31987D0560



Official Journal L 338 , 28/11/1987 P. 0037 - 0037
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0172
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0172


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Novembru 1987

li temenda d-Deċiżjoni 87/305/KEE tas-26 ta' Mejju 1987 li tistabbilixxi kumitat konsultattiv dwar il-liberalizzazzjoni ta' l-akkwist pubbliku

(87/305/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Billi l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tagħha ta' 87/305/KEE [1] stabbilit kumitat konsultattiv dwar il-liberalizzazzjoni ta' l-akkwist pubbliku bid-dover li jassistiha fl-aspetti ekonomiċi, tekniċi, legali u soċjali ta' l-akkwist pubbliku;

Billi n-numru ta' membri li jiffurmaw il-kumitat kien inizjalment ġie stabbilit sa massimu ta' 24, kif jipprovdi l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq;

Billi n-numru ta' membri oriġinarjament stabbilit wera li mhux biżżejjed biex il-Kumitat ikun jista' jwettaq id-doveri tiegħu b'mod effettiv, partikolarment il-valutazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-akkwist pubbliku, u hemm, għalhekk, raguni sabiex jiġi mkabbar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

"Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 25 membru"

.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Novembru 1987.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 152, tat-12.6.1987, p. 32.

--------------------------------------------------