|
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
71 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2004/748/PESK
tat-2 ta' Novembru 2004
dwar l-ilqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' Mejju 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK li tikkonċerna l-ilqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (1) u l-għoti lilhom ta' permessi nazzjonali validi għal perijodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar għad-dħul u l-permanenza fit-territorju tagħhom. |
|
(2) |
Bil-Pożizzjonijiet Komuni 2003/366/PESK (2) u 2004/493/PESK (3), il-Kunsill iddeċieda li l-validità ta' dawn il-permessi għandha tiġi estiża bi 12-il xahar u b'6 xhur rispettivament. |
|
(3) |
Il-validità ta' dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u l-permanenza mogħtija skond l-Artikolu 3 ta' dik il-Poszzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jivvaluta l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta' Novembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33.