22.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/1


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2011/C 341/01

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Maqgħuda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emedati kif ġej:

Paġna 348

Bejn “8529 90 65 Immuntar elettroniku”u“8531 Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta’ ħoss jew viżwali (per eżempju, qniepen, sireni, pannelli indikaturi, allarmi tas-serq jew tan-nar), ħlief dawk ta’ titlu 8512 jew 8530” jiddaħħal it-test li ġej:

“8529 90 92   Għal Kameras tat-televiżjoni tas-subtitlu 8525 80 11 u 8525 80 19 u tagħmir tat-titli 8527 u 8528

Dan is-subtitlu jinkludi hekk imsejħa ‘moduli LCD’ li jikkonsistu minn saff magħmul minn pellikola rqiqa (thin film transistor-TFT) ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, mhux ikkumbinat ma' faċilitajiet ta' skrin bil-funzjoni tal-mess (touch screen), użati fil-manifattura ta' monitors u jew tagħmir ta' reċezzjoni għat-televiżjoni tat-titolu 8528.

Il-moduli huma mgħammra b’unità waħda jew aktar ta’ ċirkwiti stampati, b’elementi elettroniċi ta’ kontroll użati biss għall-indirizzar tal-pixels. Mhumiex mgħammra b'unitajiet elettroniċi (bħal konvertituri tal-vidjow jew scaler) għall-ipproċessar tal-vidjow.

Il-moduli jistgħu jkunu magħmmra b’unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) u/jew inverters.

Dan is-subtitlu ma jinkludix apparat tal-kristalli likwidi li jikkonsistu minn saff ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, kemm jekk mgħammar b'konnessjonijiet elettriċi (għall-provvista tal-elettriku), ppreżentati bil-biċċa jew maqtugħin f'disinni speċjali (subtitlu 9013 80 20)”.


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.