|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1271 |
30.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1271
tad-29 ta’ April 2024
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1), (2) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Frar 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied sitt persuni mal-lista ta’ individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Dawk is-sitt persuni jeħtieġ li għalhekk jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 u li jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness Ia ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għamel disponibbli wkoll aktar informazzjoni dwar żewġ persuni inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li l-entrati tagħhom jeħtieġ li għalhekk jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I u l-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I u l-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
ANNESS
(1) Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fil-Parti a), “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:
(psewdonimu: a) AMIKWE LEPIC) b) LE POÈTE, c) ADONIA)
Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Kummissarju għad-Difiża għall-Forces Démocratiques de Libération du Rwanda – Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR-FOCA).
Data tat-twelid: 1964.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(b), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016) taħt ‘il-kategorija ta’ mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew ir-risistemazzjoni ta’ kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi’; ‘li jippjanaw, jidderieġu jew iwettqu atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti mmirati lejn persuni ċivili, inkluż qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, sekwestru ta’ persuna, spostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet’; u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn individwu jew entità deżinjata’, kif estiż bir-Riżoluzzjoni 2688(2023). Bħala mexxej militari tal-FDLR-FOCA, Apollinaire HAKIZIMANA huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-grupp.
Il-‘Forces démocratiques de libération du Rwanda-Forces combattantes abacunguzi’ (FDLR-FOCA), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK isostni kunflitt armat, instabbiltà u insigurtà fir-RDK u huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż, inkluż qtil ta’ persuni ċivili, u ksur serju, bħal stupru u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u sekwestru ta’ persuna inkluż kontra t-tfal. Il-FDLR-FOCA huwa mmexxi minn individwi sanzjonati ‘Logutenent Ġeneral’ Gaston Iyamuremye, bil-psewdonimu Rumuli jew Victor Byiringiro u ‘Ġeneral’ Pacifique Ntawunguka, bil-psewdonimu Omegam .
Bħala mexxej tal-FDLR-FOCA, Apollinaire HAKIZIMANA huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK. Bħala Logutenent Ġeneral u l-Kummissarju għad-Difiża tal-FDLR-FOCA, Apollinaire HAKIZIMANA jmexxi entità ddeżinjata flimkien ma’ individwi deżinjati.
40. Ahmad Mahmood HASSAN(psewdonimi: a) Ahmed Mahamud Hassan ALIYANI b) Ahmad Mahmoud HASSAN c) Ahmad Mahamood HASSAN d) Ahmed Mahmoud HASSAN e) Abu WAQAS f) SAINT JOYAGE g) JUNDI h) ABWAKASI i) ABUWAKAS j) MURABU k) MARABOU l) MWARABU m) LEBLANC)
Deżinjazzjoni: a) Logutenent Ġeneral b) Mexxej għoli tal-Allied Democratic Forces (ADF)
Data tat-twelid: a) 21 ta’ Lulju 1997 b) 1993.
Nazzjonalità: Ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija.
Numru tal-passaport: a) United Republic of Tanzania AB850901 jiskadi fil-11 ta’ Diċembru 2026 b) United Republic of Tanzania AB187304 (Skada fit-28 ta’ Novembru 2016).
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Ahmad Mahmood HASSAN ġie elenkat fl-20 ta’ Frar 2024 skont il-paragrafi 7(b), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016) u l-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni 2641(2022), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023). Ahmad Mahmood HASSAN imexxi unità ta’ entità sanzjonata u grupp armat barrani li jopera fir-RDK: l-Allied Democratic Forces (ADF). Bħala mexxej tal-ADF, Ahmad Mahmood HASSAN għandu kmand u kontroll effettivi fuq il-kumbattenti tal-grupp. Ahmad Mahmood HASSAN huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK. Ahmad Mahmood HASSAN huwa involut fil-produzzjoni u l-manifattura ta’ apparat esplożiv improvviżat fir-RDK, kif ukoll fl-ippjanar, l-ordni, l-għajnuna, l-assistenza jew l-assistenza b’xi mod ieħor fl-attakki fir-RDK b’apparat esplożiv improvviżat.
B’referenza għall-paragrafu 7(b) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016): ir-rapport finali tal-2021 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK jiddikjara li Ahmad Mahmood HASSAN, bħala ‘kmandant ta’ kamp f’Irungu/Mwalika, irċieva rekluti ġodda u pprovdielhom taħriġ militari u ideoloġiku’. Għaldaqstant, huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK.
B’referenza għall-paragrafu 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016): Ahmad Mahmood HASSAN kien involut direttament fl-ippjanar u t-twettiq ta’ attakki tal-ADF, inkluż attakk tas-16 ta’ Ġunju 2023 fuq l-Iskola Sekondarja ta’ Lhubiriha fl-Uganda, bumbardament fil-belt żgħira ta’ Kasindi (territorju ta’ Beni) fil-15 ta’ Jannar 2023, u attakk bil-bombi f’Goma fis-7 ta’ April 2022 li qatel sitt persuni u darab 16 oħra.
Ahmad Mahmood HASSAN huwa wieħed mill-isponsors ewlenin tal-attakki fuq it-territorju tal-Uganda: Mpondwe, fis-16 ta’ Ġunju 2023 (inqatlu 42 persuna ċivili), u Queen Elizabeth National Park, fis-17 ta’ Ottubru 2023 (tliet persuni ċivili maqtula). Skont is-sorsi Kongoliżi u Ugandiżi, huwa ħarreġ u mexxa direttament l-unitajiet tal-battaljuni li wettqu l-attakki fl-Uganda mir-RDK, inkluż il-kmandant tal-ADF MUSA KAMUSI. Ahmad Mahmood HASSAN, flimkien mal-uffiċjal għoli MEDDIE NKALUBO, ilu mill-2023 imexxi attakki kbar tal-ADF fuq it-territorju tal-Uganda.
Filgħaxija tas-7 ta’ April 2022, seħħet splużjoni f’bar fil-viċinat ta’ Mabanga Sud ta’ Goma, magħruf ukoll bħala l-kamp militari ta’ Katindo. Inqatlu sitt persuni u mill-inqas 16-il persuna ndarbu. L-evidenza miġbura fuq il-post mill-Grupp ta’ Esperti tan-NU, ikkorroborata mis-sorsi tal-FARDC, it-tobba forensiċi, ir-rendikonti tax-xhieda u s-sorsi tal-ADF, indikat li l-isplużjoni kienet ir-riżultat ta’ ġakketta esplożiva li ntlibset minn mara maqtula fl-attakk. Tliet kollaboraturi tal-ADF u tliet sorsi tal-intelligence rrapportaw li l-attakk kien ġie ppjanat mill-ADF, abbażi tan-network tagħha ta’ kollaboraturi f’Goma. Mill-inqas tliet individwi, identifikati bħala ‘Hassan’, ‘Yusuf’ u ‘Masika’, kienu parti min-network tal-ADF f’Goma u kienu rċevew struzzjonijiet minn Meddie Nkalubo u Abwakasi (HASSAN). Dan l-attakk immarka l-ewwel attakk dokumentat tal-ADF f’Goma li kien jinvolvi apparat esplożiv improvviżat.
Ir-rapport finali tal-2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK jiddikjara wkoll li HASSAN ‘kien dak li ħa d-deċiżjoni finali dwar il-post u d-dati tal-attakki b’IED, u li kien talab li l-attakki jikkawżaw l-għadd massimu ta’ vittmi.’ Minħabba l-pożizzjoni ta’ tmexxija għolja tiegħu fi ħdan l-ADF u l-involviment dirett tiegħu fl-ippjanar u t-twettiq ta’ attakki tal-ADF, Ahmad Mahmood HASSAN huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.
B’referenza għall-paragrafu 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016): ir-rapport finali tal-2021 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK jiddikjara li Ahmad Mahmood HASSAN, bħala ‘kmandant ta’ kamp f’Irungu/Mwalika, irċieva rekluti ġodda u pprovdielhom taħriġ militari u ideoloġiku’. Għaldaqstant, huwa qed jaġixxi f’isem l-ADF.
B’referenza għall-paragrafu 3 tar-Riżoluzzjoni 2641(2022): ir-rapport finali tal-2021 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU jiddikjara li Ahmad Mahmood HASSAN kien ‘responsabbli għall-fabbrikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-IEDs tal-ADF u l-provvista ta’ armi fil-kamp tiegħu.’ Ir-rapport finali tal-2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK fih ukoll dettalji ta’ għadd ta’ bombi magħmula minn Ahmad Mahmood HASSAN, inkluż l-IED li splodiet f’suq iffullat fil-belt ta’ Beni fil-25 ta’ Jannar 2023. Ahmad Mahmood HASSAN huwa involut fil-produzzjoni u l-manifattura ta’ apparat esplożiv improvviżat fir-RDK. Dak ir-rapport finali tal-2023 jiddikjara wkoll li Ahmad Mahmood HASSAN ‘kien dak li ħa d-deċiżjoni finali dwar il-post u d-dati tal-attakki b’IED, u li kien talab li l-attakki jikkawżaw l-għadd massimu ta’ vittmi.’ Minħabba l-pożizzjoni ta’ tmexxija għolja tiegħu fl-ADF u l-involviment dirett tiegħu fl-ippjanar u t-twettiq tal-attakki tal-ADF, Ahmad Mahmood HASSAN huwa għalhekk involut fil-kummissjoni, l-ippjanar, l-ordni, l-għajnuna, il-kompliċità jew l-assistenza b’xi mod ieħor ta’ attakki fir-RDK b’apparat esplożiv improvviżat.
41. Michel RUKUNDA(psewdonimu: MAKANIKA)
Deżinjazzjoni: Kmandant u mexxej militari tal-grupp armat Twirwaneho.
Data tat-twelid: 12 ta’ Settembru 1974.
Post tat-twelid: Minembwe, South Kivu, Democratic Republic of the Congo.
Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c), 7(d) u 7(e) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016) taħt il-’kategorija ta’ mexxejja politiċi u militari tal-milizzji Kongoliżi, inkluż dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kumbattenti tagħhom fil-proċessi ta’ diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni’; ‘li jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’kunflitti armati fir-RDK bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli’; ‘li jippjanaw, jidderieġu jew iwettqu atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti mmirati lejn persuni ċivili, inkluż qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, sekwestru ta’ persuna, spostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet’ u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn individwu jew entità deżinjata’, kif estiż bir-Riżoluzzjoni 2688(2023). Bħala mexxej militari ta’ milizzja Kongoliża armata, Michel RUKUNDA huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-grupp.
Michel RUKUNDA huwa kmandant u mexxej militari ġenerali tal-grupp armat Twirwaneho, attiv f’Kivu t’Isfel. Taħt il-kmand tiegħu, dan il-grupp jirrekluta tfal sa mill-età żgħira ta’ 12-il sena għal parteċipazzjoni attiva f’ostilitajiet, inkluż bħala gwardji, skorti personali armati għal Michel RUKUNDA, u kumbattenti. It-tfal ġew reklutati, inkluż bil-forza, kważi esklużivament mill-komunità ta’ Banyamulenge. Taħt it-tmexxija ta’ Michel RUKUNDA ta’ Twirwaneho, il-grupp armat qatel u kkastiga lil persuni ċivili talli rrifjutaw li jissieħbu jew li jippermettu lill-uliedhom milli jissieħbu.
42. Mohamed Ali NKALUBO(psewdonimi: a) Meddie NKALUBO b) Meddie LEE c) KASIBANTE d) Abou SHAUKAN e) DEFENDER f) PUNNY BOY g) Abdul JIHAD h) Abu SHAUKAN i) PUNISHER)
Deżinjazzjoni: Mexxej għoli tal-Allied Democratic Forces (ADF) għall-operazzjonijiet/organizzazzjoni/appoġġ, kif ukoll komunikazzjoni u propaganda.
Data tat-twelid: a) 1987 b) 1988 c) 1991 d) 1992 e) 1993.
Post tat-twelid: Kampala, Uganda.
Nazzjonalità: L-Uganda.
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(b), 7(d), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023): Mohamed Ali NKALUBO kien involut u jkompli jinvolvi ruħu f’atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK u li jdgħajfu l-paċi u s-sigurtà tar-RDK. Mohamed Ali NKALUBO għandu rwol ewlieni fil-grupp armat tal-ADF, li huwa entità ddeżinjata. Bħala mexxej għoli tal-ADF, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għal reati mwettqa mill-ADF (qtil, sekwestru ta’ persuna, serq, reklutaġġ ta’ suldati tfal, abbuż sesswali, u kummerċ illegali, estrazzjoni minerarja, tassazzjoni, u proliferazzjoni tal-armi) u huwa responsabbli għall-ġustifikazzjoni tal-attakki ripetuti u intenzjonati mwettqa mill-grupp kontra persuni ċivili f’Ituri u f’Kivu ta’ Fuq. Huwa ġie identifikat ukoll bħala l-persuna responsabbli għall-fabbrikazzjoni tal-armi għall-ADF u kien responsabbli għat-tqarrib tal-ADF mal-ISIL/Stat Iżlamiku sa mill-2017.
Mohamed Ali NKALUBO abbuża b’mod konsistenti u ripetut mis-setgħa tiegħu bħala mexxej militari tal-entità sanzjonata ADF, u b’hekk dgħajjef il-paċi u s-sigurtà tar-RDK u wettaq abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa ppjana jew ipparteċipa fl-ippjanar ta’ diversi attakki fit-territorju tar-RDK. Fil-15 ta’ Jannar 2023, apparat esplożiv tal-ADF sploda fil-Knisja Pentekostali f’Kasindi, 56km fix-Xlokk tal-belt ta’ Beni (il-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq). L-isplużjoni, li seħħet matul quddiesa, qatlet mill-inqas 13-il persuna ċivili u darbet aktar minn 76 oħra. Fit-2 u t-3 ta’ April 2023, l-ADF wettqu sensiela ta’ attakki li rriżultaw fil-qtil ta’ mill-inqas 31 persuna ċivili qrib il-fruntiera tat-territorji ta’ Mambasa u Irumu (il-provinċja ta’ Ituri). Fis-7 ta’ April 2023, l-elementi tal-ADF attakkaw u qatlu mill-inqas 24 persuna ċivili, inkluż 14-il raġel u 10 nisa, fir-raħal ta’ Musamdaba qrib Enebuela, 25km fil-Majjistral tal-belt ta’ Beni. Fl-11 ta’ April 2023, pattulja tal-MONUSCO, li kienet qed tirrispondi għal attakk irrapportat f’Mabelenga (il-provinċja ta’ Ituri), ġiet imfixkla minn elementi tal-ADF. Bħala koordinatur tal-operazzjonijiet esterni tal-ADF, Mohamed Ali NKALUBO jikkoordina l-loġistika tal-ADF u n-networks ta’ faċilitazzjoni. Sa mill-2021, Mohamed Ali NKALUBO ttrasferixxa finanzjament lil operaturi tal-ADF b’appoġġ għal operazzjonijiet fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar. Bħala l-persuna ewlenija wara l-fabbrikazzjoni tal-apparat esplożiv fil-grupp, huwa ħarreġ lill-persuna li wettqet l-attakk suwiċida ta’ Katindo fis-7 ta’ April 2022. Mohamed Ali NKALUBO dderieġa wkoll l-attakk tat-23 ta’ Ottubru 2021 fuq ristorant f’Kampala, l-Uganda, li kellu fil-mira tiegħu post allegatament iffrekwentat minn uffiċjali tal-Uganda. Huwa kien ukoll involut direttament f’attentat ta’ attakk fir-Rwanda f’Awwissu u Settembru 2021. Huwa assoċjat mill-qrib taċ-ċittadin tat-Tanzanija Ahmed Mahmoud HASSAN bil-psewdonimu ABU WAKAS jew ABWAKASI, wieħed mill-isponsors ewlenin tal-attakki fuq it-territorju tal-Uganda: Mpondwe, fis-16 ta’ Ġunju 2023, u Queen Elizabeth Park, fis-17 ta’ Ottubru 2023.
Ismu jidher fir-rapport finali tal-2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK.
43. William Amuri YAKUTUMBA(psewdonimu: YAKUTUMBA)
Deżinjazzjoni a) Segretarju Ġenerali u mexxej għall-Coalition Nationale du Peuple pour la Souveraineté du Congo (CNPSC) (sa Frar 2023) b) fundatur u mexxej ta’ MAI-MAI YAKUTUMBA.
Data tat-twelid: a) 1970 b) 1972.
Post tat-twelid: Lunbondja, Fizi Territory, South Kivu, Democratic Republic of the Congo.
Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c), 7(d), 7(e) u 7(g) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023): William Amuri YAKUTUMBA kien involut u jkompli jinvolvi ruħu f’atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK u li jdgħajfu l-paċi u s-sigurtà tar-RDK.
William Amuri YAKUTUMBA abbuża b’mod konsistenti u ripetut mis-setgħa tiegħu f’rwoli ta’ tmexxija militari fil-milizja MAI MAI YAKUTUMBA biex idgħajjef il-paċi u s-sigurtà tar-RDK, inkluż permezz tal-kummerċ illeċitu u l-isfruttament tar-riżorsi naturali, u t-twettiq ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK, inkluż stupru, stupru tal-massa u forom oħra ta’ vjolenza sesswali u abbażi ta’ sess. Huwa ppjana jew ipparteċipa fl-ippjanar ta’ diversi attakki fit-territorju tar-RDK u fil-provinċji ta’ Kivu ta’ Fuq u t’Isfel. Mill-2021, il-koalizzjoni MAI MAI involviet ruħha fi ġlied mal-grupp armat ta’ Twirwaneho, li attakka il-persuni ċivili ta’ Banyamulenge. Tnedew diversi attakki f’villaġġi madwar Bibokoboko f’Ottubru 2021, fejn inqatlu madwar 30 persuna ċivili ta’ Banyamulenge, inkluż nisa u tfal, u li wasslu għal spostament tal-massa. Fl-2021, il-milizzja MAI MAI YAKUTUMBA ħadet il-kontroll tal-minjieri tad-deheb ta’ Makungu, Kuwa u Mitondo li jinsabu madwar il-belt ta’ Misisi, u tal-produzzjoni u l-kummerċ tad-deheb li joriġina minnhom. Fi Frar 2023, William Amuri YAKUTUMBA tkeċċa mit-tmexxija tas-CNPSC minħabba nuqqas ta’ qbil mill-Coalition Political Directory, meta ddeċieda unilateralment li jmur f’Kivu ta’ Fuq u jiġġieled l-M23.
Ismu jidher fir-rapport finali tal-2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK (ara l-Anness 73: Impact of M23 crisis on South Kivu).
44. Willy NGOMA
Deżinjazzjoni: a) Maġġur b) Kelliem militari għall-M23.
Data tat-twelid: 1974.
Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 20 ta’ Frar 2024.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023): Willy NGOMA kien involut u jkompli jinvolvi ruħu f’atti li jdgħajfu l-paċi u s-sigurtà tar-RDK. Huwa mexxej militari u kelliem tal-M23, milizzja Kongoliża li rċeviet appoġġ minn barra r-RDK u li timpedixxi l-proċessi ta’ diżarm u reintegrazzjoni. Willy NGOMA għandu rwol ewlieni f’entità ddeżinjata.
Willy NGOMA abbuża b’mod konsistenti u ripetut mis-setgħa tiegħu f’rwoli ta’ tmexxija militari fl-entità sanzjonata M23 biex idgħajjef il-paċi u s-sigurtà tar-RDK.
Willy NGOMA kien il-kelliem militari tal-entità sanzjonata M23. Bħala l-kelliem militari tal-M23, huwa jaqsam ir-responsabbiltà għar-reati mwettqa mill-M23 (qtil, sekwestru ta’ persuna, serq, reklutaġġ ta’ suldati tfal, abbuż sesswali, u kummerċ illegali, estrazzjoni minerarja, tassazzjoni, u proliferazzjoni tal-armi) u huwa direttament responsabbli talli ġġustifika u kkomunika l-attakki ripetuti tal-M23 fil-Lvant tar-RDK.
Ismu jidher fir-rapport finali tal-2023 tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar ir-RDK (ara, fost oħrajn, l-Anness 25: M23 Leadership and structure; Anness 26: Additional information on M23 weaponry and military equipment).”;
(2) l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti li jinsabu fil-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fil-Parti a) “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:
(psewdonimu: Tiger One)
Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġeneral b) Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet u l-intelligence għall-M23.
Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1974.
Post tat-twelid: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Indirizz: Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 25 ta’ Ottubru 2023.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c) u 7(h) tar-riżoluzzjoni 2293(2016) taħt ‘il-kategorija ta’ mexxejja politiċi u militari ta’ milizzji Kongoliżi, inkluż dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kumbattenti tagħhom fil-proċessi ta’ diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni’ u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn individwu jew entità deżinjata’, kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023). Bħala mexxej tal-M23, huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-grupp armat. F’Jannar 2023 ġie promoss għal Brigadier fl-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża, il-fergħa armata tal-M23. Imbagħad inħatar kap tal-persunal u viċi ta’ Sultani Makenga, u vvalida l-ippjanar għal kull operazzjoni tal-M23 fir-RDK minn dak iż-żmien ’l hawn. Inħareġ mandat mill-awtoritajiet Kongoliżi għall-arrest tiegħu.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar: Bernard Maheshe BYAMUNGU ġie elenkat fil-25 ta’ Ottubru 2023 skont il-paragrafu 7(c) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023): Huwa kien involut u jkompli jinvolvi ruħu f’atti li jdgħajfu l-paċi u s-sigurtà tar-RDK. Huwa mexxej militari ta’ milizzja Kongoliża li rċeviet appoġġ minn barra r-RDK u li timpedixxi l-proċess ta’ diżarm u reintegrazzjoni. Bernard Maheshe BYAMUNGU jmexxi l-M23, li hija entità ddeżinjata.
Informazzjoni addizzjonali: Bernard Maheshe BYAMUNGU abbuża b’mod konsistenti u ripetut mis-setgħa tiegħu f’rwoli ta’ tmexxija militari f’diversi gruppi armati biex iwettaq abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Bernard Maheshe BYAMUNGU kien kmandant militari għoli tal-RCD-Goma tat-8 Brigata. Matul dan iż-żmien, ippjana u dderieġa atroċitajiet f’Kindu, inkluż eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji pubbliċi ta’ tliet suldati fit-toroq ta’ Kindu. Aktar tard kien responsabbli għal għadd kbir ta’ qtil opportunistiku ta’ persuni ċivili f’Kivu, li jikkostitwixxi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Sa mill-inqas mill-2012, Bernard Maheshe BYAMUNGU kien affiljat u mexxej tal-entità sanzjonata M23. Minn Ottubru 2022, Bernard Maheshe BYAMUNGU kien il-Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet u l-intelligence għall-M23, li wettqet atroċitajiet kontra persuni ċivili, fost l-oħrajn, f’Kishishe fid-29 ta’ Novembru 2022.
38. Protogène RUVUGAYIMIKORE(psewdonimi: a) Ruhinda b) Gaby Ruhinda c) Zorro Midende d) Gatokarakura)
Deżinjazzjoni: Deżinjazzjoni: Kmandant tal-unità speċjali tal-FDLR, ‘Commando de recherche et d’action en profondeur’, (‘CRAP’), issa bl-isem Maccabe.
Data tat-twelid: a) 1968 b) 1969 c) 1970.
Post tat-twelid: a) Karandaryi Cell, Mwiyanike Sector, Karago Commune, Gisenyi Prefecture, Rwanda b) Nyabihu District, Western Province, Rwanda.
Indirizz: Nyiragongo, North Kivu, Democratic Republic of the Congo.
Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 25 ta’ Ottubru 2023.
Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(b), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016) taħt ‘il-kategorija ta’ mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew ir-risistemazzjoni ta’ kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi’; ‘li jwettqu atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti mmirati lejn persuni ċivili, inkluż qtil u mankament, stupru u vjolenza sesswali oħra, sekwestru ta’ persuna, spostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet’; u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn individwu jew entità deżinjata’, kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023). Bħala mexxej tal-FDLR, huwa għandu kmand u kontroll effettivi fuq il-kombattenti tal-grupp.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Raġuni għall-elenkar: Protogène RUVUGAYIMIKORE ġie elenkat fil-25 ta’ Ottubru 2023 skont il-paragrafi 7(b), 7(e) u 7(h) tar-Riżoluzzjoni 2293(2016), kif affermat mill-ġdid bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2688(2023).
Protogène RUVUGAYIMIKORE huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK.
Protogène RUVUGAYIMIKORE jmexxi unità tal-FDLR, li hija entità sanzjonata u jaġixxi f’isem individwi ddeżinjati.
Informazzjoni addizzjonali: Protogène RUVUGAYIMIKORE huwa mexxej fil-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda – Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR-FOCA), grupp armat sanzjonat li jopera fil-parti tal-Lvant tar-RDK. Huwa jmexxi l-unità speċjali ‘Commando de recherche et d’action en profondeur’ (CRAP) (issa msejjħa Maccabe) tal-FDLR-FOCA. Mill-inqas mill-2023, il-FDLR-FOCA qed jirreklutaw u jħarrġu b’mod attiv kumbattenti ġodda biex issaħħu l-unità speċjali ta’ Protogène RUVUGAYIMIKORE.
Fil-pożizzjoni tiegħu fl-FDLR-FOCA, Protogène RUVUGAYIMIKORE huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-kunflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK. Protogène RUVUGAYIMIKORE jissorvelja t-taħriġ u r-reklutaġġ ta’ kumbattenti għal entità ddeżinjata u jaħdem direttament ma’ individwi sanzjonati ‘Logutenent Ġeneral’ GASTON IYAMUREMYE u ‘Ġeneral’ PACIFIQUE NTAWUNGUKA.”;
|
(3) |
id-daħliet li ġejjin huma mħassra mil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fit-TaqsimaA, “Persuni” tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1271/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)