Official Journal 180 , 10/12/1963 P. 2849 - 2853
Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0051
English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0056
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0087
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0081
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0081
Ir-regolament Nru 7/63/EURATOM tal-kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1963 fuq ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ previst fl-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu; Wara li kunsidra l-proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja; Billi l-Kunsill, li qed jaħdem fuq proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ; Billi, meta jitwaqqfu l-mod li fih il-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għandu jiġi organizzat u mħaddem kif ukoll il-proċedura li l-Kumitat għandu jsegwi, ikun importanti li jitmexxa ’l quddiem ir-rikors għal dak il-Kumitat biex isolvi kull kwistjoni li tista’ tinqala’ meta jingħataw il-liċenzi; Billi, għal dan il-għan, ikun xieraq li l-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ ikun magħmul minn ċittadini ta’ l-Istati Membri li jkollhom it-taħriġ jew l-esperjenza legali jew teknika meħtieġa għat-tħaddim proprju tal-Kumitat f’oqsma varji; billi l-Kumitat għandu jservi fil-forma ta’ bordijiet ta’ arbitraġġ magħmula minn numru limitat ta’ arbitri; billi għandu jkun possibbli li jipproponi lill-partijiet ikkonċernati, f’kull stadju tal-proċedura, arranġament permezz ta’ soluzzjoni, u din il-proċedura għandha tkun bla ħlas; Billi l-membri tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għandhom iwettqu d-doveri tagħhom b’awtonomija sħiħa, u għalhekk għandhom ikunu ħielsa minn proċeduri ġudizzjarji dwar kull azzjoni li huma jkunu wettqu waqt ir-rapport uffiċjali tagħhom; Billi huwa importanti li jkun ristrett kemm jista’ jkun il-limitu tal-makkinarju amministrattiv meħtieġ għat-tħaddim proprju tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ kif ukoll l-ispejjeż li jiġu minn dan, u għal dan il-għan ikun importanti li r-reġistrazzjoni tal-Kumitat tkun mehmuża lill-Qorti tal-Ġustizzja; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Il-Komposizzjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ Artikolu 1 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Paragrafu 3 Paragrafu 4 Paragrafu 5 Paragrafu 6 Artikolu 2 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Artikolu 3 Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu ħielsa minn kull proċeduri ġudizzjarji dwar atti li huma setgħu wettqu matul ir-rapport uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkun intqal jew inkiteb. Wara li huma jkunu temmew l-uffiċċju tagħhom, dawn għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità. Il-Qorti, ippreseduta f’sessjoni plenarja, tista’ tirrinunzja din l-immunità. Artikolu 4 L-ebda membru tal-Kumitat ma jista’ jieħu sehem fid-deċiżjioni ta’ xi każ li fih hu jkun ħa sehem qabel bħala aġent jew konsulent, jew inkella jkun ħadem għal xi waħda mill-partijiet, jew li fih hu jkun issejjaħ biex jagħti pronunzja bħala membru ta’ qorti jew ta’ kummissjoni ta’ inkjesta jew f’xi kapaċità oħra. Jekk, għal xi raġuni speċjali, wieħed mill-membri tal-Kumitat iqis li m’għandux jieħu sehem fid-deċiżjoni jew fl-eżami ta’ każ partikolari, dan għandu jinforma lill-President tiegħu. Jekk, għal xi raġuni speċjali, l-President tal-Kumitat iqis li xi membru m’għandux jieħu sehem f’każ partikolari, dan għandu javża lil dak il-membru kif xieraq. Kull diffikultà li tkun ġejja mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tissolva b’deċiżjoni tal-Kumitat. Artikolu 5 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Artikolu 6 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Artikolu 7 Il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Qorti, jistabbilixxi l-pagamenti li għandhom isiru lill-membri tal-Kumitat. Artikolu 8 Il-Kumitat għandu jkollu s-sede tiegħu fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha. Il-bord ta’ l-arbitraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 10 jista’, bi ftehim mal-partijiet, jiddeċiedi b’mod mhux tas-soltu li jiltaqa’ f’post ieħor fil-Komunità. Artikolu 9 L-obbligi tar-Reġistratur tal-Kumitat għandhom jitwettqu minn uffiċjal tal-Qorti li l-Qorti għandha, bi ftehim mal-President tal-Kumitat, taħtar għal dak il-għan. L-obbligi tiegħu għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat fuq proposta mill-President u għandhom ikunu approvati mill-Qorti. Ħatra tal-membri ta’ l-arbitraġġ u l-għażla tal-lingwa uffiċjali Artikolu 10 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Paragrafu 3 Paragrafu 4 Artikolu 11 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Artikolu 12 Il-proċeduri għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-lingwa tal-proċeduri għandha tingħażel mis-sid tal-patenti, tal-jeddijiet proviżorjament protetti, tal-mudell ta’ utilità jew inkella ta’ l-applikazzjoni ta’ patenti. Il-bord ta’ l-arbitraġġ jista’, madankollu, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet u wara li jkun sama’ l-parti l-oħra, jawtorizza l-użu parzjali jew sħiħ ta’ lingwa uffiċjali oħra bħala lingwa proċedurali. Din it-talba ma tistax issir mill-Kummissjoni tal-KEEA. Konċiljazzjoni Artikolu 13 Paragrafu 1 Paragrafu 2 Paragrafu 3 Proċeduri Artikolu 14 Il-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi jekk għandux ikun hemm skambju ta’ dikjarazzjonijiet bil-mitub qabel is-seduti orali. F’dan il-każ il-President tal-bord għandu jistabbilixxi n-numru ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-limiti taż-żmien li għandhom jitħarsu. Ir-Reġistratur għandu jinforma lill-partijiet b’dawn il-limiti taż-żmien, waqt li l-partijiet għandhom jindirizzaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom bil-miktub lir-Reġistratur; dan ta’ l-ahhar għandu jibgħat id-dikjarazzjonijiet lill-partijiet opposti u jħejji l-fajl għall-arbitraġġ. Il-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiffissa d-data u l-ħin għall-ewwel seduta. Ir-Reġistratur għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-partijiet fi żmien adekwat. Artikolu 15 Meta, f’każ li jkun jaqa’ taħt l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14, waħda mill-partijiet ma tibgħatx id-dikjarazzjonijiet miktuba tagħha fiż-żmien preskritt mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ, dan ta’ l-aħħar għandu xorta jiffissa d-data u l-ħin għall-ewwel seduta. Jekk waħda mill-partijiet, li tkun ġiet imsejħa kif xieraq, ma tkunx preżenti, l-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi favur is-sottomissjonijiet tal-parti l-oħra, wara li dan ikun aċċerta ruħu li dawk is-sottomissjonijiet kienu raġunati jew skond il-liġi jew inkella skond il-fatti. Il-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ wkoll, fejn jikkunsidra dan bħala tajjeb, jagħmel sejħa għal seduta oħra. Artikolu 16 Kull parti tista’ tkun rappreżentata jew megħjuna minn konsulent wieħed jew aktar. Kull parti għandha tavża lir-Reġistratur kemm jista’ jkun malajr dwar il-ħsieb tagħha dwar dan, u r-Reġistratur għandu jinforma lill-parti opposta dwar dan. Id-depożitu tal-konsulent dwar il-ftehim speċjali jew dwar id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandu jieħu post din in-notifika. Artikolu 17 Fejn il-bord ta’ l-arbitraġġ iqisha ta’ vantaġġ, dan jista’ jwettaq spezzjoni; il-partijiet jistgħu jkunu preżenti hemmhekk. Artikolu 18 Il-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi kif għandhom jitwettqu l-proċeduri u ż-żmien tagħhom. Il-bord għandu jagħmel valutazzjoni tax-xiehda skond kif jidhirlu tajjeb. Artikolu 19 Is-seduta għandha titmexxa mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ. Din tista’ ssir fil-pubbliku biss jekk il-bord ta’ l-arbitraġġ, flimkien mal-partijiet, ikun iddeċieda hekk. Għandhom isiru l-minuti ta’ kull seduta li jiġu firmati mill-President tal-bord ta’ l-arbitraġġ u mir-Reġistratur. Artikolu 20 Meta l-partijiet ikunu temmew jispjegaw il-każijiet tagħhom, is-seduta għandha tkun dikjarata bħala waħda magħluqa. Sakemm tkun ingħatat id-deċiżjoni, madankollu, l-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jkollu s-setgħa li jiftaħ mill-ġdid is-seduta fejn ikun hemm xiehda ġdida li jista’ jkollha influwenza deċiżiva fuq l-opinjoni tiegħu, jew fejn, wara eżami aktar dettaljata, dan ikun jixtieq jiċċara ċerti punti. Artikolu 21 Il-kunsiderazzjonijiet tal-bord ta’ l-arbitraġġ għandhom ikunu u għandhom jibqgħu sigrieti. Id-decizjonijiet kollha tal-bord ta’ l-arbitragg ghandhom jittiehdu permezz ta’ vot tal-maggoranza. Artikolu 22 Id-deċiżjoni ta’ l-arbitraġġ għandha ssir bil-kitba u jkollha fuqha d-data tal-ġurnata meta din tkun ġiet iffirmata. Din għandha ssemmi l-ismijiet ta’ l-arbitri u għandha tkun iffirmata minnhom; din għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ġiet ibbażata d-deċiżjoni; il-ftehim speċjali li l-każ jintbagħat għall-arbitraġġ jista’, madankollu, jipprovdi li r-raġunijiet għal ċerti punti speċifiċi ma jingħatawx. Il-bord ta’ l-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi li d-deċiżjoni tinqara fil-qorti miftuħa, bil-partijiet ikunu preżenti jew inkella msejħa kif xieraq. Id-deċiżjoni għandha tkun avżata lill-partijiet mingħajr dewmien. Artikolu 23 F’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u mal-prinċipji ġenerali u komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, l-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi ex aequo et bono. Artikolu 24 Dan ir-Regolament għandu jkun jgħodd fil-każijiet kollha, inklużi dawk fejn, f’konformità ma’ l-Artikolu 11(1), il-kwistjoni għandha tkun sottomessa għal għand arbitru wieħed biss jew inkella għal għand bord ta’ arbitri ta’ ħames membri. Dispożizzjonijiet finanzjarji u ta’ l-estimi Artikolu 25 Il-proċeduri ta’ qabel il-Kumitat għandhom ikunu bla ħlas. L-ispejjeż li jkunu saru mill-Kumitat, bħall-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7, l-ispejjeż tar-reġistru u spejjeż amministrattivi oħra, kif ukoll spejjeż proċedurali għall-għan ta’ konċiljazzjoni jew ta’ arbitraġġ, għandhom jitħallsu mill-estimi operattivi tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, f’Kapitolu separat fir-Taqsima IV dwar il-Qorti. Artikolu 26 L-ispejjeż definiti bħala li jiġu rkuprati fl-Artikolu 73 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti għandhom jitħallsu mill-partijiet. Jekk il-partijiet ma jkunux ftehmu fuq l-ispejjeż fi ftehim speċjali li hemm imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-bord ta’ l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi hu fuq dawn l-ispejjeż ex aequo et bono. L-iskala tal-piżijiet prevista fl-Artikolu 15(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti għandha tkun tgħodd. Fejn ikun hemm kwistjoni dwar spejjeż li jinkisbu mill-ġdid, il-bord ta’ l-arbitraġġ li jkollu f’idejh il-każ għandu jagħti l-ġudizzju tiegħu permezz ta’ ordni, u fuq it-talba tal-parti konċernata, wara li jkun sama’ l-kummenti tal-parti l-oħra. Artikolu 27 L-ispejjeż li xi parti tkun ġiet obbligata tħallas għall-għan ta’ infurzar għandhom ikunu rimborżati mill-parti l-oħra skond l-iskala tal-piżijiet operattivi fl-Istat fejn ikun sar l-infurzar. Dispożizzjonijiet finali Artikolu 28 Dan ir-Regolament jista’, fuq proposta mill-Qorti, jkun rivedut u miżjud f’kull żmien wara li l-Kumitat ikun beda jwettaq l-obbligi tiegħu. Il-President u l-Kumitat jistgħu jgħaddu s-suġġerimenti tagħhom lill-Qorti biex ir-regoli tal-proċedura li hemm f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu emendati jew miżjuda. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-3 ta’ Diċembru 1963. Għall-Kunsill Il-President J. M. A. H. Luns --------------------------------------------------