|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1771 |
11.9.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1771
tat-8 ta’ Settembru 2025
dwar id-drittijiet dovuti lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2152
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kompetizzjoni miftuħa u ġusta fis-swieq interni tal-elettriku u tal-gass u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti fis-suq jeħtieġu l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas komprensiv biex jinkiseb dan l-objettiv. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 inkariga lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, (l-“Aġenzija”), bil-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa sabiex tiżgura, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, is-sorveljanza effettiva tagħhom. L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942 introduċa drittijiet biex jittejjeb il-finanzjament tal-Aġenzija u jiġu koperti l-kostijiet relatati mal-funzjonijiet tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. |
|
(3) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-prinċipji bażiċi tal-iskema tad-drittijiet u inkariga lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi d-drittijiet u l-mod kif għandhom jitħallsu, u l-Kummissjoni dan għamlitu bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/2152 (3). Iż-żieda fil-finanzjament disponibbli għall-Aġenzija ippermettiet wkoll lill-Aġenzija ttejjeb il-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija lill-entitajiet li jirrapportaw id-data u lill-parteċipanti fis-suq b’mod ġenerali. |
|
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (4) jistabbilixxi r-regolament finanzjarju qafas għall-korpi li huma stabbiliti mill-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li għandhom personalità ġuridika u li jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-Aġenzija hija tali korp u, kif meħtieġ mir-Regolament Delegat (UE) 2019/715, adottat ir-regoli finanzjarji tagħha stess, ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija (5), li huma konformi ma’ dawk tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715. |
|
(5) |
Id-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija, stabbilit f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/942 u l-Artikolu 32 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, fih programmazzjoni annwali u pluriennali u f’dan il-kuntest jistabbilixxi fid-dettall il-kompiti tal-Aġenzija u r-riżorsi użati għal dawk il-kompiti. Id-dokument ta’ programmazzjoni huwa għalhekk l-għodda xierqa biex jiġu identifikati dawk il-kostijiet li huma eliġibbli biex jiġu koperti mid-drittijiet skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/942, il-Kummissjoni tipprovdi opinjoni dwar l-abbozz tad-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija, inkluż il-proposti tal-Aġenzija li fir-rigward tagħhom il-kostijiet jitqiesu bħala eliġibbli għal finanzjament permezz ta’ drittijiet. |
|
(7) |
Skont il-premessa 37 tar-Regolament (UE) 2019/942, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun iffinanzjata prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li d-dħul mid-drittijiet ma jaqbiżx il-kontribuzzjoni lill-Aġenzija mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(8) |
Sabiex tiġi pprovduta trasparenza li d-drittijiet qed jintużaw biss biex ikopru l-kostijiet eliġibbli u li l-Aġenzija tibqa’ prinċipalment iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, ir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat, stabbilit f’konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar is-sorsi differenti ta’ dħul riċevut u l-użu ta’ dan id-dħul. |
|
(9) |
Fid-dawl tas-swieq tal-enerġija li qed jevolvu u l-kriżi tal-enerġija, ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 ġie emendat f’Mejju 2024 bir-Regolamenti (UE) 2024/1106 (6) u (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li introduċew għadd ta’ bidliet fil-qafas ta’ rapportar tad-data relatata mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Pereżempju, issa jridu jiġu rrapportati wkoll lill-Aġenzija d-dettalji tat-tranżazzjonijiet relatati mal-ħżin tal-elettriku, tal-idroġenu jew tal-gass naturali kif ukoll it-tranżazzjonijiet relatati mas-swieq tal-ibbilanċjar. Barra minn hekk, il-bidliet fis-suq, pereżempju aktar negozjar ta’ frekwenza għolja, kif ukoll l-inflazzjoni jirriżultaw f’żieda fil-kostijiet imġarrba mill-Aġenzija. Apparti dan, ir-Regolament (UE) 2024/1106 ipprovda lill-Aġenzija l-kompitu l-ġdid li teżerċita s-setgħat superviżorji u investigattivi skont l-Artikoli 13 sa 13c u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. |
|
(10) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, kif emendat, jipprevedi li l-parteċipanti fis-suq jenħtieġ li jirrapportaw id-data stabbilita fl-Artikoli 7c u 8 ta’ dak ir-Regolament biss permezz ta’ Mekkaniżmi ta’ Rapportar Irreġistrati (“RRMs”, Registered Reporting Mechanisms) u jiżvelaw informazzjoni u jissottomettu rapporti ta’ informazzjoni privileġġata biss permezz tal-Pjattaformi tal-Informazzjoni Privileġġata (“IIPs”, Inside Information Platforms). L-RRMs u l-IIPs għandhom jiġu awtorizzati mill-Aġenzija skont ċerti rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, kif emendat, u kif spjegat aktar mill-Kummissjoni permezz ta’ regolament delegat skont l-Artikoli 4a(8) u 9a(6) tal-istess Regolament. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-konformità tal-RRMs u tal-IIPs mar-rekwiżiti li skonthom ikunu ġew awtorizzati u, meta ssib li ma jkunux konformi, għandha tirtira l-awtorizzazzjonijiet tagħhom. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2019/942 ġie emendat ukoll biex jirrifletti l-bidliet introdotti fir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 32 emendat tar-Regolament (UE) 2019/942, id-drittijiet dovuti lill-Aġenzija jenħtieġ li jkopru l-kompiti tal-Aġenzija għall-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata mill-parteċipanti fis-suq, jew minn persuni jew entitajiet li jirrapportaw f’isimhom, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u għall-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont l-Artikoli 4 u 4a ta’ dak ir-Regolament. Id-dħul minn dawk id-drittijiet jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-Aġenzija għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ superviżjoni u investigazzjoni skont l-Artikoli 13 sa 13c u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-ammont li għandu jiġi kopert mid-drittijiet stabbiliti mill-Aġenzija jista’ jkun aktar baxx mit-total tal-kostijiet eliġibbli. |
|
(12) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942, id-drittijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-kostijiet tas-servizzi rilevanti kif previst b’mod kosteffettiv u jkunu biżżejjed biex ikopru dawk il-kostijiet u jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti f’tali livell sabiex jiġi żgurat li ma jkunux diskriminatorji u jiġi evitat li jitqiegħed piż amministrattiv jew finanzjarju żejjed fuq il-parteċipanti fis-suq jew l-entitajiet li jaġixxu f’isimhom. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2020/2152 titħassar sabiex jitqiesu l-modifiki introdotti bir-Regolament (UE) 2024/1106 u r-Regolament (UE) 2024/1789. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/2152 poġġiet l-obbligu li jitħallsu d-drittijiet fuq l-RRMs, li permezz tagħhom, dak iż-żmien, il-maġġoranza tal-parteċipanti fis-suq irrapportaw rekords tad-data. L-RRMs bħalissa huma rreġistrati mill-Aġenzija abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (8). L-Aġenzija tirreġistra wkoll IIPs, li permezz tagħhom il-parteċipanti fis-suq jiżvelaw informazzjoni privileġġata. Id-definizzjoni ta’ RRMs u r-referenzi rilevanti tagħhom jenħtieġ li jirriflettu li, filwaqt li fil-futur l-RRMs se jkollhom jiġu awtorizzati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, ir-rekwiżit ta’ ħlas ta’ drittijiet ikompli japplika għall-RRMs diġà rreġistrati mal-Aġenzija anke jekk ikunu għadhom mhumiex awtorizzati. Sa issa, l-IIPs għadhom ma ġewx koperti mid-Deċiżjoni (UE) 2020/2152. Madankollu, minħabba li, skont l-emendi leġiżlattivi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li d-drittijiet ikunu dovuti lill-Aġenzija mill-IIPs, din id-Deċiżjoni tapplika wkoll għall-IIPs u b’mod aktar speċifiku ladarba jkunu awtorizzati skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. |
|
(15) |
Din id-Deċiżjoni tinkludi wkoll definizzjoni aġġornata ta’ rekord tat-tranżazzjonijiet, b’referenza għar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 biex jiġi żgurat li tali definizzjoni ma tiġix affettwata minn kwalunkwe bidla possibbli fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014. Id-definizzjoni hija fundamentali għall-identifikazzjoni ta’ clusters tad-data u għalhekk għall-kalkolu tad-drittijiet u għaldaqstant jenħtieġ li tkun dettaljata biżżejjed. Għall-identifikazzjoni ta’ clusters tad-data, parteċipant fis-suq jitqies bħala benefiċjarju tat-tranżazzjoni jew, jekk tali informazzjoni ma tkunx disponibbli, kontroparti tat-tranżazzjoni. |
|
(16) |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, kif emendat, jintroduċi obbligu fuq il-parteċipanti fis-suq li jirrapportaw lill-Aġenzija billi jipprovdu informazzjoni dwar l-iskoperturi tagħhom. Dak ir-rekwiżit ta’ rapportar ġdid jenħtieġ li jkun kopert minn din id-Deċiżjoni u rifless fiha. |
|
(17) |
L-ixprunaturi ewlenin tal-kost tas-servizzi rilevanti, u għalhekk tal-kostijiet eliġibbli tal-Aġenzija, huma l-għadd ta’ RRMs u IIPs, l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq li jirrapportaw għalihom u l-ammont u l-karatteristiċi tad-data li jirrapportaw. Sabiex jiġu riflessi dawk il-fatturi tal-kostijiet, id-dritt li kull RRM jeħtieġ li jħallas jenħtieġ li jkun taħlita ta’ ammont fiss, il-komponent tad-dritt fiss għar-reġistrazzjoni, u ammont varjabbli, il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet. Dan tal-aħħar jiddependi fuq l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq li għalihom l-RRM qed jirrapporta d-data kif ukoll l-ammont u l-karatteristiċi tad-data rrapportata. |
|
(18) |
Il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/1106 u r-Regolament (UE) 2024/1789 jirriżultaw f’żieda konsiderevoli fil-kostijiet tal-Aġenzija li jeħtieġ li jiġu koperti mid-drittijiet. Għalhekk, kemm il-komponent tad-dritt fiss għar-reġistrazzjoni kif ukoll id-dħul iġġenerat mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jiżdiedu f’din id-Deċiżjoni. Fl-istess ħin jenħtieġ li d-drittijiet ma jpoġġux piż finanzjarju żejjed fuq l-RRMs u b’hekk ukoll indirettament fuq il-parteċipanti fis-suq. Għalhekk, iż-żieda fid-dħul iġġenerat mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li tinkiseb b’mod proporzjonat li jevita żieda kbira fid-dħul li jirriżulta minn parteċipanti iżgħar fis-suq li jirrapportaw għadd baxx ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet iżda jevita wkoll li d-dħul li jirriżulta mill-parteċipanti fis-suq li jirrapportaw volum għoli ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet jiżdied b’mod eċċessiv. |
|
(19) |
L-ammont fiss jenħtieġ li jirrifletti l-kostijiet tal-Aġenzija għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni ta’ RRMs kif ukoll għall-iżgurar tal-konformità kontinwa tal-RRMs diġà awtorizzati jew irreġistrati mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. Fil-futur, tali rekwiżiti għandhom jiġu dettaljati aktar mill-Kummissjoni permezz ta’ regolament delegat skont l-Artikoli 4a(8) u 9a(6) tal-istess Regolament. Peress li dawn il-kostijiet jiġġarrbu mill-Aġenzija irrispettivament minn jekk l-RRMs jirrapportawx ir-rekords tat-tranżazzjonijiet jew id-data fundamentali, l-ammont fiss jenħtieġ li jitħallas mill-RRMs kollha. |
|
(20) |
Skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u ladarba jiġi adottat l-att delegat rilevanti li jissupplimenta dak l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-IIPs, ekwivalenti għas-superviżjoni tal-RRMs. Għalhekk, jenħtieġ li l-IIPs iħallsu dritt fiss ekwivalenti għall-komponent tad-dritt fiss għar-reġistrazzjoni li l-RRMs iridu jħallsu. |
|
(21) |
Id-data fundamentali bħall-informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, il-ħażna, il-konsum jew it-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali jew relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG, tinġabar biss mill-Aġenzija biex tikkomplementa r-rekords tat-tranżazzjonijiet miġbura. Għalhekk, jenħtieġ li d-data fundamentali ma tiġix inkluża fil-kalkolu tal-komponent tad-dritt varjabbli. Minħabba li l-istatus ta’ RRM huwa xprunatur sinifikanti tal-kostijiet għall-Aġenzija, jenħtieġ li l-RRMs li jirrapportaw data fundamentali xorta waħda jħallsu l-komponent tad-dritt fiss. |
|
(22) |
Sabiex jiġi evitat piż finanzjarju żejjed fuq l-RRMs, l-ammont varjabbli tal-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jirrifletti l-ammont ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet rapportati, li huwa marbut mal-volum ta’ negozjar u għalhekk id-dħul potenzjali ta’ RRM. Il-komponent varjabbli jenħtieġ li jqis il-fatt li ħafna RRMs jirrapportaw data għal għadd kbir ta’ parteċipanti fis-suq li ta’ spiss ikunu attivi f’diversi swieq organizzati u li jkunu qegħdin jużaw kanali differenti ta’ negozjar. |
|
(23) |
Sabiex tiskopri b’mod effettiv l-abbużi fis-suq, l-Aġenzija ma tiġborx biss id-data dwar in-negozjar u kuntratti oħra, iżda anke ammont konsiderevoli ta’ data dwar l-ordnijiet għan-negozjar imqiegħda fi swieq organizzati bħal skambji tal-enerġija. Għalhekk, jenħtieġ li l-ordnijiet għan-negozjar ikunu koperti wkoll mill-iskema tad-drittijiet sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-kostijiet. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li tkun koperta wkoll mill-iskema tad-drittijiet. |
|
(24) |
In-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f’postijiet tas-suq organizzati huwa kkaratterizzat minn livell ogħla ta’ standardizzazzjoni min-negozjar ta’ tali prodotti barra minn postijiet tas-suq organizzati. Barra minn hekk, ir-rekords tat-tranżazzjonijiet irrapportati li jirriżultaw minn postijiet tas-suq organizzati jinkludu ordnijiet għan-negozjar. L-iżviluppi tas-suq fin-negozjar ta’ kuntratti standard bħan-negozjar algoritmiku u bi frekwenza għolja qed isiru dejjem aktar importanti u dan jirriżulta f’għadd dejjem jiżdied ta’ ordnijiet għan-negozjar li qed jiġu rrapportati minn postijiet tas-suq organizzati għal kull kuntratt ta’ provvista standard meta mqabbla ma’ kuntratti ta’ provvista konklużi barra mill-postijiet tas-suq organizzati. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekords tat-tranżazzjonijiet dwar il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jirriżultaw minn postijiet tas-suq organizzati jiġu ppeżati b’mod differenti minn dawk li jirriżultaw minn postijiet tas-suq organizzati barra meta jiġi kkalkulat il-komponent tad-dritt varjabbli. |
|
(25) |
Skont l-Artikolu8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u ladarba jiġi adottat l-att ta’ implimentazzjoni rilevanti li jissupplimenta dak l-Artikolu, l-RRMs se jirrapportaw l-iskopertura tal-parteċipanti fis-suq lill-Aġenzija għal kull parteċipant individwali fis-suq. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott komponent tad-dritt iddedikat li jistabbilixxi ammont fiss għal kull rapport ta’ din ix-xorta, irrispettivament mill-kontenut jew it-tul tiegħu |
|
(26) |
Skont l-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, aġenzija trid tipprovdi biss servizzi wara li d-dritt korrispondenti jkun tħallas kollu kemm hu. Peress li d-drittijiet huma kkalkulati fuq il-bażi tal-ammont ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet irrapportati u r-rapporti ta’ informazzjoni privileġġata sottomessi fis-sena preċedenti, l-ammonti riċevibbli jistgħu jiġu stabbiliti biss u l-fatturi jistgħu jintbagħtu biss fil-bidu ta’ kull sena. Madankollu, l-RRMs u l-IIPs jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrapportaw kontinwament id-data lill-Aġenzija, u għalhekk anke qabel ma jkunu ħallsu l-fattura għas-sena rispettiva. L-RRMs li ma jibqgħux jiġu awtorizzati jew irreġistrati mill-Aġenzija, jenħtieġ li ma jkunu intitolati għall-ebda rimborż tad-drittijiet mħallsa jew għar-rinunzja tad-drittijiet dovuti. Bl-istess mod, l-IIPs li ma jibqgħux jiġu awtorizzati mill-Aġenzija jenħtieġ li ma jkunux intitolati għal kwalunkwe rimborż ta’ drittijiet mħallsa jew għar-rinunzja ta’ kwalunkwe dritt dovut. |
|
(27) |
F’każ li japplika ammont ta’ korrezzjoni pożittiva jew negattiva biex jibbilanċja d-differenzi bejn il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fis-sena preċedenti u l-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet li kien jitħallas skont ir-rapportar attwali f’dik is-sena, il-kalkolu tal-ammont ta’ korrezzjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, RRM effettivament imħallas fis-sena preċedenti, u mhux fuq l-ammont ikkalkulat inizjalment, peress li l-ammont effettivament imħallas ivarja mill-ammont ikkalkulat inizjalment f’każ li japplika fattur ta’ tnaqqis. |
|
(28) |
Peress li l-Aġenzija ġġarrab kostijiet addizzjonali li għandhom jiġu koperti mid-drittijiet diġà fl-2025, jenħtieġ li tkun tista’ timponi ħlas addizzjonali li jammonta għad-differenza bejn id-dħul mid-drittijiet kif ibbaġitjat fid-Dokument ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija għall-2025–2027 u s-somma tal-ammonti diġà fatturati fl-2025. Jenħtieġ li l-ħlas addizzjonali jiġi kkalkulat b’mod sempliċi biex l-RRMs jidentifikaw faċilment kif il-parteċipanti differenti fis-suq, li f’isimhom ikunu qed jirrapportaw id-data, ikollhom impatt fuq il-ħlas addizzjonali fatturat. Għalhekk, jenħtieġ li l-ħlas addizzjonali jkun jiddependi fuq l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq li RRM ikun qed jirrapporta r-rekords tat-tranżazzjonijiet għalihom. F’każ li parteċipant fis-suq jirrapporta d-data permezz ta’ aktar minn RRM wieħed, dan il-parteċipant fis-suq xorta waħda jitqies għal kull RRM meta jikkalkula l-ħlas addizzjonali. Peress li l-ħlas addizzjonali jista’ jkollu impatt fuq l-imposti mħallsa mill-parteċipanti fis-suq lil RRM, il-parteċipanti fis-suq li ma baqgħux parteċipanti fis-suq aktar kmieni fl-2025 jenħtieġ li ma jitqisux fil-kalkolu tal-ħlas addizzjonali. |
|
(29) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija tirċievi biżżejjed dħul mid-drittijiet biex tkopri l-kostijiet eliġibbli tagħha, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha l-għażla li żżid ħlas addizzjonali mal-fatturi mibgħuta f’Jannar 2026. Jenħtieġ li dak il-ħlas addizzjonali jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq li għalihom RRM jirrapporta r-rekords tat-tranżazzjonijiet. Peress li l-ħlas addizzjonali possibbli fl-2026 jiġi kkalkulat fl-istess ħin mal-komponenti l-oħra tad-drittijiet, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ parteċipanti fis-suq identifikati għal RRM meta jiġi kkalkulat il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet. Għall-finijiet ta’ ċertezza legali u biex tingħata assigurazzjoni lill-RRMs li din l-għażla ma tintużax biex jiżdiedu bla bżonn il-kostijiet eliġibbli tal-Aġenzija, id-dħul totali li l-Aġenzija tista’ tirċievi inkluż dan il-ħlas addizzjonali jenħtieġ li jkun limitat għad-dħul stmat mid-drittijiet kif ippreżentat fid-Dokument ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija għall-2025–2027 jew għad-dħul mid-drittijiet kif ibbaġitjat fid-Dokument ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija għall-2026–2028, skont liema miż-żewġ valuri jkun l-inqas. |
|
(30) |
Il-kalkolu tal-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet huwa konsiderevolment differenti mill-2026 ’il quddiem meta mqabbel mal-kalkolu ta’ dak il-komponent fis-snin preċedenti. Fl-2026 dan jista’ jwassal għal valuri esaġerati għall-ammont ta’ korrezzjoni meta kkalkulat sabiex jiġu bbilanċjati d-differenzi bejn il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fl-2025 u l-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet li kien jitħallas skont ir-rapportar attwali fl-2025. Għalhekk, fl-2026, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkalkula l-ammont ta’ korrezzjoni billi tnaqqas il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fl-2025 mhux mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet ikkalkulat, iżda minn valur predeterminat ikkalkulat skont is-subkomponenti tad-drittijiet għal kull cluster tad-data applikabbli qabel l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(31) |
Ir-rapporti dwar l-esponiment jiġu rrapportati ex post, għalhekk fis-sena li fiha jsir applikabbli l-obbligu ta’ rapportar tal-iskopertura (“is-sena ta’ referenza”), l-Aġenzija se tirċievi inqas rapporti dwar l-esponiment milli fis-snin ta’ wara. Għalhekk, l-għadd ta’ rapporti dwar l-esponiment irrapportati minn RRM fis-sena ta’ referenza jeħtieġ li jiġi adattat biex ikun bażi xierqa għall-kalkolu tal-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura fis-sena ta’ wara s-sena tar-referenza. L-ebda komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport ta’ skopertura ma jiġi kkalkulat fis-sena ta’ referenza. |
|
(32) |
Sabiex jiġi evitat li din id-Deċiżjoni tkun teħtieġ li tiġi emendata purament minħabba li d-dħul mid-drittijiet ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet eliġibbli minħabba l-inflazzjoni, id-drittijiet jenħtieġ li jiġu aġġustati awtomatikament għall-inflazzjoni jekk id-dħul mid-drittijiet jaqa’ taħt il-kostijiet eliġibbli. Barra minn hekk, sabiex l-RRMs u l-IIPs ikunu jistgħu jħejju ruħhom għall-bidliet fil-komponenti differenti tad-drittijiet, l-aġġustament jenħtieġ li jkollu effett biss fis-sena sussegwenti u jenħtieġ li jitħabbar mill-Aġenzija biżżejjed minn qabel. |
|
(33) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tibgħat fatturi lill-RRMs u lill-IIPs. Peress li d-drittijiet huma ddeterminati kompletament minn din id-Deċiżjoni, li hija l-bażi għall-Aġenzija li tistabbilixxi l-ammonti riċevibbli, f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-fatturi jenħtieġ li jkunu noti ta’ debitu. |
|
(34) |
Il-fatturi mibgħuta lill-RRMs jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar kif id-dritt ġie kkalkulat, biex ikun trasparenti għall-RRM kif il-parteċipanti differenti fis-suq li għalihom qed jirrapporta d-data qed jikkontribwixxu għad-dritt fatturat. Sabiex jiġi evitat piż finanzjarju mhux dovut għall-RRMs, jenħtieġ li jkun possibbli li fatturi kbar jitħallsu f’pagamenti parzjali bi qbil mal-Aġenzija. Fl-istess ħin, l-Aġenzija jeħtieġ li jkollha dħul regolari u li jista’ jiġi ppjanat mid-drittijiet sabiex tkun tista’ tkopri l-kostijiet tagħha u tippjana l-infiq tagħha kif xieraq. Iż-żieda fid-dħul mid-drittijiet tista’ tfisser li sehem konsiderevoli ta’ dak id-dħul ikun disponibbli biss għall-Aġenzija aktar tard fis-sena jekk l-iskadenza tat-30 ta’ Settembru kellha tinżamm għall-fatturi kollha. Għalhekk, l-iskadenza tat-30 ta’ Settembru jenħtieġ li tapplika biss għall-aktar fatturi għoljin, filwaqt li fatturi aktar baxxi jenħtieġ li jitħallsu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju. |
|
(35) |
Id-deċiżjoni dwar sa liema punt l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass li huma RRMs jistgħu jirkupraw il-kostijiet imġarrba billi jkollhom iħallsu d-drittijiet dovuti lill-Aġenzija mill-utenti tan-network permezz ta’ drittijiet tan-network, hija parti mill-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri skont l-Artikolu 59(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 78(1) tad-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(36) |
L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942 jirrikjedi li l-Kummissjoni teżamina regolarment il-livell tad-drittijiet. Dan jenħtieġ li jsir flimkien mal-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2019/942. Dan ir-rekwiżit ma jżommx lill-Kummissjoni milli tirrevedi l-iskema tad-drittijiet indipendentement minn dawk l-evalwazzjonijiet. |
|
(37) |
F’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942, saret konsultazzjoni pubblika u ġew ikkonsultati l-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi d-drittijiet u l-mod li bih iridu jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/942.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “pjattaforma tal-informazzjoni privileġġata” kif stabbiliti fl-Artikolu 2(17) u ta’ “suq organizzat” kif stabbilit fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u d-definizzjoni ta’ “data fundamentali” kif stabbilita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“mekkaniżmu ta’ rapportar irreġistrat” tfisser entità awtorizzata mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 9a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jew irreġistrata mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 għall-finijiet ta’ rapportar ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet jew ta’ data fundamentali; |
|
(2) |
“rekord tat-tranżazzjoni” tfisser sett tad-data individwali li jkun fih dettalji tan-negozjar, ordni għan-negozjar, irrispettivament minn jekk ikunx imqabbel jew le, jew negozjar bilaterali relatat ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, inkluż kwalunkwe avveniment taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawk in-negozji, l-ordnijiet għan-negozjar jew in-negozji bilaterali, li jiġi rrapportat lill-Aġenzija, minbarra data relatata ma’ ordnijiet iġġenerati mis-sistema; |
|
(3) |
“rapport tal-iskopertura” tfisser sottomissjoni individwali minn RRM f’isem parteċipant fis-suq lill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 li jkun fiha informazzjoni li abbażi tagħha l-Aġenzija tikkalkula l-iskoperturi ta’ dak il-parteċipant fis-suq; |
|
(4) |
“parteċipant fis-suq” tfisser entità rreġistrata mal-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istat Membru skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. |
Artikolu 3
Kostijiet koperti mid-drittijiet
(1) Id-dokument ta’ programmazzjoni, inkluż il-baġit, adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/942, minn hawn ’il quddiem “id-dokument ta’ programmazzjoni”, għandu jidentifika dawk il-kostijiet li huma eliġibbli għall-finanzjament permezz ta’ drittijiet fis-sena ta’ wara u jipprovdi stima tal-kostijiet eliġibbli ppjanati li jiġu ffinanzjati minn drittijiet għal sentejn addizzjonali wara dik id-data. Il-kostijiet eliġibbli huma kostijiet, inklużi kostijiet ġenerali, imġarrba mill-Aġenzija minn:
|
(a) |
il-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata mill-RRMs; |
|
(b) |
il-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata mill-IIPs; |
|
(c) |
l-eżerċitar tas-setgħat ta’ superviżjoni u investigazzjoni skont l-Artikoli 13 sa 13c u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. |
(2) Id-dokument ta’ programmazzjoni għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi kopert mid-drittijiet fis-sena ta’ wara. Dak l-ammont għandu:
|
(a) |
ma jaqbiżx l-kostijiet eliġibbli skont il-paragrafu 1; |
|
(b) |
ikun anqas mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Aġenzija skont il-baġit tal-Unjoni għas-sena rispettiva. |
(3) L-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammont tad-drittijiet miġbura u l-kostijiet koperti mid-drittijiet fis-sena preċedenti fir-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat skont l-Artikolu 48 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tagħmel pubbliċi t-taqsimiet rispettivi ta’ dan ir-rapport.
Artikolu 4
Obbligu li jitħallsu d-drittijiet: RRMs
(1) Kull RRM għandu jħallas dritt annwali kkalkulat skont l-Artikolu 6. Id-drittijiet kollha għandhom jitħallsu f’EUR.
(2) Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Aġenzija għandha tibgħat fattura lil kull RRM għad-dritt annwali li għandu jitħallas fi żmien 4 ġimgħat. Il-fattura għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kif ġie kkalkulat dan id-dritt. L-Aġenzija u RRM jistgħu jaqblu b’mod reċiproku li l-fatturi li jaqbżu l-EUR 250 000 jitħallsu f’pagamenti parzjali. L-iskadenza għall-ħlas tal-aħħar pagament parzjali fil-każ ta’ fatturi li jaqbżu l-EUR 250 000 u sal-EUR 1 000 000 ma għandhiex tkun aktar tard mit-30 ta’ Ġunju u l-iskadenza għall-pagament tal-aħħar pagament parzjali fil-każ ta’ fatturi li jaqbżu l-EUR 1 000 000 ma għandhiex tkun aktar tard mit-30 ta’ Settembru.
(3) Fil-każ li entità tapplika biex issir RRM, l-Aġenzija għandha tibgħat fattura lill-entità li tammonta għal 50 % tal-komponent tad-dritt fiss għar-reġistrazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u għandha taċċetta biss l-applikazzjoni ladarba titħallas il-fattura. Meta l-Aġenzija tirrifjuta l-applikazzjoni minħabba li l-entità ma tikkonformax mar-rekwiżiti skont l-att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 9a(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jew skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014, l-entità ma tkunx intitolata għal rimborż tad-dritt imħallas. Wara r-reġistrazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ entità bħala RRM, l-Aġenzija għandha tibgħat fattura lill-entità fuq id-dritt li jkun fadal li jikkonsisti f’50 % tal-komponent tad-dritt fiss għar-reġistrazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u, sakemm l-RRM ma jiddikjarax li se jirrapporta biss id-data fundamentali, il-komponent ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 7(4).
(4) Il-mekkaniżmi ta’ rapportar irreġistrati li ma jibqgħux jiġu rreġistrati mill-Aġenzija għandhom ikunu intitolati għal kwalunkwe rimborż ta’ drittijiet mħallsa jew għar-rinunzja ta’ kwalunkwe dritt dovut.
Artikolu 5
Obbligu li jitħallsu d-drittijiet: IIPs
(1) Kull IIP għandha tħallas dritt annwali ta’ EUR 15 000.
(2) Fil-każ li t-total tad-drittijiet individwali kkalkulati għal kull RRM skont l-Artikolu 6 u tad-drittijiet individwali li kull IIP se jkollha tħallas skont il-paragrafu 1 jaqbeż l-ammont li għandu jiġi kopert mid-drittijiet skont l-Artikolu 3(2), id-dritt individwali li kull IIP se jkollha tħallas jitnaqqas billi jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ tnaqqis ikkalkulat kif ġej:
(3) Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Aġenzija għandha tibgħat fattura lil kull IIP għad-dritt annwali li għandu jitħallas fi żmien 4 ġimgħat.
(4) Fil-każ li entità tapplika biex issir IIP, l-Aġenzija għandha tibgħat fattura lill-entità li tammonta għal 50 % tad-dritt skont il-punt 1 u għandha taċċetta biss l-applikazzjoni ladarba titħallas il-fattura. Meta l-Aġenzija tirrifjuta l-applikazzjoni minħabba li l-entità ma tikkonformax mar-rekwiżiti skont l-att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 4a(8) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, l-entità ma tkunx intitolata għal rimborż tad-dritt imħallas. Wara l-awtorizzazzjoni ta’ entità bħala IIP, l-Aġenzija għandha tibgħat lill-entità fattura fuq id-dritt li jifdal skont il-paragrafu 1.
(5) L-IIPs li ma jibqgħux jiġu awtorizzati mill-Aġenzija ma għandhomx ikunu intitolati għal kwalunkwe rimborż ta’ drittijiet mħallsa jew għar-rinunzja ta’ kwalunkwe dritt dovut.
Artikolu 6
Kalkolu tad-drittijiet annwali individwali għall-RRMs
(1) Id-dritt annwali li jrid jitħallas minn RRM għandu jkun it-total tal-komponenti li ġejjin:
|
(a) |
komponent ta’ dritt fiss għar-reġistrazzjoni ta’ EUR 15 000; |
|
(b) |
fejn applikabbli, komponent ta’ dritt ibbażat fuq ir-rapport ta’ skopertura kkalkulat skont il-paragrafu 2; |
|
(c) |
fejn applikabbli, ammont ta’ korrezzjoni pożittiv jew negattiv għall-ibbilanċjar tad-differenzi bejn il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura mħallas fis-sena preċedenti u l-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura li kien jitħallas skont ir-rapportar attwali f’dik is-sena; |
|
(d) |
komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet ikkalkulat skont l-Artikolu 7, sakemm RRM ma jkunx qed jirrapporta biss data fundamentali; |
|
(e) |
fejn applikabbli, ammont ta’ korrezzjoni pożittiv jew negattiv għall-ibbilanċjar tad-differenzi bejn il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fis-sena preċedenti u l-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet li kien jitħallas skont ir-rapportar attwali f’dik is-sena. |
(2) Il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien ir-rapporti kollha dwar l-iskopertura riċevuti minn RRM fis-sena preċedenti u din is-somma tiġi mmultiplikata b’EUR 250.
(3) L-ammont ta’ korrezzjoni msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura mħallas fis-sena preċedenti mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura ikkalkulat fis-sena attwali.
(4) L-ammont ta’ korrezzjoni negattiva msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux ikun ogħla mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura ikkalkulat għas-sena attwali.
(5) L-ammont ta’ korrezzjoni msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fis-sena preċedenti mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet ikkalkulat fis-sena attwali.
(6) Fil-każ ta’ RRM ġdid li jkun ġie rreġistrat jew awtorizzat fis-sena preċedenti, l-ammont ta’ korrezzjoni skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-ammont skont l-Artikolu 7(4) mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet ikkalkulat fis-sena attwali skont l-Artikolu 7(5) wara li dan tal-aħħar jiġi diviż bi 365 u mbagħad jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ jiem kalendarji bejn id-data tar-reġistrazzjoni u t-tmiem tas-sena preċedenti.
(7) L-ammont ta’ korrezzjoni negattiva msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ma għandux ikun ogħla mill-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet ikkalkulat għas-sena attwali.
(8) Fil-każ li t-total tad-drittijiet individwali kkalkulati għal kull RRM skont il-paragrafi 1 sa 7 hawn fuq u tad-drittijiet individwali li kull IIP ikollu jħallas skont l-Artikolu 5(1) jaqbeż l-ammont li għandu jiġi kopert mid-drittijiet skont l-Artikolu 3(2), id-dritt individwali li kull RRM ikollu jħallas jitnaqqas billi jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ tnaqqis ikkalkulat kif ġej:
Artikolu 7
Kalkolu tal-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet
(1) Il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet huwa kkalkulat fuq il-bażi tar-rekords tat-tranżazzjonijiet irrapportati fis-sena preċedenti minn kull RRM kif ġej:
|
(a) |
L-Aġenzija tidentifika l-clusters tad-data tal-RRM rispettiv. Cluster wieħed tad-data għandu jikkonsisti f’wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
għal kull wieħed mill-clusters tad-data msemmija fil-punt (a), l-Aġenzija tidentifika s-subkomponent tad-drittijiet skont il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3; |
|
(c) |
il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet huwa t-total tas-subkomponenti identifikati skont il-punt (b). |
(2) Is-subkomponenti tad-drittijiet għal kull cluster tad-data għar-rekords tat-tranżazzjonijiet skont is-subpartita (i) tal-punt (a) tal-paragrafu 1 huma kif ġej:
|
Rekords tat-tranżazzjonijiet għal kull cluster tad-data |
Subkomponent tad-dritt f’EUR |
|
1 sa 100 |
250 |
|
101 sa 1 000 |
500 |
|
1 001 sa 10 000 |
1 000 |
|
10 001 sa 100 000 |
2 000 |
|
100 001 sa miljun |
4 000 |
|
Aktar minn miljun sa 10 miljuni |
8 000 |
|
Aktar minn 10 miljuni sa 100 miljun |
16 000 |
|
Aktar minn 100 miljun sa biljun |
32 000 |
|
Aktar minn biljun sa 2 biljuni |
64 000 |
|
Aktar minn 2 biljuni |
96 000 |
(3) Is-subkomponenti tad-drittijiet għal kull raggruppament ta’ data għar-rekords tat-tranżazzjonijiet skont is-subpartita (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 1 huma kif ġej:
|
Rekords tat-tranżazzjonijiet għal kull cluster tad-data |
Subkomponent tad-dritt f’EUR |
|
1 sa 10 |
250 |
|
11 sa 100 |
500 |
|
101 sa 1 000 |
1 000 |
|
1 001 sa 10 000 |
2 000 |
|
10 001 sa 100 000 |
4 000 |
|
100 001 sa miljun |
8 000 |
|
Aktar minn miljun sa 10 miljuni |
16 000 |
|
Aktar minn 10 miljuni |
32 000 |
(4) Fil-każ ta’ RRM ġdid, il-komponent ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet fis-sena ta’ reġistrazzjoni huwa ta’ EUR 100 għal kull jum kalendarju mill-jum tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni sal-aħħar tas-sena. L-RRM u l-Aġenzija jistgħu jaqblu b’mod reċiproku fuq ammont differenti sabiex jirriflettu aħjar ir-rapportar mistenni mill-RRM.
(5) Fil-każ ta’ RRM ġdid li kien awtorizzat jew irreġistrat fis-sena preċedenti, l-għadd ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet għal kull cluster tad-data huwa aġġustat qabel ma jiġu identifikati s-subkomponenti tad-drittijiet rispettivi kif ġej:
Artikolu 8
Aġġustament tal-inflazzjoni
(1) F’każ li s-somma tad-drittijiet individwali kkalkulata għal kull RRM skont l-Artikolu 6(1) sa (7) u tad-drittijiet fatturati lill-IIPs skont l-Artikolu 5(1) tkun aktar baxxa mill-kostijiet eliġibbli identifikati skont l-Artikolu 3(1), l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), il-punt (a), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 7(4) jiżdiedu bir-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni b’effett fis-sena sussegwenti.
(2) Ir-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni li għandha tintuża hija r-rata tal-bidla għall-aħħar 12-il xahar tal-“Eurostat HICP (Il-partiti kollha) — Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea” ippubblikata f’Mejju qabel is-sena meta ż-żieda se jkollha effett.
(3) L-Aġenzija għandha tippubblika l-ammonti miżjuda msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel is-sena meta ż-żieda jkollha effett.
Artikolu 9
Infurzar
(1) Il-fatturi mibgħuta mill-Aġenzija skont l-Artikoli 4(2), 4(3), 5(3) jew 5(4) għandhom jikkostitwixxu n-noti ta’ debitu skont l-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(2) L-Aġenzija għandha tieħu l-passi legali xierqa kollha biex tiżgura l-ħlas sħiħ tal-fatturi maħruġa bl-applikazzjoni tar-regoli rilevanti, inkluż dawk dwar l-imgħax awtomatiku u dwar l-irkupru, tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
(3) F’każ li RRM ikun ilu dovut għall-ħlas tad-dritt għal mill-anqas xahar, l-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tiddiżattiva l-kapaċità tal-RRM li jirrapporta data lill-Aġenzija sakemm id-dritt jitħallas għalkollox.
Artikolu 10
Regoli tranżizzjonali fl-2025
(1) Fi żmien ġimagħtejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tibgħat lil kull RRM fattura għal ħlas addizzjonali li jrid jitħallas fi żmien 4 ġimgħat.
(2) Dan il-ħlas addizzjonali li għandu jitħallas minn kull RRM jiġi kkalkulat permezz ta’:
|
(a) |
identifikazzjoni għal kull RRM tal-għadd ta’ parteċipanti fis-suq irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 fit-30 ta’ Ġunju 2025 li għalihom l-RRM irrapporta r-rekords tat-tranżazzjonijiet fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2025; |
|
(b) |
ġbir tal-għadd ta’ parteċipanti fis-suq identifikati mill-RRMs kollha skont il-punt (a); |
|
(c) |
diviżjoni tan-numru identifikat skont il-punt (a) bis-somma skont il-punt (b) u l-multiplikazzjoni tar-riżultat b’EUR 7,6 miljun. |
Artikolu 11
Regoli tranżizzjonali fl-2026
(1) F’każ li fl-2026 is-somma tad-drittijiet individwali kkalkulata għal kull RRM skont l-Artikolu 6(1) sa (7) u tad-drittijiet li għandhom jiġu fatturati lill-IIPs skont l-Artikolu 5(1) tkun inqas mill-ammont ibbaġitjat bħala dħul mid-drittijiet fl-2026 kif stabbilit fid-Dokument ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija għall-2026–2028, il-fatturi mibgħuta skont l-Artikolu 4(2) għandhom jinkludu ħlas addizzjonali.
(2) Is-somma ta’ dak il-ħlas addizzjonali għandha tammonta għad-differenza bejn l-ammont ibbaġitjat bħala dħul mid-drittijiet fl-2026 kif stabbilit fid-Dokument ta’ Programmazzjoni tal-Aġenzija għall-2026–2028 jew EUR 23,5 miljun, skont liema miż-żewġ valuri jkun aktar baxx, u s-somma tad-drittijiet individwali kkalkulati għal kull RRM skont l-Artikolu 6(1) sa (7) flimkien mas-somma tad-drittijiet fatturati lill-IIPs skont l-Artikolu 5(1).
(3) Il-ħlas addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-fattura li trid titħallas minn RRM jiġi kkalkulat billi l-għadd ta’ clusters tad-data msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a) identifikati għal dan l-RRM meta jiġi kkalkulat d-dritt annwali individwali f’Jannar 2026 jiġi diviż bis-somma tal-għadd ta’ clusters tad-data identifikati għall-RRMs kollha f’Jannar 2026 u r-riżultat jiġi mmultiplikat bid-differenza msemmija fil-paragrafu 2.
(4) B’deroga mill-Artikolu 6(5), fit-2026 l-ammont ta’ korrezzjoni msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 6(1) jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet imħallas fl-2025 mill-valur li kien ikun ir-riżultat tal-kalkolu tal-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rekords tat-tranżazzjonijiet fl-2026 bl-użu tal-valuri fl-Anness.
(5) L-Artikolu 6(1), il-punt (b), l-Artikolu 6(1), il-punt (c), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(3) ma għandhomx japplikaw għad-drittijiet imposti fl-2026.
Artikolu 12
Regoli tranżizzjonali oħrajn
(1) B’deroga mill-Artikolu 6(2), ladarba l-obbligu ta’ rapportar tal-iskopertura jsir applikabbli (“is-sena ta’ referenza”), is-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza, il-komponent tad-dritt ibbażat fuq ir-rapport tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (b), jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien ir-rapporti kollha dwar l-iskopertura riċevuti minn RRM fis-sena ta’ referenza, din is-somma tiġi diviża bl-għadd ta’ rapporti dwar l-iskopertura dovuti fis-sena ta’ referenza u r-riżultat jiġi mmultiplikat b’EUR 1 000.
(2) L-Artikolu 6(1), il-punt (c) u l-Artikolu 6(3) ma għandhomx japplikaw għad-drittijiet imposti fis-sena ta’ wara s-sena ta’ referenza.
Artikolu 13
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u kull ħames snin wara.
Artikolu 14
Tħassir
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/2152 titħassar.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/942/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1227).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2152 tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar id-drittijiet dovuti lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2152/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 8/2019 tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija tal-21 ta’ Ġunju 2019 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.
(6) Ir-Regolament (UE) 2024/1106 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011 u (UE) 2019/942 dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-Unjoni mill-manipulazzjoni tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L, 2024/1106, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1106/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/1789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar is-swieq interni tal-gass rinnovabbli, tal-gass naturali u tal-idroġenu, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011, (UE) 2017/1938, (UE) 2019/942 u (UE) 2022/869 u d-Deċiżjoni (UE) 2017/684 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (ĠU L, 2024/1789, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1789/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-data li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1348/oj).
(9) Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/944/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2024/1788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu, li temenda d-Direttiva (UE) 2023/1791 u li tħassar id-Direttiva 2009/73/KE (ĠU L, 2024/1788, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1788/oj).
ANNESS
Is-subkomponenti tad-drittijiet għal kull cluster tad-data:
|
(a) |
għar-rekords tat-tranżazzjonijiet li jirrapportaw il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 li jirriżultaw minn parteċipant speċifiku fis-suq bl-użu ta’ post organizzat tas-suq; |
|
(b) |
għar-rekords tat-tranżazzjonijiet li jirrapportaw il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 li jirriżultaw minn parteċipant speċifiku fis-suq |
huma kif ġej:
|
Rekords tat-tranżazzjonijiet għal kull cluster tad-data |
Subkomponent tad-drittijiet f’EUR |
|
1 sa 1 000 |
250 |
|
1 001 sa 10 000 |
500 |
|
10 001 sa 100 000 |
1 000 |
|
100 001 sa miljun |
2 000 |
|
Aktar minn miljun sa 10 miljuni |
4 000 |
|
Aktar minn 10 miljuni sa 100 miljun |
8 000 |
|
Aktar minn 100 miljun |
16 000 |
Is-subkomponenti tad-drittijiet għal kull cluster tad-data għar-rekords kollha tat-tranżazzjonijiet li jirrapportaw il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 li jirriżultaw minn parteċipant speċifiku fis-suq mingħajr l-użu ta’ post organizzat tas-suq huma kif ġej:
|
Rekords tat-tranżazzjonijiet għal kull cluster tad-data |
Subkomponent tad-drittijiet f’EUR |
|
1 sa 100 |
250 |
|
101 sa 1 000 |
500 |
|
1 001 sa 10 000 |
1 000 |
|
10 001 sa 100 000 |
2 000 |
|
100 001 sa miljun |
4 000 |
|
Aktar minn miljun sa 10 miljuni |
8 000 |
|
Aktar minn 10 miljuni |
16 000 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1771/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)