|
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 187/08)
1.
Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TowerBrook Capital Partners L.P. (“TowerBrook”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Lov Group/il-familja Courbit (“LOV Group”, Franza), |
|
— |
ELOCGA (il-Lussemburgu), |
|
— |
The Independents u s-sussidjarji tagħha (“The Independents Group”, il-Lussemburgu). |
Towerbrook, LOV u ELOCGA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ The Independents Group.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
TowerBrook hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment li tinvesti f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju Ewropej u tal-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
LOV Group hija kumpanija azzjonista Franċiża prinċipalment attiva fl-industrija tad-divertiment, permezz ta’ FL Entertainment, kif ukoll fis-setturi tal-lukandi lussużi u tal-ikel. FL Entertainment hija stess attiva fil-produzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv permezz ta’ Banijay u s-settur tal-logħob tal-azzard online permezz ta’ Betclic Everest Group, |
|
— |
ELOCGA hija l-kumpanija azzjonista tal-fundaturi ta’ The Independents Group, li twettaq ukoll negozju barra minn The Independents Group fis-settur tal-oġġetti tal-konsum, u |
|
— |
The Independents Group huwa grupp ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni internazzjonali li jopera madwar id-dinja, prinċipalment attiv fis-swieq għar-reklamar, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta’ komunikazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11126 — TOWERBROOK / LOV GROUP / ELOCGA / THE INDEPENDENTS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).