|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6433 |
28.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12178– HANGCHA / MANITOU/ JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6433)
1.
Fit-18 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hangcha Group Co., Ltd (“Hangcha”, iċ-Ċina), prinċipalment ikkontrollata minn Zhejiang Hangcha Holding Co., Ltd. |
|
— |
Manitou BF S.A. (“Manitou”, Franza) ikkontrollata kemm mill-familji Himsworth kif ukoll minn Braud. |
Hangcha u Manitou se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ imrpiża konġunta ġdida (l-“IK”).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Hangcha hija kumpanija Ċiniża li tispeċjalizza fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi industrijali, bħal forklifts u pjattaformi tax-xogħol ta’ rfigħ u elevazzjoni mobbli, li jaħdmu b’kombustjoni interna jew bl-elettriku. Timmanifattura u tbigħ ukoll pakketti ta’ batteriji sekondarji (jiġifieri rikarikabbli) tal-jon tal-litju (“Li-ion”) u ċelloli u moduli tal-batteriji tal-Li-ion prinċipalment fiċ-Ċina u, sa ċertu punt, fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
— |
Manitou hija kumpanija globali Franċiża li tispeċjalizza fid-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir għat-tqandil tal-materjali, bħal forklifts, telehandlers, pjattaformi mobbli ta’ xogħol ta’ elevazzjoni, u makkinarju ieħor għas-setturi tal-kostruzzjoni, tal-agrikoltura u tal-industrija. Manitou timmanifattura wkoll pakketti tal-batteriji tal-Li-ion permezz tas-sussidjarji tagħha Manitou Italia S.R.L. u easyLi S.A.S. bi preżenza qawwija fl-Ewropa. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-IK se jkunu l-manifattura ta’ pakketti tal-batteriji tal-Li-ion għall-forklifts elettriċi u, potenzjalment aktar tard, għall-pjattaformi mobbli tax-xogħol tal-elevazzjoni fi Franza.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12178 – HANGCHA / MANITOU/ JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6433/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)