|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1815 |
28.2.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11373 — IP / EV ASSET HOLDING / IPLANET JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1815)
1.
Fil-21 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Italiana Petroli S.p.A. (“IP”, l-Italja), ikkolntrollata minn Api Holding S.p.A. (“Api”, l-Italja), |
|
— |
EV Asset Holdings S.p.A. (“EV Asset Holdings”, l-Italja), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja), |
|
— |
IPlanet S.p.A. (“IPlanet”, l-Italja). |
IP u Olam Group se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ IPlanet kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
IP u Api jiġġestixxu ċ-ċiklu sħiħ taż-żejt downstream, mill-akkwist taż-żejt mhux raffinat sar-raffinar, il-loġistika, id-distribuzzjoni u l-bejgħ, prinċipalment fl-Italja, |
|
— |
EV Asset Holdings hija kkontrollata minn Macquarie, grupp ta’ servizzi finanzjarji li jipprovdi lill-klijenti b’servizzi ta’ ġestjoni u finanzi tal-assi, servizzi bankarji, ta’ konsulenza u ta’ soluzzjonijiet ta’ riskju u kapital fost id-dejn, l-ekwità u l-komoditajiet. Macquarie hija speċjalista f’firxa ta’ setturi bħall-infrastruttura (inkluża t-telekomunikazzjoni), ir-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija ekoloġika, l-enerġija konvenzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-proprjetà immobbli. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ IPlanet se jkunu dan li ġej: l-installazzjoni u t-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar pubbliċi ultraveloċi għall-vetturi elettriċi barra mill-awtostrada fl-Italja, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ abbonament għall-istazzjonijiet pubbliċi tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11373 — IP / EV ASSET HOLDING / IPLANET JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1815/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)