|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3932 |
19.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11518 — MACQUARIE / ABERDEEN / AIP / CERTAIN DIGI ASSETS IN SPAIN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3932)
1.
Fil-11 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sota Investments (UK) Holdco Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit) ikkontrollata fl-aħħar mill-aħħar minn Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja), |
|
— |
Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV-A, B.V. u Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV-B, B.V. (flimkien “Aberdeen”, it-tnejn min-Netherlands), u fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn abrdn plc (“Aberdeen Group”, ir-Renju Unit), |
|
— |
IAE-1 Holdco 4 Ltd. (“AIP”), parti minn Arjun Infrastructure Partners Limited (“AIP Group”) fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mis-Sur Surinder Singh Toor (kollha mir-Renju Unit), u |
|
— |
Network ta’ fibra sad-dar, Fibre-to-the home (“FTTH”) ta’ Digi Spain Telecom, S.L.U. (“Digi”) (“Certain Digi Assets in Spain”, kollha minn Spanja). |
Macquarie, Aberdeen, u AIP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt indirett ta’ Certain Digi Assets in Spain, li bħalissa hija proprjetà ta’ Digi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Macquarie Group hija fornitur globali ta’ servizzi ta’ investiment, bankarji u finanzjarji attiv f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inkluż l-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi bħar-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli. |
|
— |
Aberdeen hija maniġer tal-assi li tiġġestixxi klassijiet ta’ assi diversifikati jiġifieri ekwitajiet, introjtu fiss, proprjetà, infrastruttura u ekwità privata. Hija attiva f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi t-trasport, l-infrastruttura soċjali, l-iskart u t-trattament tal-ilma u n-networks tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa. |
|
— |
AIP Group hija kumpanija indipendenti tal-immaniġġjar tal-assi ddedikata għall-eżekuzzjoni u l-ġestjoni ta’ investimenti fl-infrastruttura tas-suq medju. AIP Group hija attiva fis-setturi tal-utilitajiet, tal-enerġija, tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fis-settur diġitali u tat-trasport. |
|
— |
Certain Digi Assets in Spain jikkonsistu minn network FTTH li fih total ta’ of 6 000 000 unitajiet tal-bini fi Spanja, li minnhom 4 250 000 unità huma diġà mgħammra u konnessi minn Digi għal forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet bl-imnut lill-klijenti konsumaturi ta’ Digi fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11518 — MACQUARIE / ABERDEEN / AIP / CERTAIN DIGI ASSETS IN SPAIN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3932/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)