2007D0782 — MT — 10.12.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara. (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776) (ĠU L 314, 1.12.2007, p.29) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 331 |
15 |
10.12.2008 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2007
li tapprova programmi nazzjonali annwali u multi-annwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, kontroll u sorveljanza ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u snin ta’ wara.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5776)
(2007/782/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 ), u b’ mod partikolari l-Artikolu 24(5) tagħha
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ ċertu mard u żoonożi fl-annimali. |
|
(2) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li miżura finanzjarja tal-Komunità trid tiġi introdotta għar-rimborż tan-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali u taż-żoonożi elenkati f'din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju ( 2 ) ssostitwit l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b'dispożizzjoni ġdida. Bħala miżura ta’ tranżizzjoni, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għall-lewkożi bovina enzootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jibqgħu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard fl-annimali ( 3 ) tistipula li biex jiġu approvati taħt il-miżuri stipulati fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-programmi mibgħuta mill-Istati Membri jridu jissodisfaw l-kriterji stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 90/638/KEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli ( 4 ), jistipula programmi annwali għall-qerda u s-sorveljanza ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs, transmissible spongiform encephalopathies) fl-annimali bovini, ovini u kaprini. |
|
(6) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ( 5 ) dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza fit-tjur tistipula wkoll għall-programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li jridu jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar salvaġġi biex isir kontribut, fost l-oħrajn, fuq il-bażi ta’ stimi tar-riskju aġġornati b'mod regolari, għall-għarfien dwar it-theddida li ġejja mill-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ xi virus ta’ l-influwenza li ġej mit-tjur fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali għas-sorveljanza, u l-finanzjament tagħhom, għandhom jiġu approvati wkoll. |
|
(7) |
Ċerti Stati Membri ressqu programmi annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, programmi ta’ kontroll li huma mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi, u programmi annwali ta’ monitoraġġ għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. |
|
(8) |
Ċerti Stati Membri ssottomettew ukoll programmi multi-annwali lill-Kummissjoni għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard fl-annimali, li għalihom jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità. L-Impenn tan-nefqa għall-programmi multi-annwali għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea ( 6 ). Għall-programmi multi-annwali l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali u multi-annwali mibgħuta mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/638/KEE. |
|
(10) |
Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ dawn il-programmi għall-ksib ta’ l-objettivi Komunitarji fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku, kif ukoll l-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi TSE u ta’ l-influwenza tat-tjur, huwa xieraq li tiġi ffissata r-rata ta’ kontribuzzjoni finanzjarja xierqa tal-Komunità biex tagħti rimborż għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li ssemmew f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm. |
|
(11) |
Għall-finijiet ta’ maniġġjar tajjeb, użu iktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u t-trasparenza mtejba, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw bħala rimborż lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħalma huma t-testijiet użati fl-Istati Membri u kumpens lis-sidien minħabba xi telf mit-tbiċċir jew il-qatla ta’ l-annimali tagħhom. |
|
(12) |
Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 7 ), il-programmi għall-qerda u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali jridu jiġu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, jidher xieraq li jintalab rapportar tekniku intermedju aktar ta’ sikwit sabiex issir stima ta’ l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi approvati. |
|
(14) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
PROGRAMMI ANNWALI
Artikolu 1
Bruċellożi bovina
1. Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 1 550 000 għall-Irlanda;
(b) EUR 3 000 000 għal Spanja;
(ċ) EUR 4 100 000 għall-Italja;
(d) EUR 15 000 għal Ċipru;
(e) EUR 1 460 000 għall-Portugall;
(f) EUR 4 400 000 għar-Renju Unit.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għat-test rose bengal |
EUR 0,2 għal kull test; |
|
għat-test SAT |
EUR 0,2 għal kull test; |
|
għat-test compliment fixation |
EUR 0,4 għal kull test; |
|
għal test ELISA |
EUR 1 għal kull test. |
Artikolu 2
It-tuberkulożi bovina
1. Il-programmi għall-qerda tat-tuberkolożi bovina ppreżentati mill-Estonja, Spanja, l-Italja, il-Polonja u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tuberculin, testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 24 000 għall-Estonja;
(b) ►M1 EUR 7 700 000 ◄ għal Spanja;
(ċ) EUR 2 700 000 għall-Italja;
(d) ►M1 EUR 1 500 000 ◄ għall-Polonja;
(e) EUR 347 000 għall-Portugall.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għat-test tuberkulin |
EUR 1 għal kull test; |
|
għat-test gamma-interferon |
EUR 5 għal kull test. |
Artikolu 3
Bruċellożi ovina u kaprina
1. Il-programmi għall-qerda tal-bruċellosi ovina u kaprina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 4 400 000 għal Spanja;
(b) EUR 3 500 000 għall-Italja;
(ċ) EUR 93 000 għaċ-Ċipru;
(d) EUR 1 100 000 għall-Portugall.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għat-test rose bengal |
EUR 0,2 għal kull test; |
|
għat-test compliment fixation |
EUR 0,4 għal kull test; |
Artikolu 4
Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir
1. Il-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u x-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) ►M1 EUR 630 000 ◄ għall-Belġju;
(b) EUR 5 400 għall-Bulgarija;
(ċ) ►M1 EUR 1 200 000 ◄ għall-Ġermanja;
(d) EUR 100 000 għall-Greċja;
(e) ►M1 EUR 5 800 000 ◄ għal Spanja;
(f) ►M1 EUR 3 100 000 ◄ għal Franza;
(g) EUR 1 300 000 għall-Italja;
(h) EUR 70 000 għal-Lussemburgu;
(i) ►M1 EUR 125 000 ◄ għall-Olanda;
(j) EUR 245 000 għall-Awstrija;
(k) ►M1 EUR 610 000 ◄ għall-Portugall;
(l) ►M1 EUR 100 000 ◄ għar-Rumanija;
(m) EUR 61 000 għas-Slovenja
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.
Artikolu 5
Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat tat-tgħammir ta’ Gallus gallus
1. Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat tat-tagħmir ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) ►M1 EUR 700 000 ◄ għall-Belġju;
(b) EUR 10 000 għall-Bulgarija;
(ċ) ►M1 EUR 500 000 ◄ għar-Repubblika Ċeka;
(d) EUR 75 000 għad-Danimarka;
(e) ►M1 EUR 50 000 ◄ għall-Ġermanja;
(f) EUR 120 000 għall-Irlanda;
(g) EUR 150 000 għall-Greċja;
(h) EUR 800 000 għal Spanja;
(i) ►M1 EUR 400 000 ◄ għal Franza;
(j) ►M1 EUR 120 000 ◄ għall-Italja;
(k) EUR 45 000 għalċ-Ċipru;
(l) EUR 60 000 għal-Latvja;
(m) ►M1 EUR 750 000 ◄ għall-Ungerija;
(n) ►M1 EUR 1 000 000 ◄ għall-Olanda;
(o) EUR 50 000 għall-Awstrija;
(p) ►M1 EUR 2 400 000 ◄ għall-Polonja;
(q) EUR 600 000 għall-Portugall;
(r) ►M1 EUR 10 000 ◄ għar-Rumanija;
(s) EUR 275 000 għas-Slovakkja.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni) |
EUR 5,0 għal kull test; |
|
għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin |
EUR 0,05 għal kull doża; |
|
għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-Salmonella spp. |
EUR 20,0 għal kull test. |
Artikolu 6
Salmonellożi (salmonella zoonotika) fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus
1. Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella zoonotika fil-qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens għas-sidien għall-valur tat-tjur maqtula, il-qerda tal-bajd u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċin, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) ►M1 EUR 500 000 ◄ għall-Belġju;
(b) EUR 20 000 għall-Bulgarija;
(ċ) EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka;
(d) ►M1 EUR 250 000 ◄ għall-Ġermanja;
(e) EUR 20 000 għall-Estonja;
(f) EUR 500 000 għall-Greċja;
(g) ►M1 EUR 2 450 000 ◄ għal Spanja;
(h) EUR 2 500 000 għal Franza;
(i) ►M1 EUR 200 000 ◄ għall-Italja;
(j) EUR 80 000 għaċ-Ċipru;
(k) ►M1 EUR 80 000 ◄ għal-Latvja;
(l) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;
(m) ►M1 EUR 3 400 000 ◄ għall-Ungerija;
(n) EUR 2 000 000 għall-Olanda;
(o) EUR 700 000 għall-Awstrija;
(p) EUR 3 500 000 għall-Polonja;
(q) EUR 50 000 għall-Portugall;
(r) EUR 20 000 għar-Rumanija;
(s) EUR 500 000 għas-Slovakkja;
(t) EUR 80 000 għar-Renju Unit.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni) |
EUR 5,0 għal kull test; |
|
għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin |
EUR 0,05 għal kull doża |
|
għas-serotipar ta’ l-iżolati rilevanti tas-salmonella spp. |
EUR 20,0 għal kull test. |
Artikolu 7
Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali
1. Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:
(a) Deni klassiku tal-majjali ppreżentat mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008;
(b) Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali ppreżentati mill-Italja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-ispiża tat-twettiq tat-testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u taċ-ċingjali u għall-programmi mibgħuta mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakkja ukoll bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba fix-xiri u t-tqassim tal-vaċċini u l-lixki għall-vaċċinazzjoni taċ-ċingjali, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 400 000 għall-Bulgarija;
(b) EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;
(ċ) EUR 650 000 għal Franza;
(d) EUR 100 000 għall-Italja;
(e) EUR 15 000 għal-Lussemburgu;
(f) ►M1 EUR 2 000 000 ◄ għar-Rumanija;
(g) EUR 40 000 għas-Slovenja;
(h) ►M1 EUR 375 000 ◄ għas-Slovakkja.
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 2,5 għal kull test ELISA.
Artikolu 8
Il-marda vexxikolari tal-ħnieżer
1. Il-programm għall-qerda tal-marda ta’ l-infafet (veżikulari) tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju u ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 300 000.
Artikolu 9
Influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u salvaġġ
1. Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur salvaġġ ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru għall-ispejjeż ta’ twettiq ta’ testijiet fil-laboratorju u ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni ta’ tjur salvaġġ, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 127 000 għall-Belġju;
(b) EUR 76 000 għall-Bulgarija;
(ċ) ►M1 EUR 25 000 ◄ għar-Repubblika Ċeka;
(d) EUR 202 000 għad-Danimarka;
(e) ►M1 EUR 280 000 ◄ għall-Ġermanja;
(f) EUR 8 000 għall-Estonja;
(g) EUR 58 000 għall-Irlanda;
(h) EUR 72 000 għall-Greċja;
(i) EUR 306 000 għal Spanja;
(j) EUR 155 000 għal Franza;
(k) ►M1 EUR 600 000 ◄ għall-Italja;
(l) EUR 15 000 għaċ-Ċipru;
(m) EUR 33 000 għal-Latvja;
(n) EUR 43 000 għal-Litwanja;
(o) EUR 12 000 għal-Lussemburgu;
(p) EUR 184 000 għall-Ungerija;
(q) EUR 444 000 għall-Olanda;
(r) EUR 55 000 għall-Awstrija;
(s) EUR 81 000 għall-Polonja;
(t) EUR 165 000 għall-Portugall;
(u) ►M1 EUR 300 000 ◄ għar-Rumanija;
(v) EUR 43 000 għas-Slovenja;
(w) EUR 50 000 għas-Slovakkja;
(x) EUR 35 000 għall-Finlandja;
(y) EUR 290 000 għall-Iżvezja;
(z) EUR 400 000 għar-Renju Unit.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għat-test ELISA: |
EUR 1 għal kull test; |
|
għall-agar gel immune diffusion test: |
EUR 1,2 għal kull test; |
|
għat-test HI għall-H5/H7: |
EUR 12 għal kull test; |
|
għat-test ta’ l-iżolament tal-virus: |
EUR 30 għal kull test; |
|
għat-test PCR: |
EUR 15 għal kull test; |
|
teħid ta’ kampjuni tat-tjur salvaġġ |
EUR 20 għal kull tajra. |
Artikolu 10
Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE)
1. Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż li mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 1 950 000 għall-Belġju;
(b) EUR 850 000 għall-Bulgarija;
(ċ) EUR 950 000 għar-Repubblika Ċeka;
(d) EUR 1 600 000 għad-Danimarka;
(e) EUR 9 500 000 għall-Ġermanja;
(f) ►M1 EUR 280 000 ◄ għall-Estonja;
(g) ►M1 EUR 6 200 000 ◄ għall-Irlanda;
(h) EUR 950 000 għall-Greċja;
(i) ►M1 EUR 5 500 000 ◄ għal Spanja;
(j) EUR 14 750 000 għal Franza;
(k) ►M1 EUR 5 800 000 ◄ għall-Italja;
(l) ►M1 EUR 450 000 ◄ għaċ-Ċipru;
(m) ►M1 EUR 350 000 ◄ għal-Latvja;
(n) EUR 550 000 għal-Litwanja;
(o) EUR 150 000 għal-Lussemburgu;
(p) EUR 700 000 għall-Ungerija;
(q) EUR 37 000 għal Malta;
(r) ►M1 EUR 2 950 000 ◄ għall-Olanda;
(s) ►M1 EUR 1 400 000 ◄ għall-Awstrija;
(t) ►M1 EUR 1 350 000 ◄ għall-Polonja;
(u) ►M1 EUR 2 700 000 ◄ għall-Portugall;
(v) ►M1 EUR 1 000 000 ◄ għar-Rumanija;
(w) EUR 200 000 għas-Slovenja;
(x) ►M1 EUR 550 000 ◄ għas-Slovakkja.
(y) ►M1 EUR 550 000 ◄ għall-Finlandja;
(z) ►M1 EUR 1 500 000 ◄ għall-Iżvezja;
(za) EUR 5 300 000 għar-Renju Unit.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u l-ammont massimu ma għandux ikun ogħla minn:
(a) EUR 5 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali bovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) EUR 30 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali ovini u kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ċ) EUR 50 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fiċ-ċriev imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(d) EUR 175 għal kull test, għat-testijiet diskriminatorji molekolari primarji mwettqa kif jissemma fil-punt 3.2(ċ)(i) tal-Kapitolu Ċ ta’ l-Anness X, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
Artikolu 11
Enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE)
1. Il-programmi għall-qerda ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba minn kull Stat Membru bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 500 għal kull annimal, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 50 000 għall-Belġju;
(b) EUR 50 000 għall-Bulgarija;
(ċ) EUR 150 000 għar-Repubblika Ċeka;
(d) EUR 50 000 għad-Danimarka;
(e) EUR 145 000 għall-Ġermanja;
(f) EUR 50 000 għall-Estonja;
(g) ►M1 EUR 130 000 ◄ għall-Irlanda;
(h) EUR 50 000 għall-Greċja;
(i) ►M1 EUR 200 000 ◄ għal Spanja;
(j) EUR 100 000 għal Franza;
(k) EUR 150 000 għall-Italja;
(l) EUR 50 000 għal-Lussemburgu;
(m) EUR 50 000 għall-Olanda;
(n) EUR 50 000 għall-Awstrija;
(o) ►M1 EUR 300 000 ◄ għall-Polonja;
(p) ►M1 EUR 130 000 ◄ għall-Portugall;
(q) EUR 10 000 għas-Slovenja;
(r) EUR 125 000 għas-Slovakkja;
(s) EUR 25 000 għall-Finlandja;
(t) EUR 176 000 għar-Renju Unit.
Artikolu 12
Scrapie
1. Il-programmi għall-qerda ta’ l-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mħallsa mill-Istati Membri kkonċernati bħala kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda bi qbil mal-programm tagħhom għall-qerda, sa massimu ta’ EUR 100 għal kull annimal u bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża ta’ l-analiżi tal-kampjuni għall-ġenotipar, sa massimu ta’ EUR 10 għal kull test tal-ġenotipar, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 66 000 għall-Belġju;
(b) EUR 26 000 għall-Bulgarija;
(ċ) EUR 88 000 għar-Repubblika Ċeka;
(d) ►M1 EUR 110 000 ◄ għad-Danimarka;
(e) ►M1 EUR 100 000 ◄ għall-Ġermanja;
(f) EUR 12 100 għall-Estonja;
(g) ►M1 EUR 250 000 ◄ għall-Irlanda;
(h) EUR 700 000 għall-Greċja;
(i) ►M1 EUR 3 700 000 ◄ għal Spanja;
(j) ►M1 EUR 2 450 000 ◄ għal Franza;
(k) EUR 1 500 000 għall-Italja;
(l) ►M1 EUR 1 200 000 ◄ għaċ-Ċipru;
(m) EUR 1 100 għal-Latvja;
(n) EUR 3 000 għal-Litwanja;
(o) EUR 27 000 għal-Lussemburgu;
(p) EUR 343 000 għall-Ungerija;
(q) ►M1 EUR 150 000 ◄ għall-Olanda;
(r) EUR 26 000 għall-Awstrija;
(s) ►M1 EUR 100 000 ◄ għall-Portugall;
(t) ►M1 EUR 100 000 ◄ għar-Rumanija;
(u) EUR 61 000 għas-Slovenja;
(v) ►M1 EUR 100 000 ◄ għas-Slovakkja.
(w) ►M1 EUR 50 000 ◄ għall-Finlandja;
(x) ►M1 EUR 1 800 000 ◄ għar-Renju Unit.
Artikolu 13
Ir-Rabja
1. Il-programmi għall-qerda tar-rabja ppreżentati mill-Bulgarija, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) ►M1 EUR 0 ◄ għall-Bulgarija;
(b) EUR 700 000 għal-Litwanja;
(ċ) EUR 1 000 000 għall-Ungerija;
(d) EUR 330 000 għall-Awstrija;
(e) EUR 4 200 000 għall-Polonja;
(f) EUR 0 għar-Rumanija;
(g) EUR 425 000 għas-Slovakkja.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test ELISA |
EUR 8 għal kull test; |
|
għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam |
EUR 8 għal kull test. |
Artikolu 14
Lewkożi enzootika bovina
1. Il-programm għall-qerda tal-Lewkożi enzootika bovina ppreżentat mill-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa b'dan approvat.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 15 000 għall-Estonja;
(b) EUR 200 000 għal-Litwanja;
(ċ) EUR 3 000 000 għall-Polonja.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test ELISA |
EUR 0,5 għal kull test; |
|
it-test ta’ agar gel immune diffusion |
EUR 0,5 għal kull test. |
Artikolu 15
Il-marda ta’ Aujeszky
1. Il-programmi għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati minn Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju, u ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 450 000 għal Spanja;
(b) EUR 60 000 għall-Ungerija;
(ċ) EUR 4 650 000 għall-Polonja.
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.
KAPITOLU II
PROGRAMMI MULTI-ANNWALI
Artikolu 16
Ir-Rabja
1. Il-programmi multi-annwali għall-qerda tar-rabja ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja, u l-Finlandja huma b'dan approvati għall-perjodu minn:
(a) 1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 għar-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja;
(b) 1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 għal-Latvja u l-Finlandja;
(ċ) 1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għall-Estonja;
(d) 1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012 għas-Slovenja.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin u lixki għall-programmi.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test ELISA |
EUR 8 għal kull test; |
|
għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam |
EUR 8 għal kull test. |
4. Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 1 000 000 għar-Repubblika Ċeka;
(b) EUR 800 000 għall-Ġermanja;
(ċ) EUR 4 750 000 għall-Estonja;
(d) EUR 3 700 000 għal-Latvja;
(e) EUR 1 750 000 għas-Slovenja;
(f) EUR 300 000 għall-Finlandja.
5. L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:
(a) EUR 500 000 għar-Repubblika Ċeka;
(b) EUR 225 000 għall-Ġermanja;
(ċ) EUR 860 000 għall-Estonja;
(d) EUR 700 000 għal-Latvja;
(e) EUR 380 000 għas-Slovenja;
(f) EUR 100 000 għall-Finlandja.
6. L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'ewro) tidher hawn taħt:
|
Stat Membru |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
500 000 |
|||
|
Il-Ġermanja |
325 000 |
|||
|
Il-Latvja |
1 250 000 |
1 250 000 |
||
|
Il-Finlandja |
100 000 |
100 000 |
||
|
L-Estonja |
1 250 000 |
1 250 000 |
1 250 000 |
|
|
Is-Slovenja |
350 000 |
350 000 |
350 000 |
350 000 |
Artikolu 17
Il-marda ta’ Aujeszky
1. Il-programm multi-annwali għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky ippreżentat mill-Belġju huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispiża mġarrba mill-Belġju għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju.
3. L-ammont massimu ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 għal kull test ELISA.
4. Il-kontribuzzjoni biex jiġi kopert il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programm multi-annwali li jrid jitwettaq mill-Belġju msemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun ogħla minn EUR 720 000.
5. L-ammont impenjat għall-2008 għandu jkun ta’ EUR 360 000.
6. L-ammont impenjat għas-sena ta’ wara għandu jiġi deċiż bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. EUR 350 000 hija indikazzjoni ta’ dan.
Artikolu 18
Lewkożi enzootika bovina
1. Il-programmi multi-annwali għall-qerda tal-lewkożi enzotika bovina ppreżentati mill-Italja, il-Latvja, u l-Portugall huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawn il-programmi.
3. L-ammonti massimi ta’ l-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ogħla minn:
|
għal test ELISA |
EUR 0,5 għal kull test; |
|
it-test ta’ diffużjoni immuni ta’ agar gel |
EUR 0,5 għal kull test. |
4. Il-kontribuzzjoni li tkopri l-perjodu għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a) EUR 2 000 000 għall-Italja;
(b) EUR 170 000 għal-Latvja;
(ċ) EUR 1 000 000 għall-Portugall.
5. L-ammonti impenjati għall-2008 għandhom ikunu:
(a) ►M1 EUR 650 000 ◄ għall-Italja;
(b) EUR 60 000 għal-Latvja;
(ċ) ►M1 EUR 350 000 ◄ għall-Portugall.
6. L-ammonti impenjati għas-snin li ġejjin għandhom jiġu deċiżi bħala parti mit-twettiq tal-programm fl-2008. Indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f'euro) tidher hawn taħt:
|
Stat Membru |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
L-Italja |
800 000 |
800 000 |
||
|
Il-Latvja |
55 000 |
55 000 |
||
|
Il-Portugall |
350 000 |
350 000 |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 19
1. Għall-programmi li jissemmew fl-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6, 14 u 18, l-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens lis-sidien għall-valur ta’ l-annimali minħabba tbiċċir jew qtil ta’ l-annimali tagħhom għandhom ikunu limitati kif inhu previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-medja tal-kumpens li għandu jiġi rrimborżat lill-Istati Membri għandu jiġi kkalkolat skond in-numru ta’ l-annimali li ġew imbiċċra jew maqtula fl-Istat Membru u:
|
għall-annimali bovini, sa massimu ta’ |
EUR 375 kull annimal; |
|
għan-ngħaġ u l-mogħoż, sa massimu ta’ |
EUR 50 kull annimal; |
|
għat-tajra tat-tgħammir Gallus gallus, sa massimu ta’ |
EUR 3,5 għal kull tajra; |
|
għat-tajra li tbid Gallus gallus, sa massimu ta’ |
EUR 1,5 għal kull tajra. |
3. L-ammont massimu ta’ kumpens li għandu jiġi rimbursat lill-Istati Membri għal kull annimal singolu ma għandux ikun ogħla minn EUR 1 000 għal kull annimali bovin u ta’ EUR 100 għal kull nagħġa jew mogħża.
Artikolu 20
1. In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarju mill-Komunità għandha għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.
2. Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f'munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandhu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.
Artikolu 21
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati:
(a) jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;
(b) iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18;
(ċ) jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2008 ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, skond l-Artikolu 24(7)(a) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;
(d) għall-programmi msemmija fl-Artikolu 9, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi ta’ l-investigazzjonijiet li jinstabu matul is-sorveljanza tat-tjur domestiku u salvaġġ permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni kull tliet xhur billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport;
(e) għall-programmi msemmija fl-Artikoli 10 sa 12, jibagħtu rapport lill-Kummissjoni kull xahar dwar ir-riżultati tal-programm ta’ sorveljanza tat-TSE billi jibagħtu fi żmien perjodu ta’ erba' ġimgħat wara li jintemm ix-xahar kopert mir-rapport;
(f) għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18 jibagħtu rapport finali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE mhux aktar tard mit-30 ta’ April dwar it-twettiq tekniku tal-programm flimkien ma’ xhieda ta’ ġustifikazzjoni għal dawk li huma spejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008;
(g) għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, jimplimentaw il-programm b'mod effiċjenti;
(h) għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 18, ma jibagħtux aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet oħra mill-Komunità għal dawn il-miżuri, u li ma jkunux bagħtu talbiet bħal dawn qabel.
2. Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoi għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tikkunsidra n-natura u l-gravità ta’ l-infrazzjoni, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.
Artikolu 22
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 23
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.
( 1 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 2 ) ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.
( 3 ) ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
( 4 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
( 5 ) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
( 6 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 12.
( 7 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007(ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).