12003T042



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0046 - 0046


Artikolu 42

Jekk ikunu meħtieġa xi miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim eżistenti fl-Istati Membri l-ġodda għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji tal-Komunità, dawn il-miżuri għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-kumitat relattiv kif stabbilita mil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu matul il-perijodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu.

--------------------------------------------------