<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑542/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0542</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:859">EU:T:2014:859</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141008">8.10.2014</DATE> — KAWŻA T‑542/11</P><P>ALOUMINION vs IL‑KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20141008">8 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Aluminium</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa preferenzjali tal-elettriku mogħtija permezz ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Rexissjoni ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni ġudizzjarja, fi proċeduri għal miżuri provviżorji, tal-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna ġdida</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑542/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alouminion AE</HT>, stabbilita fi Maroussi (il-Greċja), irrappreżentata minn G. Dellis, N. Korogiannakis, E. Chrysafis, D. Diakopoulos u N. Keramidas, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn D. Triantafyllou u É. Gippini Fournier, bħala aġenti, assistiti minn V. Chatzopoulos, avukat,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)</HT>, stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, E. Salaka u C. Synodinos, avukati,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 166, p. 83</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Prek, President, I. Labucka (Relatur) u V. Kreuschitz, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-1960, Alouminion tis Ellados AE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>AtE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li f’Lulju 2007 ir-rikorrenti, Alouminion AE, saret is-suċċessur tagħha fil-produzzjoni tal-aluminium fil-Greċja, ikkonkludiet kuntratt (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) mal-intervenjenti, il-kumpannija pubblika tal-elettriku, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), li bis-saħħa tiegħu ngħatat tariffa preferenzjali tal-elettriku (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>tariffa preferenzjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tal-kuntratt kien jistipula, fid-diversi verżjonijiet tiegħu, it-tiġdid tiegħu għal perijodi suċċessivi ta’ ħames snin, sakemm ma jiġix rexiss minn waħda mill-partijiet, b’avviż minn qabel ta’ sentejn permezz ta’ ittra rreġistrata b’talba għal konferma ta’ rċevuta indirizzata lill-parti l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-ftehim bejn AtE u l-Istat Grieg u fformalizzat permezz ta’ digriet leġiżlattiv tal-1969, il-kuntratt, kif emendat, kellu jiskadi fil-<DATE ISO="20060331">31 ta’ Marzu 2006</DATE> sakemm ma jiġix estiż skont id-dispożizzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni SG (92) D/867, tat-<DATE ISO="19920123">23 ta’ Jannar 1992</DATE>, Għajnuna kontenzjuża favur l-impriża A[tE], Għajnuna NN 83/91, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qieset li t-tariffa preferenzjali ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fi Frar 2004, DEI avżat lil AtE dwar ir-rexissjoni tal-kuntratt tagħha (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>rexissjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u waqfet, mill-aħħar ta’ Marzu 2006, milli tapplika fil-konfront tagħha t-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>AtE kkontestat ir-rexissjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz tad-Digriet Nru 80/2007, tal-<DATE ISO="20070105">5 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-Monomeles Protodikeio Athinon (qorti reġjonali b’Imħallef uniku ta’ Ateni, il-Greċja), fid-deċiżjoni tagħha fuq il-proċeduri għal miżuri provviżorji, issospendiet, provviżorjament u <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT>, l-effetti tar-rexissjoni, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ewwel digriet għal miżuri provviżorji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>miżura inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-ewwel digriet għal miżuri provviżorji, il-Monomeles Protodikeio Athinon qieset li r-rexissjoni ma kinitx valida abbażi tat-termini tal-kuntratt u tal-kuntest ġuridiku nazzjonali applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>DEI kkontestat l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji quddiem il-Polymeles Protodikeio Athinon (qorti reġjonali ta’ Ateni), li, fid-deċiżjoni tagħha fuq il-proċeduri għal miżuri provviżorji, laqgħet, <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT>, it-talba tagħha permezz tad-Digriet Nru 72/20<DATE ISO="20080308">08 ta’ Marzu 2008</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tieni digriet għal miżuri provviżorji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn naħa, bejn ir-rexissjoni u l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kif ukoll mit-tieni digriet għal miżuri provviżorji, DEI ma applikatx it-tariffa preferenzjali. Min-naħa l-oħra, bejn l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji u t-tieni digriet għal miżuri provviżorji (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>perijodu inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), AtE u, sussegwentement, ir-rikorrenti bbenefikaw mit-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’Lulju 2008, tressqu lmenti quddiem il-Kummissjoni dwar il-miżuri allegatament ta’ għajnuna mill-Istat favur ir-rikorrenti u li huma kkostitwiti, b’mod partikolari, mit-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100127">27 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Ellenika dwar id-deċiżjoni tagħha li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward, b’mod partikolari, tat-tariffa preferenzjali, li permezz tagħha hija stiednet lill-partijiet ikkonċernati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f’terminu ta’ xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni ta’ ftuħ<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ġiet ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, fis-<DATE ISO="20100416">16 ta’ April 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="096" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU C 96, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk it-tariffa preferenzjali ffatturata mid-DEI lil AtE u sussegwentement lir-rikorrenti, matul il-perijodu inkwistjoni, kinitx simili għat-tariffa applikata lill-konsumaturi kbar l-oħra tal-industrija tal-elettriku b’vultaġġ għoli, peress li t-tariffa preferenzjali kellha tispiċċa f’Marzu 2006, iżda din ġiet estiża permezz tal-ewwel digriet għal miżuri provviżorji.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika fil-<DATE ISO="20100331">31 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti fit-<DATE ISO="20100512">12 ta’ Mejju 2010</DATE>, fit-3 ta’ Marzu u fl-<DATE ISO="20110504">4 ta’ Mejju 2011</DATE> kif ukoll ta’ DEI fis-<DATE ISO="20100517">17 ta’ Mejju 2010</DATE>. Il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lir-Repubblika Ellenika filwaqt li tatha l-possibbiltà li twieġeb, hekk kif fil-fatt għamlet fis-16 ta’ Lulju u fis-<DATE ISO="20100806">6 ta’ Awwissu 2010</DATE> u fis-<DATE ISO="20110516">16 ta’ Mejju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Griegi fl-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Ir-Repubblika Ellenika wieġbet għal din it-talba permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20110211">11 ta’ Frar 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet oħra mingħand ir-rikorrenti fil-31 ta’ Mejju u fl-<DATE ISO="20110704">4 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2012/339/UE dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil AtE u lil Alouminion (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 166, p. 83</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet li r-Repubblika Ellenika kienet illegalment tat lil AtE u lir-rikorrenti, li saret is-suċċessur tagħha, għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 17.4 miljun permezz tat-tariffa preferenzjali matul il-perijodu inkwistjoni, jiġifieri minn Jannar 2007 sa Marzu 2008, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li l-imsemmija għajnuna kienet inkompatibbli mas-suq intern u stiednet lir-Repubblika Ellenika sabiex tirkupraha mir-rikorrenti (ara l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali, bħala miżura istruttorja skont l-Artikolu 65(d) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, sabiex titlob il-parir ta’ espert.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20120130">30 ta’ Jannar 2012</DATE>, DEI talbet tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din it-talba għal intervent ta’ DEI ntlaqgħat permezz ta’ digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20120327">27 ta’ Marzu 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-intervenjenti ppreżentat in-nota ta’ intervent tagħha fil-<DATE ISO="20120611">11 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u r-rikorrenti ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-imsemmija nota fid-19 u fit-<DATE ISO="20101123">23 ta’ Novembru 2010</DATE>, rispettivament.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 64(2)(a) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi ċerti dokumenti. Il-Kummissjoni laqgħet din it-talba fit-termini imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-intervenjenti, titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi intiżi li jikkontestaw, l-ewwel nett u prinċipalment, il-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna ġdida (l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ motivi); it-tieni nett u sussidjarjament, il-klassifikazzjoni tat-tariffa preferenzjali bħala għajnuna mill-Istat (il-ħames, is-sitt, is-seba’ u t-tmien motivi) u t-tielet nett u iktar sussidjarjament, l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna ġdida li tirriżulta mill-miżura inkwistjoni (id-disa’ u l-għaxar motivi).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa xieraq li qabelxejn jiġi eżaminat l-ewwel motiv tar-rikors, ibbażat fuq żbalji fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala għajnuna ġdida, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ikkunsidrat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>8</NO.P><TXT>A[tE] twaqqfet fl-1960, b’ċerti privileġġi mogħtija mill-Istat Grieg, inkluża l-provvista tal-elettriku b’rata [tariffa] mnaqqsa. Skont it-termini tal-istatuti li jistabbilixxu l-privileġġi, il-provvista tal-elettriku b’rata mnaqqsa kellha tiskadi f’Marzu 2006, sakemm [DEI] tat lil A[tE] avviż xieraq dwar dan sentejn qabel. Fis-<DATE ISO="20040226">26 ta’ Frar 2004</DATE> (jiġifieri aktar minn sentejn qabel l-iskadenza tal-privileġġ), [DEI] avżat debitament lil A[tE], u wara dan [DEI] waqfet tapplika r-rata preferenzjali fl-aħħar ta’ Marzu 2006.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn Marzu 2006 sa Jannar 2007, A[tE] ħallset it-tariffa [standard].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, A[tE] ikkontestat il-waqfa tar-rata preferenzjali fil-qorti u f’Jannar 2007, qorti tal-Prim’Istanza ordnat bħala miżura interim [provviżorja] li r-rata preferenzjali terġa’ tibda sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu. Din id-deċiżjoni interim min-naħa tagħha ġiet appellata minn [DEI] u ġiet ikkonfutata [annullata] f’Marzu 2008 (sentenza dwar il-mertu għadha pendenti).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-konsegwenza prattika tad-deċiżjonijiet tal-qorti kienet li r-rata preferenzjali ġiet applikata mill-ġdid lil A[tE, sussegwentement, lir-rikorrenti] minn Jannar 2007 sa Marzu 2008. F’dan il-perjodu, skont id-dejta pprovduta mill-awtoritajiet Griegi, A[tE, sussegwentement, ir-rikorrenti kienu] ħallset EUR 17,4 miljun inqas milli kien ikollha tħallas taħt it-tariffa [standard].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Il-miżura [inkwistjoni] tikkostitwixxi għajnuna illegali</TXT></NP></ITEM></LIST></P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>[Ir-rikorrenti] targumenta li l-ewwel [digriet għal miżuri provviżorji] ma nvolvietx emenda sostanzjali [fit-tariffa] preferenzjali inizjali [mifthiema permezz ta’ kuntratt]. Għalhekk, skont [ir-rikorrenti], l-[ewwel digriet għal miżuri provviżorji] ma tatx għajnuna ġdida lil A[tE] u l-miżura tal-prezzijiet [tariffa] [...] preferenzjali baqgħet bħala għajnuna eżistenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tar-[rikorrenti]. It-termini inizjali tar-rata preferenzjali, li kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, ipprovdew li l-għajnuna kienet tispiċċa f’Marzu 2006 bil-kundizzjoni li [DEI] tat l-avviż dovut. Ladarba sar dan, l-għajnuna eżistenti waqfet, kif meħtieġ skont it-termini tal-għoti inizjali tar-rata preferenzjali. Kwalunkwe għoti ta’ rata mnaqqsa tal-elettriku li jissodisfa d-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (bħalma hu l-każ hawnhekk) huwa għalhekk għajnuna ġdida, irrispettivament mill-fatt li t-termini tiegħu jistgħu jkunu simili għall-miżura preċedenti ta’ għajnuna eżistenti. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika b’mod ċar li l-estensjoni tal-għajnuna eżistenti tikkostitwixxi għajnuna ġdida u għandha tiġi notifikata [sentenzi tat-<DATE ISO="19730712">12 ta’ Lulju 1973</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, 70/72, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:87">EU:C:1973:87</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, u tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni, C‑197/99 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:444">EU:C:2003:444</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 109]. A fortiori, dan huwa l-każ ukoll meta għajnuna eżistenti li tkun intemmet tiġi attivata mill-ġdid bosta xhur wara.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li din l-għajnuna ġdida ma kinitx notifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, din hija illegali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, fis-sens li, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni qieset f’din id-deċiżjoni li l-kuntratt skada f’Marzu 2006, peress li l-kuntratt kien jipprovdi wkoll għat-tiġdid tiegħu għal perijodi ta’ ħames snin, sakemm ma jkunx hemm rexissjoni fit-terminu u skont metodi preċiżi, b’mod li l-kuntratt ma kienx ser jiskadi awtomatikament f’Marzu 2006.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, ir-rexissjoni kienet allegatament tmur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi obbligu ta’ provvista tal-elettriku u tikkostitwixxi abbuż minn pożizzjoni dominanti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, id-deċiżjoni kkontestata kienet allegatament ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji estenda t-tariffa preferenzjali, peress li l-imsemmi digriet bl-ebda mod ma ddeċieda fuq il-mertu tal-kawża u kellu biss awtorità provviżorja ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> bil-konsegwenza unika li jissospendi, <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT>, l-effetti tar-rexissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, id-deċiżjoni kkontestata kienet allegatament ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kien ġie <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>annullat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> permezz tat-tieni digriet għal miżuri provviżorji, peress li, skont id-dritt proċedurali nazzjonali, it-tieni digriet għal miżuri provviżorji pproċeda għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>revoka<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-ewwel wieħed, jiġifieri mingħajr effetti retroattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, id-deċiżjoni kkontestata kienet allegatament ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni kienet ġiet adottata bis-saħħa ta’ sistema legali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>simili<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għal dik tal-għajnuna eżistenti, filwaqt li l-miżura inkwistjoni żammet l-istess tariffa preferenzjali, b’mod li l-miżura inkwistjoni ma setgħetx tikkostitwixxi għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn naħa tagħha, il-Kummissjoni ssostni li hija stabbilixxiet, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kien jikkostitwixxi għajnuna ġdida, li kellu, taħt piena ta’ illegalità, jiġi nnotifikat lilha.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ewwel lok, il-kuntratt kellu, f’konformità mat-termini tiegħu, jiskadi effettivament f’Marzu 2006, għal kuntrarju ta’ dak li jirriżulta mill-ewwel digriet għal miżuri provviżorji, liema digriet ipproċeda minn interpretazzjoni żbaljata tad-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kien jikkostitwixxi miżura, ċertament provviżorja u, fil-każ ineżami, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> limitata fiż-żmien, iżda li tikkostitwixxi drittijiet, b’effetti <HT TYPE="ITALIC">ex nunc</HT>, b’mod li hija kienet tikkostitwixxi miżura ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, filwaqt li tammetti li l-metodu ta’ kalkolu tat-tariffa preferenzjali ma inbidilx, il-Kummissjoni tipprovdi bosta argumenti sabiex tistabbilixxi n-natura l-ġdida tal-għajnuna, jiġifieri, l-ewwel nett, il-bażi legali u kuntrattwali tal-għajnuna saret ġudizzjarja; it-tieni nett, il-bażi materjali tal-għajnuna ma tirriżultax iktar minn ftehim bejn il-partijiet, iżda hija imposta unilateralment mill-impriża benefiċjarja fuq l-Istat, indirettament (bħala konsegwenza), permezz ta’ kawża ċivili; it-tielet nett, ir-raġunijiet ta’ interess ġenerali li kienu jeżistu fl-1960 ma għadhomx jeżistu u hemm involut biss il-profitt tal-impriża benefiċjarja u, ir-raba’ nett, it-tul tal-għajnuna huwa inċert u, fi kwalunkwe każ, ma huwiex relatat mal-loġika ekonomika li kienet tipprevali meta ġie stabbilit il-perijodu ta’ validità inizjali tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza jirriżulta li meta ġiet estiża t-tariffa preferenzjali, l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kkostitwixxa miżura għal għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fin-nota ta’ intervent tagħha, l-intervenjenti ssemmi elementi differenti insostenn tal-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn naħa, hija tiddikjara li, għal kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, it-termini tal-kuntratt kienu jippermettu li jiġi rexiss b’effett mill-<DATE ISO="20060331">31 ta’ Marzu 2006</DATE>, kif jirriżulta mit-tieni digriet għal miżuri provviżorji, liema digriet kien definittiv għal dak li jirrigwarda l-proċeduri għal miżuri provviżorji.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kienet, ġustament, ikkunsidrat li l-miżura inkwistjoni kienet estendiet għajnuna eżistenti, b’mod li l-imsemmija miżura tat għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Preliminarjament, minn naħa, il-Qorti Ġenerali tfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 108(3) TFUE, kull proġett ta’ għajnuna ġdida għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni qabel ma jiġiimplementat u li kull għajnuna ġdida mogħtija mingħajr awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni hija illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 1(c) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), għajnuna ġdida tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu tibdil lill-għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u għajnuna eżistenti tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>għajnuna awtorizzata, li tfisser skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida l-miżuri meħuda wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jagħtu jew ibiddlu għajnuna, indipendentement mill-fatt dwar jekk dawn il-bidliet jirrigwardawx għajnuna eżistenti (sentenza tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Todaro Nunziatina &amp; C., C‑138/09, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:291">EU:C:2010:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-fatt, fil-premessa 35 tad-deċiżjoni kkontestata, li t-tariffa preferenzjali miftiehma permezz tal-kuntratt, konkluż fl-1960, jiġifieri ħafna qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunitajiet Ewropej, kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, għall-inqas sakemm ittieħdet il-miżura inkwistjoni, jiġifieri qabel l-adozzjoni tal-ewwel digriet għal miżuri provviżorji.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni sostniet, fl-istess premessa 35 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-miżura inkwistjoni kienet estendiet l-għajnuna eżistenti meta bidlet it-tul tal-kuntratt u, għaldaqstant, dak tal-vantaġġ tat-tariffa preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ċertament, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-estensjoni ta’ għajnuna eżistenti toħloq għajnuna ġdida separata mill-għajnuna estiża u li l-bidla fit-tul tal-għajnuna eżistenti għandha titqies bħala għajnuna ġdida (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20131204">4 ta’ Diċembru 2013</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑111/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:785">EU:C:2013:785</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58, u Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑121/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:784">EU:C:2013:784</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza tas-<DATE ISO="20020306">6 ta’ Marzu 2002</DATE>, Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, Τ‑127/99, T‑129/99 u T‑148/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:59">EU:T:2002:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 175).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu kien ġie deċiż li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108(1) u (3) TFUE, l-introduzzjoni ta’ għajnuna ġdida jew it-tibdil ta’ għajnuna eżistenti għandha tiġi evalwata b’riferiment għad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxuha, għall-modalitajiet tagħhom u għal-limiti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="19940809">9 ta’ Awwissu 1994</DATE>, Namur-Les assurances du crédit, C‑44/93, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:311">EU:C:1994:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28). Għalhekk, huwa biss fil-każ li l-bidla taffettwa s-sustanza stess tal-iskema inizjali li din l-iskema tinbidel għal skema ta’ għajnuna ġdida (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Todaro Nunziatina &amp; C., <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:291">EU:C:2010:291</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 46 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, fil-każ ineżami, huwa stabbilit li l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji ssospenda l-effetti tar-rexissjoni ta’ kuntratt li bis-saħħa tiegħu kienet ingħatat it-tariffa preferenzjali, b’mod li, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji kien żamm, provviżorjament, it-tariffa preferenzjali matul il-perijodu inkwistjoni. Madankollu għandu jiġi kkonstatat li dan l-intervent tal-Imħallef għal miżuri provviżorji ma kellux la l-għan u lanqas l-effett li jbiddel is-sustanza tal-għajnuna eżistenti. Fil-fatt, dan la biddel id-dispożizzjonijiet kuntrattwali jew leġiżlattivi dwar it-tariffa preferenzjali, u lanqas biddel il-modalitajiet jew il-limiti tal-imsemmija tariffa, iżda kien jikkonsisti biss f’evalwazzjoni dwar ir-regolarità tar-rexissjoni tal-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Imħallef għal miżuri provviżorji, minflok ma ta għajnuna ġdida, kif sostniet il-Kummissjoni, illimita ruħu li jiddeċiedi provviżorjament fuq il-kawża li kienet tressqet quddiemu, li kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-kuntratt li minnu toriġina t-tariffa preferenzjali kienx għadu jipproduċi l-effetti tiegħu. Minn dan jirriżulta neċessarjament li s-sospensjoni tar-rexissjoni tal-kuntratt wara l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji ma għandhiex titqies bħala vantaġġ ġdid u separat mill-għajnuna eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji ma jistax jitqies bħala l-istabbiliment jew it-tibdil ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Jekk jingħad il-kuntrarju, dan ikun ifisser li l-qorti nazzjonali li tkun qed tiddeċiedi fi proċeduri għal miżuri provviżorji fuq kawża li tirrigwarda kuntratt, bħal fil-każ ineżami, tkun obbligata, fil-fatt u fid-dritt, tinnotifika lill-Kummissjoni u tissottometti għall-istħarriġ preventiv tagħha mhux biss l-għajnuna ġdida jew it-tibdil ta’ għajnuna fihom infushom mogħtija lil impriża benefiċjarja ta’ għajnuna eżistenti, iżda l-miżuri kollha li jaffettwaw l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt li jistgħu jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern, fuq il-kompetizzjoni jew sempliċiment fuq it-tul attwali, matul perijodu speċifiku, ta’ għajnuna li bħala prinċipju tibqa’ disponibbli u dan minkejja li l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ inkompatibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi deċiż li, meta kklassifikat il-miżura inkwistjoni bħala għajnuna ġdida, il-Kummissjoni vvizzjat id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-argumenti tal-Kummissjoni u tal-intervenjenti fl-atti tagħhom prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistgħux jikkontestaw din il-konklużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabelxejn, fil-kawża li wasslet għas-sentenza Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:59">EU:T:2002:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, anki li kieku l-vantaġġi inkwistjoni kienu jikkostitwixxu biss l-estensjoni ta’ miżura li kienet tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, xorta jibqa’ l-fatt li, minħabba l-bidla fit-tul tal-għajnuna inkwistjoni, din tal-aħħar għandha titqies bħala għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (Τ‑53/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:267">EU:T:2010:267</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tirrigwarda l-estensjonijiet ta’ tariffa preferenzjali favur impriża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-imsemmija estensjonijiet kienu jikkostitwixxu għajnuna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali waslet għal dawn l-evalwazzjonijiet biss għaliex l-imsemmija estensjonijiet mhux talli ma kinux awtomatiċi iżda kienu jeħtieġu interventi leġiżlattivi sabiex jinbidel il-vantaġġ iffissat inizjalment (sentenzi Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:59">EU:T:2002:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 11 sa 20, u L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:267">EU:T:2010:267</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, l-ebda intervent leġiżlattiv ma biddel it-tariffa preferenzjali u li l-ewwel digriet għal miżuri provviżorji bl-ebda mod ma biddel il-kuntest ġuridiku nazzjonali inizjali ta’ din it-tariffa.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-kawża li waslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, Regione autonoma della Sardegna vs Il‑Kummissjoni (T‑394/08, T‑408/08, T‑453/08 u T‑454/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:493">EU:T:2011:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li għajnuna mogħtija fuq bażi legali sostanzjalment differenti mill-iskema approvata mid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni kellha titqies li hija għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan l-aħħar każ, minn naħa, l-għajnuna inizjali kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, l-għajnuna ġdida kienet ingħatat permezz ta’ att leġiżlattiv ġdid li jmur kontra d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni (sentenza Regione autonoma della Sardegna vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:493">EU:T:2011:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 175 sa 177).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, fil-każ ineżami, ma jistax jiġi kkontestat serjament il-fatt li l-miżura inkwistjoni ma kellhiex bħala għan li tibdel il-kuntest ġuridiku tat-tariffa preferenzjali meta mqabbel ma’ dak approvat permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, indipendentement mill-kwistjoni dwar l-effett, f’din il-kawża, tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="19920123">23 ta’ Jannar 1992</DATE> (ara l-punt 4 iktar ’il fuq), li tirrigwarda għajnuna eżistenti mhux għaliex din kienet ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni, iżda għaliex din kienet ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Finalment, mhux biss il-bażi legali u kuntrattwali tal-għajnuna ma saritx ġudizzjarja fil-każ ineżami minħabba l-effett tal-ewwel digriet għal miżuri provviżorji, iżda baqgħet tapplika fir-rigward tal-kuntratt u tad-dritt nazzjonali rilevanti, kif interpretat, provviżorjament, fl-ewwel digriet għal miżuri provviżorji, indipendentement mill-kwistjoni tal-kuntest ekonomiku eżistenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u mill-kwistjoni tal-possibbiltà u tar-regolarità tar-rexissjoni, liema rexissjoni ma kinitx is-suġġett, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ta’ deċiżjoni ġudizzjarja fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv tar-rikors għandu jintlaqa’ u d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed deċiżjoni la dwar il-motivi l-oħra tar-rikors u lanqas dwar it-talba tar-rikorrenti għal miżura istruttorja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress illi l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-rikorrenti, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni 2012/339/UE tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.26117 – C 2/2010 (ex NN 62/2009) mogħtija mill-Greċja lil Aluminium of Greece SA, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alouminion AE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20141008">8 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>