15.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10896 – ORANGE/MASMOVIL/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 96/07)

1.   

Fit-13 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Orange Espagne S.A.U. (“OSP”, Spanja), ikkontrollata minn Orange S.A. (“Orange”, Franza),

—

MASMOVIL Ibercom S.A.U. (“MASMOVIL”, Spanja), ikkontrollata minn Lorca JVCo. Limited (“Lorca”, ir-Renju Unit).

Orange u Lorca se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV li għadha kemm twaqqfet li tikkombina OSP u MASMOVIL.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Orange hija operatur tat-telekomunikazzjonijiet globali Franċiża preżenti fis-suq Spanjol tat-telekomunikazzjonijiet permezz tas-sussidjarja tagħha OSP. OSP tipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni tal-mobile u dik fissa lil klijenti residenzjali, klijenti kummerċjali u klijenti bl-ingrossa fi Spanja.

—

LORCA hija kumpanija azzjonista li tikkontrolla MASMOVIL. MASMOVIL hija operatur tat-telekomunikazzjonijiet stabbilita fi Spanja. MASMOVIL tipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni fissa u tal-mobile prinċipalment lil klijenti residenzjali fi Spanja.

—

Il-JV li għadha kif twaqqfet se tikkombina n-negozji tat-telekomunikazzjoni mobbli u fissa tal-OSP u tal-MASMOVIL.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10896 – ORANGE/MASMOVIL/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).