21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8478 — Zukunft Ventures/Gustav Magenwirth/Brake Force One/Unicorn Energy/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 393/08)

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Zukunft Ventures GmbH (“ZV”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn ZF Friedrichshafen AG (“ZF”, il-Ġermanja),

—

Gustav Magenwirth GmbH & Co. KG (“MAGURA”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn MAGENWIRTH Technologies GmbH (il-Ġermanja),

—

Brake Force One GmbH (“BFO”, il-Ġermanja),

—

Unicorn Energy GmbH (“Unicorn”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Preiß BeteiligungsGmbH (il-Ġermanja),

—

impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (“il-JV”, il-Ġermanja).

ZV, MAGURA, BFO u Unicorn jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ZV: għandha interessi f’impriżi ġodda innovattivi u kumpaniji tat-teknoloġija li huma attivi fl-oqsma tat-teknoloġija interessanti għal ZF. ZF hija attiva madwar id-dinja kollha fit-teknoloġija tas-sewqan u tal-gerijiet, kif ukoll fit-teknoloġija ta’ sigurtà attiva u passiva,

—   għal MAGURA: tiżviluppa, tipproduċi u tforni sistemi ta’ brejkijiet idrawliċi u komponenti oħra ta’ teknoloġija għolja, għar-roti, roti elettriċi, pedelecs u muturi,

—   għal BFO: attiva fl-iżvilupp ta’ sistemi tal-brejkijiet għal vetturi b’żewġ roti. Barra minn hekk, hija tiżviluppa roti elettriċi għall-industrija tal-karozzi Ġermaniża,

—   għal Unicorn: attiva fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sewqan għal vetturi ħfief elettriċi

—   għall-JV: se tkun attiva fir-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-forniment ta’ ABS u sistemi ta’ sewqan għal vetturi ħfief elettriċi, inkluż is-segment tal-vetturi “ġdida ta’ mobilità urbana” (roti, roti elettriċi, pedelecs, scooters elettriċi, mobilità tal-aħħar mil sal-kategorija L7e).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8478 — Zukunft Ventures/Gustav Magenwirth/Brake Force One/Unicorn Energy/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.