|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2242 |
12.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2242
tad-9 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), fir-Riżoluzzjoni 2292 (2016) tiegħu, awtorizzat lill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li jaġixxu fil-livell nazzjonali jew permezz ta’ organizzazzjonijiet reġjonali, jispezzjonaw fl-ibħra internazzjonali ’l barra mill-kosta tal-Libja kwalunkwe bastiment li jkollhom suspett raġonevoli li direttament jew indirettament qed iġorr armi jew materjal relatat lejn il-Libja jew mil-Libja, bi ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi impost fuq il-Libja. Dik ir-Riżoluzzjoni pprovdiet ukoll li, malli jinstabu oġġetti pprojbiti mill-embargo tan-NU fuq l-armi impost fuq il-Libja matul dawn l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri tan-NU għandhom jissekwestraw u jeħilsu minn dawn l-oġġetti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 ġiet emendata skont dan. |
|
(4) |
L-awtorizzazzjoni stipulata fir-Riżoluzzjoni 2292 (2016) tal-KSNU kienet tapplika sal-25 ta’ Mejju 2026. |
|
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 1, jitħassar il-kliem “u UNSCR 2292 (2016)”; |
|
(2) |
jitħassru l-paragrafi 2 u 3. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1333/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2242/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)