European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1717

22.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M. 11411 — BPIFRANCE / MERIDIAM / EXOES)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1717)

1.   

Fit-13 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bpifrance Investissement (Franza), ikkontrollata minn Caisse des Dépôts et Consignations (Franza)

—

Meridiam SAS (“Meridiam”) (Franza), ikkontrollata minn Meridiam Infrastructure Partners S.A.S. (Franza)

—

Groupe Exoès (l-“impriża konġunta”) (Franza).

Bpifrance Investissement u Meridiam se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Bpifrance Investissement hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi approvata u ssorveljata mill-Autorité des Marchés Financiers fi Franza,

—

Meridiam hija investitur globali u maniġer tal-assi li jispeċjalizza fil-ġestjoni sostenibbli tal-assi u, b’mod partikolari, fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ proġetti kummerċjali li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika,

—

L-impriża konġunta hija speċjalista fis-sistemi termali għall-batteriji elettriċi, il-muturi elettriċi, l-elettronika tal-enerġija u l-pompi tas-sħana. Hija tipprovdi servizzi ta’ konsulenza u ta’ inġinerija relatati mas-sistemi tat-tkessiħ tal-batteriji għall-vetturi elettriċi. Barra minn hekk, l-impriża konġunta qed tippjana li timmanifattura u tikkummerċjalizza batteriji elettriċi mill-2026.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 11411 — BPIFRANCE / MERIDIAM / EXOES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1717/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)