|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1809 |
28.2.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11487 – DIGITALBRIDGE / EQUITIX / FREEDOM FIBRE / VX FIBER / LILACONNECT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1809)
1.
Fl-20 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Equitix Holdings Limited (“Equitix”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Freedom Fibre Limited (“Freedom Fibre”, ir-Renju Unit), attwalment ikkontrollata minn Equitix, |
|
— |
VX Fiber Limited (“VX Fiber”, ir-Renju Unit), attwalment ikkontrollata minn DigitalBridge, u |
|
— |
LilaConnect Limited (“LilaConnect”, ir-Renju Unit), attwalment ikkontrollata minn DigitalBridge. |
DigitalBridge u Equitix jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Freedom Fibre, VX Fiber u LilaConnect.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
DigitalBridge hija ditta tal-investiment li tinvesti, direttament jew permezz tal-fondi ġestiti u l-kumpaniji tal-portafoll tagħha, f’ħames oqsma ewlenin: (i) iċ-ċentri tad-data; (ii) it-torrijiet ċellulari; (iii) in-networks tal-fibra; (iv) iċ-ċelloli żgħar; u (v) l-infrastruttura edge, |
|
— |
Equitix hija investitur, żviluppatur u maniġer tal-fondi fit-tul tal-infrastruttura ewlenija u tal-assi tal-effiċjenza enerġetika, |
|
— |
Freedom Fibre huwa fornitur tal-FTTP tar-Renju Unit li huwa attiv fl-introduzzjoni ta’ networks tal-fibra broadband kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali fir-Renju Unit biss, |
|
— |
VX Fiber jibni, juża, jopera u jippossjedi networks passivi u attivi tal-fibra sal-bini (“FTTP”, fibre-to-the-premises) fir-Renju Unit biss, |
|
— |
LilaConnect huwa fornitur tas-servizz tal-internet (“ISP”, internet service provider) fir-Renju Unit biss. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11487 – DIGITALBRIDGE / EQUITIX / FREEDOM FIBRE / VX FIBER / LILACONNECT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1809/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)