02014D0709 — MT — 09.12.2016 — 020.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 7222) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 295 11.10.2014, p. 63) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 41 |
46 |
17.2.2015 |
||
|
L 92 |
109 |
8.4.2015 |
||
|
L 129 |
41 |
27.5.2015 |
||
|
L 188 |
45 |
16.7.2015 |
||
|
L 203 |
14 |
31.7.2015 |
||
|
L 211 |
34 |
8.8.2015 |
||
|
L 218 |
16 |
19.8.2015 |
||
|
L 224 |
39 |
27.8.2015 |
||
|
L 259 |
27 |
6.10.2015 |
||
|
L 334 |
46 |
22.12.2015 |
||
|
L 35 |
12 |
11.2.2016 |
||
|
L 80 |
36 |
31.3.2016 |
||
|
L 142 |
14 |
31.5.2016 |
||
|
L 202 |
45 |
28.7.2016 |
||
|
L 217 |
38 |
12.8.2016 |
||
|
L 228 |
33 |
23.8.2016 |
||
|
L 234 |
12 |
31.8.2016 |
||
|
L 270 |
17 |
5.10.2016 |
||
|
L 293 |
46 |
28.10.2016 |
||
|
L 334 |
40 |
9.12.2016 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Ottubru 2014
dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE
(notifikata bid-dokument C(2014) 7222)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/709/UE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (l-Istati Membri kkonċernati).
Hija għandha tapplika mingħajr ħsara għall-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ fl-Istati Membri kkonċernati li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE.
Artikolu 2
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih il-laħam tal-majjal kif ukoll il-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer minn ċertu żoni mniżżlin fl-Anness
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu:
(a) it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness;
(b) it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness;
(c) it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih it-tali laħam miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness; u
(d) it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness.
Artikolu 3
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin minn azjenda agrikola li tkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:
1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor; u
2. il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE ( 1 ) dakinhar tat-tqassim; jew
3. il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett:
(a) li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:
(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;
(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u
(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv; u
(b) li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;
4. Għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;
(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a);
(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor.
(d) Għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali fil-punt 4 ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:
“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”
Artikolu 3a
Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra elenkati fil-Parti II fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:
1. il-ħnieżer ikunu ġejjin minn azjenda agrikola b'livell xieraq ta' bijosigurtà approvat mill-awtorità kompetenti, l-azjenda agrikola tinsab taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti, u l-ħnieżer ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;
2. il-ħnieżer jinsabu fiċ-ċentru ta' żona, b'radju ta' mill-inqas tliet kilometri, li fiha l-annimali kollha fl-azjenda agrikola jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;
3. l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-dispaċċ għandha tgħarraf, fi żmien debitu, lill-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni bl-intenzjoni li tibgħat il-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ bil-wasla tal-ħnieżer;
4. it-trasport tal-ħnieżer f'żoni u minn żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk elenkati fil-Parti III tal-Anness, għandu jsir tul rotot tat-trasport definiti minn qabel u l-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer għandhom jitnaddfu, u jekk ikun hemm bżonn, jiġu ddiżinsettizzati u ddiżinfettati malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt;
5. għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' dawn l-annimali;
(b) l-Istat Membru tal-post tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;
(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;
(d) għall-ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali kollha f'dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:
“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”
Artikolu 4
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness u fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawn il-ħnieżer
B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għat-tbiċċir immedjat ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor f'każ li jkun hemm limitazzjonijiet loġistiċi fil-kapaċità tat-tbiċċir tal-biċċeriji approvati mill-awtorita kompetenti skont l-Artikolu 12 li jkunu jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, sakemm:
1. il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor;
2. il-ħnieżer ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;
3. il-ħnieżer jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt, lejn biċċerija approvata skont l-Artikolu 12 u maħtura speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;
4. l-awtorità kompetenti tat-tqassim tkun avżat lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer f'dik il-biċċerija u sakemm dik l-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija tkun avżat lill-awtorità kompetenti tat-tqassim bil-wasla ta' dawk il-ħnieżer;
5. mal-wasla fil-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu separati mill-ħnieżer l-oħra u jinqatlu separatament minnhom fiha, f'ġurnata partikulari li fiha jinqatlu biss dawn il-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness;
6. it-trasport tal-ħnieżer lejn il-biċċerija f'żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fil-Parti III tal-Anness u minn ġo fihom, isir tul rotot tat-trasport iddefiniti minn qabel u sakemm il-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer jitnaddfu malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt u jekk ikun hemm bżonn jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti u jiġu ddiżinfettati;
7. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawk il-ħnieżer:
(a) ikunu prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12;
(b) ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16; u
(c) ikunu kkummerċjalizzati biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;
8. l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali minn dawk il-ħnieżer isirilhom trattament f'sistema separata approvata mill-awtorità kompetenti li jiżgura li l-prodotti dderivati miksubin minn dawk il-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer; u
9. l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar l-għoti tad-deroga skont dan l-Artikolu u jibagħtulha l-ismijiet u l-indirizzi tal-biċċeriji approvati skont dan l-Artikolu; u
10. għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
(a) il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;
(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;
(c) ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;
(d) għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kollha ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:
“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.”
Artikolu 5
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm dawn ikunu:
(a) jew ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(b) ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(c) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
Artikolu 6
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness
B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawn ikunu:
(a) jew ġejjin minn ħnieżer li nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fl-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew
(b) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
Artikolu 7
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness
1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti dderivati kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer.
2. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini minbarra l-ħnieżer slavaġ, inklużi l-iġsma mhux ipproċessati tal-annimali mejta minn azjendi jew karkassi minn biċċeriji approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn impjanti tal-ipproċessar, tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm:
(a) il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu ġejjin minn irziezet jew minn biċċeriji li jkunu jinsabu f'żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness fejn ma jkun instab l-ebda każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer għal mill-inqas 40 jum qabel it-tqassim;
(b) l-awtorità kompetenti tkun irreġistrat b'mod individwali kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u:
(i) il-kompartiment kopert li ma jnixxix użat għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jkun mibni b'tali mod li jkun jista' jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'mod effettiv u l-qiegħ tiegħu jkun mibni b'tali mod li l-likwidi jkunu jistgħu jiskulaw minnu u jinġabru faċilment;
(ii) jkun hemm provi, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trakk u ta' vetturi oħrajn, li jkunu saru verifiki tekniċi regolari b'suċċess tat-trakk jew tal-vettura;
(iii) kull trakk ikollu sistema ta' navigazzjoni bis-satellita sabiex tkun tista' tiġi stabbilita l-pożizzjoni tiegħu f'ħin reali. L-operatur tat-trasport għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti tiċċekkja l-moviment tat-trakk f'ħin reali u żżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal mill-inqas xahrejn;
(c) wara t-tagħbija, il-veterinarju uffiċjali jissiġilla l-kompartiment użat għat-trasport ta' dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali. Il-veterinarju uffiċjali biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid. L-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;
(d) it-trakkijiet jew il-vetturi ma jitħallewx jidħlu fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tiżgura l-ġbir sikur tal-karkassi tal-majjali;
(e) it-trasport lejn l-impjanti msemmija hawn fuq isir b'mod dirett lejn dawk l-impjanti biss, mingħajr waqfien tul ir-rotta awtorizzata mill-awtorità kompetenti mill-punt magħżul tad-diżinfezzjoni sal-ħruġ miż-żona mniżżla fil-Parti III tal-Anness. Fil-punt magħżul tad-diżinfezzjoni, it-trakkijiet u l-vetturi jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali;
(f) ma' kull kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali jkun hemm id-dokument kummerċjali mimli kif xieraq imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 3 ). Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-impjant tal-ipproċessar tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b)(iii);
(g) wara li l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali li jista' jkun tniġġes, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kollha kemm huma u, jekk ikun hemm bżonn, jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti fiż-żona magħluqa tal-impjant tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;
(h) il-prodotti sekondarji tal-annimali jiġu pproċessati mingħajr dewmien. Kull ħażna fl-impjant tal-ipproċessar għandha tkun ipprojbita;
(i) l-awtorità kompetenti tiżgura li l-għadd ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jintbagħat ma jaqbiżx il-kapaċità rilevanti tal-ipproċessar ta' kuljum tal-impjant tal-ipproċessar;
(j) l-awtorità kompetenti tiżgura li, qabel isir l-ewwel tqassim miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, ikunu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ta' ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.
Artikolu 8
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3, għall-Artikolu 3a u għall-Artikolu 4, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-ħanżir ikun ġej minn:
(a) żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fl-Anness;
(b) razzett li fih ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness, dejjem jekk dawk il-ħnieżer il-ħajjin ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) qabel id-data tat-tqassim, il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata mingħajr interruzzjoni jitrabbew f'dak ir-razzett jew ikun ilhom minn twelidhom jitrabbew fih, u f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tqassim;
(b) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;
(c) il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE dakinhar tat-trasportazzjoni; jew
(d) il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:
(i) jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;
(ii) jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u
(iii) jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv.
3. Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE ( *1 ).
Artikolu 9
Projbizzjoni fuq id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta' kunsinni ta' semen u ova u embrijuni tal-ħnieżer miġbura minn ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' kommoditajiet li ġejjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:
(a) semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma jkunx ġej minn ħnieżer tar-refgħa donaturi miżmuma f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE ( 4 ) li jkun jinsab 'il barra miż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;
(b) ova u embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma joriġinawx minn ħnieżer nisa donaturi tal-ispeċi porċina miżmuma f'azjendi agrikoli konformi mal-Artikolu 8(2) u li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness, u l-embrijuni jkunu embrijuni mnisslin in-vivo konċeputi b'riżultat tal-inseminazzjoni artifiċjali jew embrijuni prodotti in vitro konċeputi b'riżultat ta' fertilizzazzjoni b'semen konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
2. B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' kunsinni ta' semen tal-ħnieżer, jekk is-semen ikun inġabar minn ħnieżer tar-refgħa donaturi li jinżammu f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 90/429/KEE, li japplika r-regoli kollha dwar il-bijosigurtà rilevanti għad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li jkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għa żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor, sakemm:
(a) il-kunsinni tas-semen tal-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-destinazzjoni, qabel id-dispaċċ tal-kunsinna tas-semen;
(b) l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fil-punt (a);
(c) il-ħnieżer tar-refgħa donaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3;
(d) il-ħnieżer tar-refgħa donaturi kienu soġġetti għal test tal-identifikazzjoni individwali tal-aġent li twettaq fi żmien ħamest ijiem qabel id-data tal-ġbir tas-semen tad-dispaċċ, b'riżultati negattivi u kopja tar-riżultati tat-testijiet mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-kunsinna tas-semen;
(e) l-attestazzjoni li ġejja tiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 90/429/KEE:
“Semen tal-ħnieżer konformi mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE.”
Artikolu 10
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm dawk il-prodotti sekondarji tal-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u li jkunu ġejjin minnhom.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm:
(a) dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer;
(b) mal-kunsinni tal-prodotti dderivati jkun hemm dokument kummerċjali maħruġ kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Artikolu 11
Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-majjal minn ħnieżer li jkunu ġejjin minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam minn dawn il-ħnieżer, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-laħam tal-majjal ikun inkiseb minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li ma jkunux jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u li jkunu ġejjin minnhom.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.
Artikolu 12
Approvazzjoni tal-biċċeriji, tal-impjanti tat-tqattigħ u tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2)
Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2), l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tapprova biss il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam fejn il-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal li jkunu eliġibbli għat-tqassim lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi skont id-derogi previsti fl-Artikoli 4 sa 6 u fl-Artikolu 11(2), isiru b'mod separat mill-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' prodotti oħra li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam frisk tal-majjal u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej minn ħnieżer li joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness jew li jkunu ġejjin minnhom, ħlief għal dawk approvati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 13
Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness
B'deroga mill-Artikolu 11, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III jew fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm il-prodotti kkonċernati:
(a) ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE;
(b) tkun saritilhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE;
(c) ikollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa x-xieraq tal-kummerċ intern tal-UE kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu dan li ġej:
“Prodotti li huma konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri ( *2 ).
Artikolu 14
Tagħrif dwar l-Artikoli 11, 12 u 13
Kull sitt xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista aġġornata tal-istabbilimenti approvati msemmija fl-Artikolu 12 u kull tagħrif rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13.
Artikolu 15
Miżuri marbutin mal-ħnieżer slavaġ ħajjin, mal-laħam frisk, mal-preparazzjonijiet tal-laħam u mal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej mill-ħnieżer slavaġ
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) li l-ebda ħanżir salvaġġ ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma jintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru;
(b) li l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma tintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru.
2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness lejn żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru li ma jkunux imniżżlin fl-Anness, dejjem jekk il-ħnieżer slavaġ ikunu sarulhom testijiet b'riżultati negattivi għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri dijanjostiċi stabbiliti fil-Parti C u fil-Parti D tal-Kapitolu VI tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE.
Artikolu 16
Marki tas-saħħa speċjali u rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għal-laħam frisk, għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1)
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1) ikunu mmarkati b'marka tas-saħħa speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbah:
(a) lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-majjal stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u
(b) lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk tal-majjal stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 16a
Proċedura ta' gwida
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
1. kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport tal-ħnieżer ħajjin ikunu:
(a) individwalment irreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għall-iskopijiet tat-trasport ta' ħnieżer ħajjin bl-użu ta' proċedura ta' gwida;
(b) issiġillati mill-veterinarju uffiċjali wara t-tagħbija; l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid; l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;
2. it-trasport iseħħ:
(a) direttament, mingħajr waqfien;
(b) filwaqt li tintuża r-rotta li tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti;
3. il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-azjenda agrikola tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti tal-oriġini;
4. wara li l-ħnieżer ħajjin jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-ħnieżer, irid jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat kollu kemm hu fiż-żona magħluqa tal-post tad-destinazzjoni bis-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;
5. qabel isir l-ewwel dispaċċ miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, l-awtorità kompetenti tal-oriġini għandha tiżgura li l-arranġamenti meħtieġa jkunu fis-seħħ mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew xi azzjoni ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.
Artikolu 17
Rekwiżiti dwar l-irziezet u l-vetturi tat-trasport fiż-żoni mniżżlin fl-Anness
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:
(a) li fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu; u
(b) li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-ħnieżer minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun sar it-tali tindif u t-tali diżinfezzjoni u jżomm dawn il-provi fil-vettura.
Artikolu 18
Rekwiżiti tat-tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati
Fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun saret fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, kif previst fil-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE u li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 19
Konformità
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni u għandhom jirriklamaw mill-ewwel u kif xieraq il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.
Artikolu 20
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha titħassar.
Artikolu 21
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- ►M10 31 ta' Diċembru 2019 ◄ .
Artikolu 22
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-maakond ta' Hiiumaa.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,
— fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,
— fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,
— fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,
— fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ģibuļu, Lībagu, Abavas, Sabile, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, u Stende,
— fin-novads ta' Ventspils, il-pagasti ta' Vārves, Užavas, Jūrkalnes, Piltenes, Zīru, Ugāles, Usmas u Zlēku, il-pilsēta ta' Piltene,
— in-novads ta' Brocēnu,
— in-novads ta' Jaunpils,
— in-novads ta' Rundāles,
— in-novads ta' Stopiņu,
— in-novads ta' Tērvetes,
— il-pilsēta ta' Bauska,
— ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,
— ir-republikas pilsēta ta' Ventspils.
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,
— fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,
— fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,
— fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,
— ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,
— ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,
— is-savivaldybė ta' Kalvarija,
— is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,
— is-savivaldybė ta' Marijampolė.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-województwo warmińsko-mazurskie:
— il-gminy ta' Kalinowo u Prostki fil-powiat ełcki,
— il-gmina ta' Biała Piska fil-powiat piski.
Fil-województwo podlaskie:
— il-gminy ta' Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy u Poświętne fil-powiat białostocki,
— il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,
— il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,
— il-gminy ta' Grabowo u Stawiski fil-powiat kolneński,
— il-gminy Kołaki Kościelne, Szumowo, Zambrów mal-belt Zambrów f'powiat zambrowski,
— il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,
— il-gminy sSokoły, Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo, Ciechanowiec, Wysokie Mazowieckie mal-belt ta' Wysokie Mazowieckie, Czyżew f'powiat wysokomazowiecki,
— il-powiat augustowski,
— il-powiat łomżyński,
— il-powiat M. Białystok,
— il-powiat M. Łomża,
— il-powiat M. Suwałki,
— il-powiat sejneński.
Fil-województwo mazowieckie:
— il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,
— il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,
— il-powiat M. Siedlce,
— il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,
— il-gminy ta' Olszanka, Łosice u Platerów fil-powiat łosicki,
— il-powiat ostrowski.
Fil-województwo lubelskie:
— il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,
— il-gminy ta' Kąkolewnica Wschodnia u Komarówka Podlaska fil-powiat radzyński,
— il-gminy ta' Międzyrzec Podlaski bil-belt ta' Międzyrzec Podlaski, Drelów, Rossosz, Sławatycze, Wisznica, Sosnówka, Łomazy u Tuczna fil-powiat bialski.
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-linn ta' Elva,
— il-linn ta' Võhma,
— il-linn ta' Kuressaare,
— il-linn ta' Rakvere,
— il-linn ta' Tartu,
— il-linn ta' Viljandi,
— il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),
— il-maakond ta' Ida-Virumaa,
— il-maakond ta' Läänemaa,
— il-maakond ta' Pärnumaa,
— il-maakond ta' Põlvamaa,
— il-maakond ta' Võrumaa,
— il-maakond ta' Valgamaa,
— il-maakond ta' Raplamaa,
— il-vald ta' Suure-Jaani,
— il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
— il-vald ta' Tartu,
— il-vald ta' Abja,
— il-vald ta' Alatskivi,
— il-vald ta' Haaslava,
— il-vald ta' Haljala,
— il-vald ta' Tarvastu,
— il-vald ta' Nõo,
— il-vald ta' Ülenurme,
— il-vald ta' Tähtvere,
— il-vald ta' Rõngu,
— il-vald ta' Rannu,
— il-vald ta' Konguta,
— il-vald ta' Puhja,
— il-vald ta' Halliste,
— il-vald ta' Kambja,
— il-vald ta' Karksi,
— il-vald ta' Kihelkonna,
— il-vald ta' Kõpu,
— il-vald ta' Lääne-Saare,
— il-vald ta' Laekvere,
— il-vald ta' Leisi,
— il-vald ta' Luunja,
— il-vald ta' Mäksa,
— il-vald ta' Meeksi,
— il-vald ta' Muhu,
— il-vald ta' Mustjala,
— il-vald ta' Orissaare,
— il-vald ta' Peipsiääre,
— il-vald ta' Piirissaare,
— il-vald ta' Pöide,
— il-vald ta' Rägavere,
— il-vald ta' Rakvere,
— il-vald ta' Ruhnu,
— il-vald ta' Salme,
— il-vald ta' Sõmeru,
— il-vald ta' Torgu,
— il-vald ta' Vara,
— il-vald ta' Vihula,
— il-vald ta' Viljandi,
— il-vald ta' Vinni,
— il-vald ta' Viru-Nigula,
— il-vald ta' Võnnu.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— fin-novads ta' Apes, il-pagasti ta' Trapenes, Gaujienas u Apes u il-pilsēta ta' Ape,
— fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,
— fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,
— Fil-komun ta' Daugavpils, il-pagasti ta' Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas u Skrudalienas,
— fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,
— fin-novads ta' Gulbenes il-pagasts ta' Līgo,
— fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,
— fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,
— fin-novads ta' Preiļu, il-pagasts ta' Saunas,
— fin-novads ta' Raunas, il-pagasts ta' Raunas,
— Fil-komun ta' Riebiņu, il-pagasti ta' Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu u Silajāņu,
— fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,
— fin-novads ta' Smiltenes, il-pagasti ta' Brantu, Blomes, Smiltenes, Bilskas u Grundzāles, il-pilsēta ta' Smiltene,
— fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu, Strazdes, Lubes, Īves, Valdgales, Laidzes u Ārlavas, il-pilsēta ta' Valdemārpils,
— fin-novads ta' Ventspils, il-pagasti ta' Ances, Tārgales, Popes u Puzes,
— in-novads ta' Ādažu,
— in-novads ta' Aglonas,
— in-novads ta' Aizkraukles,
— in-novads ta' Aknīstes,
— in-novads ta' Alojas,
— in-novads ta' Alūksnes,
— in-novads ta' Amatas,
— in-novads ta' Babītes,
— in-novads ta' Baldones,
— in-novads ta' Baltinavas,
— in-novads ta' Beverīnas,
— in-novads ta' Burtnieku,
— in-novads ta' Carnikavas,
— in-novads ta' Cēsu,
— in-novads ta' Cesvaines,
— in-novads ta' Ciblas,
— in-novads ta' Dagdas,
— in-novads ta' Dundagas,
— in-novads ta' Engures,
— in-novads ta' Ērgļu,
— in-novads ta' Garkalnes,
— in-novads ta' Iecavas,
— in-novads ta' Ikšķiles,
— in-novads ta' Ilūkstes,
— in-novads ta' Inčukalna,
— in-novads ta' Jaunjelgavas,
— in-novads ta' Jēkabpils,
— in-novads ta' Kārsavas,
— in-novads ta' Ķeguma,
— in-novads ta' Ķekavas,
— in-novads ta' Kocēnu,
— in-novads ta' Kokneses,
— in-novads ta' Krāslavas,
— in-novads ta' Krimuldas,
— in-novads ta' Krustpils,
— in-novads ta' Lielvārdes,
— in-novads ta' Līgatnes,
— in-novads ta' Limbažu,
— in-novads ta' Līvānu,
— in-novads ta' Lubānas,
— in-novads ta' Ludzas,
— in-novads ta' Madonas,
— in-novads ta' Mālpils,
— in-novads ta' Mārupes,
— in-novads ta' Mazsalacas,
— in-novads ta' Preiļu,
— in-novads ta' Naukšēnu,
— in-novads ta' Neretas,
— in-novads ta' Ogres,
— in-novads ta' Olaines,
— in-novads ta' Ozolnieki,
— in-novads ta' Pārgaujas,
— in-novads ta' Pļaviņu,
— in-novads ta' Priekuļu,
— in-novads ta' Rēzeknes,
— in-novads ta' Rojas,
— in-novads ta' Ropažu,
— in-novads ta' Rūjienas,
— in-novads ta' Salacgrīvas,
— in-novads ta' Salas,
— in-novads ta' Salaspils,
— in-novads ta' Saulkrastu,
— in-novads ta' Sējas,
— in-novads ta' Siguldas,
— in-novads ta' Skrīveru,
— in-novads ta' Strenču,
— in-novads ta' Tukuma,
— in-novads ta' Valkas,
— in-novads ta' Varakļānu,
— in-novads ta' Vecpiebalgas,
— in-novads ta' Vecumnieku,
— in-novads ta' Viesītes,
— in-novads ta' Viļakas,
— in-novads ta' Viļānu,
— in-novads ta' Zilupes,
— ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;
— ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;
— ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala,
— ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.
— ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,
— fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fiż-Žeimių seniūnija, l-irħula ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių u Pernaravos,
— fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,
— fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,
— fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,
— il-miesto savivaldybė ta' Alytus,
— fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,
— fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,
— il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,
— il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,
— il-miesto savivaldybė ta' Prienai,
— il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,
— ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,
— is-savivaldybė ta' Druskininkai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,
— ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,
— ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,
— ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,
— ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,
— ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,
— ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,
— is-savivaldybė ta' Birštonas,
— is-savivaldybė ta' Visaginas.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-województwo podlaskie:
— il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,
— il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski,
— il-gmina ta' Kobylin-Borzymy fil-powiat wysokomazowiecki,
— il-gminy ta' Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin,Wasilków, Zabłudów, Zawady u Choroszcz fil-powiat białostocki,
— il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,
— il-powiat sokólski;
Fil-województwo lubelskie:
— il-gminy ta' Piszczac u Kodeń fil-powiat bialski.
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
— il-maakond ta' Jõgevamaa,
— il-maakond ta' Järvamaa,
— il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),
— il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
— il-vald ta' Aegviidu,
— il-vald ta' Anija,
— il-vald ta' Kadrina,
— il-vald ta' Kolga-Jaani,
— il-vald ta' Kõo,
— il-vald ta' Laeva,
— il-vald ta' Laimjala,
— il-vald ta' Pihtla,
— il-vald ta' Rakke,
— il-vald ta' Tapa,
— il-vald ta' Väike-Maarja,
— il-vald ta' Valjala.
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
— fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu, Balvu u l-pilsēta ta' Balvi,
— Fil-komun ta' Daugavpils, il-pagasti of Nīcgales, Kalupes, Dubnas u Višķu,
— fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes, Stāmerienas, Tirzas, Druvienas, Rankas, Lizuma u Lejasciema u l-pilsēta ta' Gulbene,
— in-novads ta' Jaunpiebalgas,
— fin-novads ta' Raunas, il-pagasts ta' Drustu.
— fin-novads ta' Smiltenes, il-pagasti ta' Launkalnes, Variņu u Palsmanes,
— fin-novads ta' Apes, il-pagasti ta' Virešu,
— fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,
— fin-novads ta' Preiļu il-pagasti ta' Preiļu, Aizkalnes u Pelēču, il-pilsēta ta' Preiļi,
— fin-novads ta' Riebiņu, il-pagasti ta' Riebiņu u Rušonas,
— in-novads ta' Vārkavas.
3. Il-Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,
— fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Jonava is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, l-irħula Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,
— ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,
— fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,
— fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,
— fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,
— fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,
— fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,
— is-savivaldybė ta' Elektrėnai,
— il-miesto savivaldybė ta' Jonava,
— il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,
— ir-rajono savivaldybė ta' Trakai.
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
Fil-województwo podlaskie:
— il-powiat grajewski,
— il-powiat moniecki,
— il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka bil-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka u l-partijiet tal-gminy ta' Czeremcha u Kleszczele li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66 il-powiat hajnowski,
— il-gminy ta' Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze bil-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki.
Fil-województwo mazowieckie:
— il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki.
Fil-województwo lubelskie:
— il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski,
— il-powiat M. Biała Podlaska.
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
— iż-żoni kollha ta' Sardenja.
( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta' Mejju 2003 approvazzjoni ta' manwal għad-dijanjożi ta' African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
( *1 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).
( *2 ) ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”