l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Wara li tiġi adottata, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/91(1)/oj.
(2) ĠU L 35, 6.2.2004, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/91/oj.
(3) ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/37/oj.
ANNESS
Abbozz ta’ DEĊIŻJONI Nru.../2024 tal-KUMITAT KONĠUNT stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed u x-Xorb Spirituż
ta’ … 2024
li temenda l-Annessi I, III(a), III(b), IV(a) u VI tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed u x-Xorb Spirituż
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed u x-Xorb Spirituż, magħmul f’Niagara-on-the-Lake fis-16 ta’ Settembru 2003 (“il-Ftehim”), kif emendat mill-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (Comprehensive Economic and Trade Agreement, CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, magħmul fi Brussell fit-30 ta’ Ottubru 2016 (applikat b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017) u b’mod partikolari l-Artikolu 27(3) tal-Ftehim,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim jelenka l-prattiki enoloġiċi awtorizzati għal inbejjed li joriġinaw fil-Kanada u fl-Unjoni Ewropea, rispettivament. L-Unjoni Ewropea nnotifikat 17-il prattika enoloġika awtorizzata ġdida skont l-Artikolu 6(3) tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim, dawk il-prattiki jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness I. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea ressqet talba lill-Kanada biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi mal-Anness III(a) tal-Ftehim. Il-Kanada rieżaminat 22 terminu ppreżentati mill-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness III(a) tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim, il-Kanada ressqet talba lill-Unjoni biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi mal-Anness III(b) tal-Ftehim. L-Unjoni Ewropea lestiet l-eżami ta’ 15-il terminu ppreżentati mill-Kanada, li jenħtieġ li jiżdiedu mal-Anness III(b) tal-Ftehim. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 16 tal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea ressqet talba lill-Kanada biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi mal-Anness IV(a) tal-Ftehim. Il-Kanada rieżaminat terminu ppreżentat mill-Unjoni Ewropea, li jenħtieġ li jiżdied mal-Anness IV(a) tal-Ftehim. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 27(3) tal-Ftehim, il-Kanada ressqet talba lill-Unjoni Ewropea biex tiġi aġġornata l-lista ta’ korpi kompetenti fl-Anness VI tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Fl-Anness I, il-Parti B, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
“38. |
Karbossimetilċelluloża tas-sodju, f’livell massimu ta’ użu ta’ 0,01 % |
|
39. |
Dikarbonat ta’ dimetil (DMDC), f’livell massimu ta’ użu ta’ 200 ppm |
|
40. |
Aċidu lattiku |
|
41. |
Laqx tal-ballut |
|
42. |
Poligalatturonażi (bħala ‘pektinażi’), minn Trichoderma reesei RF6197 |
|
43. |
Karbonat tal-potassju |
|
44. |
Poliaspartat tal-potassju, f’livell massimu ta’ użu ta’ 0,01 % |
|
45. |
Mannoproteini tal-ħmira, f’livell massimu ta’ użu ta’ 0,04 % |
|
46. |
Fil-Kanada ma hemm l-ebda rekwiżit regolatorju għall-iżdoganar minn qabel ta’ għajnuniet għall-ipproċessar jew proċessi fiżiċi li jiġu applikati għall-inbejjed jew għall-ingredjenti li jintużaw għall-manifattura tal-inbejjed, bħal:
Madankollu, fil-każijiet kollha, l-inbid li jiġi importat fil-Kanada huwa meħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard tal-Kanada għall-inbid li jinsab fit-taqsima B.02.100 tar-Regolament dwar l-Ikel u l-Mediċini.” |
2. Fl-Anness III(a), tiżdied it-taqsima li ġejja:
“ FL-UNJONI EWROPEA
It-tabella li ġejja telenka l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li huma protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (1) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli:
|
Oriġini |
Indikazzjoni ġeografika |
|
Spanja |
Campo de Cartagena |
|
Spanja |
Catalunya |
|
Spanja |
Jerez |
|
Spanja |
Penedès |
|
Spanja |
PRIORAT |
|
Spanja |
Sherry |
|
Spanja |
Xérès |
|
Franza |
Bourgogne Passe-tout-grains |
|
L-Italja |
Colli Altotiberini |
|
L-Italja |
Colli Asolani |
|
L-Italja |
Conegliano Valdobbiadene |
|
L-Italja |
Corti Benedettine del Padovano |
|
L-Italja |
Olevano Romano |
|
L-Italja |
Ormeasco di Pornassio |
|
L-Italja |
Prosecco |
|
L-Italja |
Riviera del Brenta |
|
L-Italja |
Terre dell’ Alta Val d’ Agri |
|
L-Italja |
Torgiano Rosso Riserva |
|
L-Italja |
Valcamonica |
|
L-Italja |
Valtellina Rosso |
|
Ċipru |
Commandaria (2) |
|
L-Ungerija |
Tokaj/Tokaji” |
3. Fl-Anness III(b), jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
“BC Gulf Islands |
|
|
Beamsville Bench |
|
|
British Columbia |
|
|
Creek Shores |
|
|
Four Mile Creek |
|
|
Lincoln Lakeshore |
|
|
Niagara Escarpment |
|
|
Niagara Lakeshore |
|
|
Niagara River |
|
|
Niagara-on-the-Lake |
|
|
Ontario |
|
|
Short Hills Bench |
|
|
St. David’s Bench |
|
|
Twenty Mile Bench |
|
|
Vinemount Ridge” |
4. Fl-Anness IV(a), tiżdied it-taqsima li ġejja:
“It-tabella li ġejja telenka indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż li joriġina mill-Unjoni Ewropea u protett skont ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż (3):
|
Oriġini |
Indikazzjoni ġeografika |
Kategorija tal-prodott |
|
Franza |
Calvados Pays d’Auge |
Spirti magħmulin mis-sidru u spirti magħmulin mill-perry” |
5. Fl-Anness VI, il-lista ta’ korpi kompetenti hija emendata kif ġej:
|
|
“British Columbia Wine Institute (VQA Rules)” fis-subparagrafu (a) huwa sostitwit bi “British Columbia Wine Association (VQA Rules)” |
|
|
Jiżdied it-tielet subparagrafu: “(c) Conseil des Appellations Réservées et des Termes Valorisants”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu skambjaw in-noti diplomatiċi li jikkonfermaw il-kompletament tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.
Din id-Deċiżjoni titfassal f’żewġ kopji bil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim previsti fl-Artikolu 40 tal-Ftehim, u kull verżjoni hija awtentika b’mod ugwali.
Magħmul fi... fl-202...
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kanada
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) It-terminu ekwivalenti protett fl-UE huwa ‘Κουμανδαρία’.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008. (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/787/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1750/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)