Official Journal L 347 , 23/12/1998 P. 0021 - 0024
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2785/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar il-modifikazzjoni tal-perjodu ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ addittivi li għalihom jirreferi l-Artikolu 9e(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-additivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/19/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 9j u 3 tagħha, Billi d-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li addittivi ġodda jew l-użi ta’ addittivi jista’ jiġi awtorizzat, fil-waqt li jingħata kont ta’ l-avvanzi fl-għerf xjentifiku u tekniku; Billi awtorizzazzjoni provviżorja ta’ addittivi ġodda jew l-użu ta’ addittivi tista’ tingħata għal perjodu ta’ ħames snin, jekk, fil-livell permess fil-għalf, ma jkollhomx effett ħażin fuq is-saħħa tal-bniedmin u ta’ l-annimali, jew ta’ l-ambjent, lanqas li jagħmlu ħsara lill-konsumatur billi jbiddlu l-karatteristiċi tal-prodott tal-bhejjem, jekk il-presenza tagħhom fil-għalf tista’ tiġi kontrollata, u jkun raġonevoli li wieħed jassumi, minħabba r-riżultati disponibbli, li jkollhom effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta’ dak il-għalf jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem meta inkorporati f’dak il-għalf; Billi r-riċerka fl-addittivi differenti li għalihom jirreferi l-Artikolu 9e(3) tad-Direttiva70/524/KEE li tkun tista’ tiġi provviżorjament awtorizzata fil-livell nazzjonali sat-30 ta’ Novembru 1998 għadha ma nntemmitx; billi, għalhekk il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi għandu jkun imtawwal fil-waqt li jagħti kont illi l-perijodu ta’ awtorizzazzjoni provviżorja ta’ dawn l-addittivi ma jistax jeċċedi l-ħames snin; Billi l-Kummissjoni konsultat mal-Kumitat Xjentifiku tat-tmigħ ta’ l-annimali dwar l-awtorizzazzjoni tal-mikro-organiżmi inklużi fl-Anness li jinsab mar-Regolament preżenti; billi dan il-Kumitat ta l-opinjoni b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurezza ta’ dawn l-addittivi; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-addittivi li għalihom jirreferi l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE taħt il-kundizzjonijiet imniżżla f’dan l-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Diċembru 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [2] ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39. -------------------------------------------------- ANNESS Sustanza li tgħaqqad, aġenti kontra t-tgħaqqid u koagulanti Numru tar-reġistrazzjoni | Addittiv | Deskrizzjoni tal-formola kimika | Sġeċi jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Limitu ta' l-awtorizzazzjoni | mg/kg ta' għalf sħiħ | mg/kg ta' għalf sħiħ | 2 | Natrolite-phonolite | Taħlita naturali ta' silikati ta' aluminuju, alkalini u alkaline-earth u aluminium hydrosilicates, natrolite (43 to 46,5 %) u feldspar | L-ispeċi u l-kategoriji kollha ta' l-annimali | | 25000 | L-għalf kollu | 21.4.1999 | Mikro -organiżmi Numru tar-reġistrazzjoni | Addittiv | Deskrizzjoni tal-formola kimika | Speċji jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | CFU/kg ta' għalf sħiħ | Disposizzjonijiet oħra | Limitu ta' l-awtorizzazzjoni | Minimu | Massimu | 1 | Bacillus cereus var. toyoi (CNCMI-1012/NCIB 40112) | Preparazzjonijiet ta' Bacillus cereus var. toyoi li jkun fih minimu ta' 1010 CFU/g addittiv | Majjali żgħar | xahrejn | 109 | 109 | – | 21.4.1999 | 4 xhur | 0,5 × 109 | 109 | – | 21.4.1999 | Majjali | 6 xhur | 0,2 × 109 | 109 | – | 21.4.1999 | Qżieqeż | – | 0,5 × 109 | 2 × 109 | – | 21.4.1999 | 2 | Bacillus licheniformis (DSM 5749)/Bacillus subtilis (DSM 5750) (in a 1/1 ratio) | Taħlita ta' Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis li jkun fiha minimu ta' 3,2 × 109 CFU/g addi-ttiv (1,6 × 109 CFU/g ta' kull batterja) | Majjali żgħar | 4 xhur | 1,28 × 109 | 3,2 × 109 | – | 17.7.1999 | 3 | Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) | Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li jkun fiha minimu ta' 5 × 109 CFU/g addittiv | Bhejjem għas-simna | – | 4 × 109 | 8 × 109 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantità ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandux jeċċedi 2,5 × 1010 CFU għal kull 100 kg tal-piż ta' l-annimal" | 20.2.2001 | 4 | Bacillus cereus (ATCC 14893/CIP 5832) | Preparazzjoni ta' Bacillus cereus li jkun fiha minimu ta' 1010 CFU/g addittiv | Fniek għas-simna | – | 0,5 × 109 | 2 × 109 | – | 20.2.2001 | Fniek għat-tgħammir | – | 0,5 × 109 | 2 × 109 | – | 20.2.2001 | Sustanzi li jaqgħdu Radionuclide 1. Sustanzi li jaqgħdu radjuattivi caesium (137Cs and 134Cs): Numru tar-reġistrazzjoni | Addittiv | Deskrizzjoni tal-formola kimika | Speċi jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | Kontentut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Limitu ta' awtorizzazzjoni | mg/kg ta' għalf sħiħ | mg/kg ta' għalf sħiħ | 1.1 | Ferric (III) ammonium hexacyanoferrat e (II) | NH4Fe(III)(Fe(II)(CN)6) | Ruminanti (domestiċi u slavaġ) | – | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantità ta' Ferric (III) ammonium hexacyanoferrate (II) fir-razzjon ta' kuljum għandha tkun bejn l-10 u l-150 mg għal kull 10 kg ta' piż ta' l-annimal" | 13.10.2001 | Għoġġiela qabel il-bidu tar-ruminazzjoni | – | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantità ta' Ferric (III) ammoniumhexacyanoferrate (II) fir-razzjon ta' kuljum għandha tkun bejn l-10 u l-150 mg għal kull 10 kg tal-piż ta' l-annimal" | 13.10.2001 | Ħrief qabel il-bidu tar-ruminazzjoni | – | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantità ta' Ferric (III) ammoniumhexacyanoferrate (II) fir-razzjon ta' kuljum għandha tkun bejn l-10 u l-50 mg għal kull 10 kg ta' piż ta' l-annimal" | 13.10.2001 | Gidjien qabel il-bidu tar-ruminazzjoni | – | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantitàta' Ferric (III) ammoniumhexacyanoferrate (II) fir-razzjon ta' kuljum għandha tkun bejn l-10 u l-50 mg għal kull 10 kg ta' piż ta' l-annimal" | 13.10.2001 | Majjali (domestiċi u slavaġ) | – | 50 | 500 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Il-kwantitàta' Ferric (III) ammoniumhexacyanoferrate (II) fir-razzjon ta' kuljum għandha tkun bejn l-10 u l-50 mg għal kull 10 kg ta' piż ta' l-annimal" | 13.10.2001 | --------------------------------------------------