Official Journal C 323 , 30/11/1993 P. 0001 - 0005
Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-istati membri, li qed jiltaqgħu fuq livell ta' kap ta' stat u gvern, fuq il-post tas-sede ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-komunitajiet ewropej u l-europol (93/K 323/01) IR-RAPPREŻENTANTI TA' L-ISTATI MEMBRI, LI QED JILTAQGĦU FUQ LIVELL TA' KAP TA' STAT U GVERN, Wara li kkunsidraw l-Artikolu 216 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, l-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u x-Xibka Ewropea ta' Komunikazzjoni tat-Tagħrif u l-Osservazzjoni dwar l-Ambjent [1], l-aktar l-Artikolu 21 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf il-Fundazzjoni Ewropea tat-Taħriġ [2], l-aktar l-Artikolu 19 tiegħu, Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tat-18 ta' Diċembru 1991 li taħtha l-Kummissjoni approvat it-twaqqif ta' l-Uffiċċju għas-Sorveljanza u l-Kontroll Veterinarju u tas-Saħħa tal-Pjanti, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar it-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi [3], l-aktar l-Artikolu 19 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Lulju 1993 li jwaqqaf, inter alia, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali [4], l-aktar l-Artikolu 74 tiegħu, Billi, f'żieda mal-programm ta' azzjoni adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Novembru 1989 dwar it-tħaddim tal-Karta tal-Komunità tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, il-Kunsill Ewropew għamel dispożizzjonijiet għall-ħolqien ta' l-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol; Billi t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, li kien iffirmat fis-7 ta' Frar 1992 u għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993, jipprovdi għat-twaqqif ta' l-Istitut Monetarju Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew; Billi l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jikkontemplaw it-twaqqif ta' l-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki tad-ditta, disinji u mudelli); Billi, f'żieda mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Maastricht, l-Istati Membri jikkontemplaw il-Konvenzjoni fuq l-Europol (l-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea), li għandha twassal għall-ħolqien ta' l-Europol u tibdel il-Ftehim Ministerjali tat-2 ta' Ġunju 1993, li dan kien waqqaf it-Taqsima tad-Drogi ta' l-Europol; Billi l-post tas-sede ta' dawn il-korpi u d-dipartimenti differenti għandu jkun stabbilit; Waqt li jkun hemm referenza għad-Deċiżjonijiet tat-8 ta' April 1965 u tat-12 ta' Diċembru 1992, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 (a) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandu jkollha s-sede tagħha fiż-żona ta' Copenhagen. (b) Il-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ għandha jkollha s-sede tagħha f'Turin. (ċ) L-Uffiċċju għas-Sorveljanza u l-Kontroll Veterinarju u tas-Saħħa tal-Pjanti għandu jkollu s-sede tiegħu f'belt fl-Irlanda, li għandha tiġi stabbilita mill-Gvern ta' l-Irlanda. (d) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi għandu jkollu s-sede tiegħu f'Lisbona. (e) L-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali għandha jkollha s-sede tagħha f'Londra. (f) L-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha jkollha s-sede tagħha fi Spanja, f'belt li għandha tkun stabbilita mill-Gvern ta' Spanja. (g) L-Istitut Monetarju Ewropew u l-futur Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikollhom is-sde tagħhom fi Frankfurt. (h) L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki tad-ditta, disinji u mudelli), inkluż il-Bord ta' l-Appell tiegħu, għandu jkollu s-sede tiegħu fi Spanja, f'belt li għandha tkun stabbilita mill-Gvern ta' Spanja. (i) L-Europol u t-Taqsima tad-Drogi ta' l-Europol, għandhom ikollhom is-sede tagħhom f'The Hague. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni, li għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandha tidħol fis-seħħ f'dan il-jum. Hecho en Bruselas, el veintinueve de octubre de mil novecientos noventa y tres.Udfærdiget i Bruxelles den niogtyvende oktober nitten hundrede og tre og halvfems.Geschehen zu Brüssel am neunundzwanzigsten Oktober neunzehnhundertdreiundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εννέα Οκτωβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τρία.Done at Brussels on the twenty-ninth day of October in the year one thousand nine hundred and ninety-three.Fait à Bruxelles, le vingt-neuf octobre mil neuf cent quatre-vingt-treize.Fatto a Bruxelles, addì ventinove ottobre millenovecentonovantatré.Gedaan te Brussel, de negenentwintigste oktober negentienhonderd drieënnegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e nove de Outubro de mil novecentos e noventa e três. Pour le gouvernement du royaume de BelgiqueVoor de Regering van het Koninkrijk België +++++ TIFF +++++ For regeringen for Kongeriget Danmark +++++ TIFF +++++ Für die Regierung der Bundesrepublik Deutschland +++++ TIFF +++++ Για την κυβέρνηση της Ελληνικής Δημοκρατίας +++++ TIFF +++++ Por el Gobierno del Reino de España +++++ TIFF +++++ Pour la République française +++++ TIFF +++++ Thar ceann Rialtas na hÉireannFor the Government of Ireland +++++ TIFF +++++ Per il governo della Repubblica italiana +++++ TIFF +++++ Pour le gouvernement du grand-duché de Lussemburgu +++++ TIFF +++++ Voor de Regering van het Koninkrijk der Nederlanden +++++ TIFF +++++ Pelo Governo da República Portuguesa +++++ TIFF +++++ For the Government of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 120, tal-11.5.1990, p. 1. [2] ĠU L 131, tat-23.5.1990, p. 1. [3] ĠU L 36, tat-12.2.1993, p. 1. [4] ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- Dikjarazzjonijiet Meta tkun adottata d-Deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1993, ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dikjarazzjonijiet li ġejjin bi ftehim komuni: - Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975, li kien adottat unanimament mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li kien ikkonsultat il-Parlament Ewropew, is-sede taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għandu jkun f'Berlin. Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri qed jagħmlu sejħa lill-istituzzjoni tal-Komunità Ewropea biex din tipprovdi li dik is-sede tkun imwaqqfa, kemm jista' jkun malajr, f'Tessaloniki. Il-Kummissjoni iddikjarat li din kienet lesta tissottometti proposta għal dak il-għan fil-ġejjieni qrib. - Għandu jitwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni fi ħdan id-Dipartimenti tat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni. Dan għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu u għandu jipprovdi s-servizzi meħtieġa tat-traduzzjoni għat-tħaddim tal-korpi u d-dipartimenti li s-sede tagħhom ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni t'hawn tad-29 ta' Ottubru 1993, ħlief għat-tradutturi ta' l-Istitut Monetarju Ewropew. - L-Istati Membri jidħlu li jappoġġjaw il-kandidatura tal-Lussemburgu biex tkun is-sede tal-Qorti Komuni ta' l-Appell għall-patenti tal-Komunità, kif ipprovdut fil-Protokoll fuq is-soluzzjoni ta' litigazzjonijiet dwar il-ksur u l-validità tal-patenti tal-Komunità mehmuża mal-Ftehim tal-Patenti tal-Komunità tal-15 ta' Diċembru 1989. Fil-konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni kkonfermat li hija beħsiebha tikkonsolida t-twaqqif ta' dawk id-dipartimenti tagħha li jinsabu fil-Lussemburgu. Fl-aħħarnett, l-Istati Membri nnutaw li r-riżorsi ta' l-estimi huma disponibbli biex il-Fundazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u x-Xogħol li hemm f'Dublin twettaq numru ta' kompiti ġodda. --------------------------------------------------