|
20.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 47/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/231
tat-18 ta’ Frar 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1977 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019–2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 (1) jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019-2020. Ġew stabbiliti volumi xierqa għal kull kwota tariffarja sabiex ikun żgurat li l-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni jkollha provvista adegwata għall-perijodu 2019-2020. |
|
(2) |
Fil-kwota tariffarja applikabbli taħt in-numru tal-ordni 09.2750 elenkata fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1977, l-uniċi prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM ex 0305 20 00 bil-kodiċi tat-TARIC 35 huma dawk li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni "bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta' sostituti tal-kavjar". |
|
(3) |
Madankollu, taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 (2), li kien jippreċedi r-Regolament (UE) 2018/1977, il-kwota tariffarja kkonċernata kienet tirreferi għall-kodiċi tan-NM ex 1604 32 00 bil-kodiċi tat-TARIC 20 għal dawk il-prodotti li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni tal-" bajd tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-manifattura ta' sostituti tal-kavjar". |
|
(4) |
Id-diskrepanza bejn iż-żewġ Regolamenti fir-rigward tal-kodiċi tan-NM rilevanti, fir-rigward tal-istess numru tal-ordni, għamlitha diffiċli biex l-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni tinterpreta d-dispożizzjonijiet rilevanti u biex tifhem id-differenza bejn iż-żewġ kodiċijiet tan-NM. Dan in-nuqqas ta' ċarezza kellu impatt negattiv fuq l-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi emendata l-lista ta' prodotti koperti mill-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2750 sabiex dawn ikunu jinkludu wkoll, għal perijodu limitat ta’ sena, il-prodotti bil-kodiċi tan-NM ex 1604 32 00 bil-kodiċi tat-TARIC 20. Barra minn hekk, jenħtieġ li tinżdied nota ta’ qiegħ il-paġna li tkun tirreferi għal dawn il-kodiċijiet tan-NM u tat-TARIC u għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1977 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-perijodu li matulu l-kwoti miftuħin bir-Regolament (UE) 2018/1977 japplikaw fl-ewwel sena huwa mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019. Minħabba li huwa neċessarju li l-operaturi ekonomiċi jiġu ttrattati bl-istess mod, u filwaqt li jitqies il-fatt li għadha ma ġietx eżawrita l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2752, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2019 sabiex l-operaturi ekonomiċi li jużaw il-bajd iebes tal-ħut (bħala prodott lest) ikollhom l-opportunità li jkomplu jibbenefikaw mid-dazju favorevoli għal din il-kwota mingħajr interruzzjoni għal perijodu limitat taż-żmien. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tielet ringiela tal-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1977 (Numru tal-ordni 09.2750) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-entrata taħt il-kolonna “Kodiċi tan-NM” hija sostitwita b’dan li ġej: “ ex 03052000 ex 1604 32 00”; |
|
(2) |
l-entrata taħt il-kolonna “Kodiċi tat-TARIC” hija sostitwita b’dan li ġej: “35 20”; |
|
(3) |
in-nota ta’ qiegħ il-paġna segwenti tiżdied mal-kolonna “Deskrizzjoni” wara l-kliem “sostituti tal-kavjar”: “Għall-kodiċi tat-TARIC 1604320020 din il-kwota tariffarja tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. MARIĆ
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1977 tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2019 – 2020 (ĠU L 317, 14.12.2018, p. 2).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu 2016 – 2018 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4).